Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
12-18 t’Awwissu
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | TITU 1–FILEMON
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
w89 5/15 31 ¶5
Mistoqsijiet mill-qarrejja
Pawlu ma kienx qed jaqbel mal-insulti razzjali u etniċi kontra n-nies kollha taʼ Kreta. Nistgħu nkunu ċerti minn dan, għax Pawlu kien jaf li fi Kreta kien hemm Kristjani tajbin li Alla kien approvahom u kien dilikhom bl-ispirtu qaddis Tiegħu. (Atti 2:5, 11, 33) Kien hemm biżżejjed Kristjani devoti biex ikun hemm kongregazzjonijiet “f’belt wara l-oħra.” Filwaqt li dawn il-Kristjani ma kinux perfetti, nistgħu nkunu ċerti li ma kinux giddibin u għażżenin b’kilba għall-ikel. Kieku dan kien minnu ma kienx jibqaʼ jkollhom l-approvazzjoni taʼ Ġeħova. (Filippin 3:18, 19; Rivelazzjoni 21:8) U bħalma nsibu llum madwar id-dinja, aktarx li fi Kreta kien hemm nies b’qalb onesta li kienu mdejqin minħabba l-livelli morali baxxi taʼ dawk taʼ madwarhom u huma kienu lesti li jaċċettaw il-messaġġ tal-Kristjani.—Eżekjel 9:4; qabbel Atti 13:48.
19-25 t’Awwissu
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EBREJ 1-3
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
it-1 1185 ¶1
Xbieha
Ġesù dejjem kien jixbah lil Missieru bl-istess grad?
L-ewwel Iben imwieled t’Alla, li iktar tard sar ir-raġel Ġesù, hu fix-xbieha taʼ Missieru. (2Ko 4:4) Ġeħova qal lil Ġesù, “Ħa nagħmlu l-bniedem fix-xbieha tagħna.” Għalhekk, ix-xebh bejn l-Iben u Missieru, il-Ħallieq, kien jeżisti minn meta ġie maħluq l-Iben. (Ġen 1:26; Ġw 1:1-3; Kol 1:15, 16) Meta kien fuq l-art bħala bniedem perfett, hu wera l-kwalitajiet u l-personalità taʼ Missieru bl-aqwa mod possibbli fil-limitazzjonijiet taʼ bniedem, u b’hekk setaʼ jgħid: “Min ra lili ra wkoll lill-Missier.” (Ġw 14:9; 5:17, 19, 30, 36; 8:28, 38, 42) Madankollu, dan ix-xebh żgur li kiber meta Ġesù ġie rxoxtat għall-ħajja bħala spirtu u ngħatatlu “kull awtorità fis-sema u fuq l-art” minn Missieru, Alla Ġeħova. (1Pt 3:18; Mt 28:18) Peress li mbagħad Alla eżalta lil Ġesù għal “pożizzjoni superjuri,” Iben Alla issa rrifletta l-glorja taʼ Missieru b’mod ikbar minn qabel ma ġie fuq l-art. (Flp 2:9; Eb 2:9) Hu issa “r-rappreżentazzjoni eżatta taʼ l-istess natura [t’Alla].”—Eb 1:2-4.
it-1 1063 ¶7
Sema
Il-kliem taʼ Salm 102:25, 26 japplika għal Alla Ġeħova, imma l-appostlu Pawlu jikkwotah b’referenza għal Ġesù Kristu. Dan għax Alla uża lill-Iben uniġenitu tiegħu biex joħloq l-univers. Pawlu qal li kieku Alla ried, hu kien ‘ikebbeb bħal mantar’ is-smewwiet u l-art sabiex ma jibqgħux jeżistu iktar. B’kuntrast, Pawlu qal li l-Iben t’Alla kien se jgħix għal dejjem.—Eb 1:1, 2, 8, 10-12.
26 t’Awwissu–1 taʼ Settembru
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EBREJ 4-6
Ħaffer għal ġawhar spiritwali
it-1 1139 ¶2
Tama
Din it-tama taʼ ħajja taʼ dejjem u nuqqas taʼ taħsir għal dawk ‘li għandhom sehem fis-sejħa tas-sema’ (Eb 3:1) għandha bażi soda u hi xi ħaġa li wieħed jistaʼ joqgħod fuqha. Aħna nafu li hu impossibbli li Alla jigdeb għax hu għamel wegħda u ħalfa. Ukoll, Kristu issa hu immortali fis-smewwiet. Għalhekk, din it-tama “hi bħal ankra għal ruħna, żgura u soda, u tidħol ’il ġewwa mill-purtiera [bħalma l-qassis il-kbir kien jidħol fl-Iktar Qaddis f’Jum it-Tpattija], fejn qabilna daħal għan-nom tagħna dak li ħejjielna t-triq, Ġesù, li sar qassis il-kbir għal dejjem bl-istess mod taʼ Melkisedek.”—Eb 6:17-20.