STUDJU 3
L-użu tal-mistoqsijiet
Mattew 16:13-16
X’GĦANDEK TAGĦMEL: Staqsi mistoqsijiet b’rispett biex tqajjem u żżomm l-interess, biex tirraġuna mas-semmiegħa tiegħek, u biex tenfasizza punti importanti.
KIF TAGĦMEL DAN:
Qajjem u żomm l-interess. Staqsi mistoqsijiet rettoriċi biex tgħin lis-semmiegħa jaħsbu iktar u jkunu jridu jafu iktar.
Irraġuna fuq suġġett. Għin lis-semmiegħa tiegħek isegwu r-raġunar taʼ diskussjoni billi tistaqsi mistoqsijiet li jwasslu għal konklużjoni li tagħmel sens.
Enfasizza punti importanti. Staqsi mistoqsija li tqajjem interess biex tintroduċi ħsieb prinċipali. Uża mistoqsijiet bħala reviżjoni wara li tiddiskuti punt importanti jew meta tkun se tispiċċa l-preżentazzjoni tiegħek.