LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Skeda għall-Ġimgħa li Tibda fil-25 taʼ Marzu
    Ministeru tas-Saltna—2013 | Marzu
    • Skeda għall-Ġimgħa li Tibda fil-25 taʼ Marzu

      ĠIMGĦA LI TIBDA FIL-​25 TAʼ MARZU

      Għanja 76 u Talba

      □ Studju tal-​Bibbja tal-​Kongregazzjoni:

      jr kap. 7 ¶1-​6 (30 min.)

      □ Skola tal-​Ministeru Teokratiku:

      Qari tal-​Bibbja: Luqa 4-​6 (10 min.)

      Nru. 1: Luqa 4:22-​39 (4 min. jew inqas)

      Nru. 2: Huwa Ħażin li Tikkundanna t-​Tagħlim Falz?—td 27B (5 min.)

      Nru. 3: X’Evidenza Hemm li Ġesù Ġie Rxoxtat?—1 Kor. 15:3-​7 (5 min.)

      □ Laqgħa tas-​Servizz:

      Għanja 111

      5 min: Ibda Studju tal-​Bibbja fl-​Ewwel Sibt. Billi tuża l-​preżentazzjoni f’paġna 8, ħejji turija taʼ kif jistaʼ jinbeda studju fl-​ewwel Sibt t’April. Inkuraġġixxi lil kulħadd jieħu sehem.

      25 min: “Kif Tuża Aħbar Tajba Mingħand Alla!” Mistoqsija u tweġiba. Meta tikkunsidra paragrafu 6, ħejji żewġ turijiet.

      Għanja 97 u Talba

  • Kif Tuża Aħbar Tajba Mingħand Alla!
    Ministeru tas-Saltna—2013 | Marzu
    • 3. Dan il-​browxer kif inhu differenti minn pubblikazzjonijiet oħra li jintużaw għal studju?

      3 Kif Ġie Disinjat: Ħafna mill-​pubblikazzjonijiet tagħna li jintużaw għall-​istudju huma miktubin b’tali mod li wieħed ikun jistaʼ jaqrahom u jifhimhom anke mingħajr għajnuna. Din il-​pubblikazzjoni hi differenti. Inkitbet bħala gwida biex isir studju tal-​Bibbja minn għalliem. Għalhekk, meta toffri l-​browxer lil xi ħadd, ikun aħjar li tiddiskuti xi żewġ paragrafi. Il-​paragrafi huma qosra, u allura jistgħu jiġu kunsidrati fuq l-​għatba tal-​bieb jew fuq il-​post tax-​xogħol taʼ dak li jkun. Filwaqt li hu tajjeb li tibda mill-​1 lezzjoni, tistaʼ tibda l-​istudju kważi minn kwalunkwe lezzjoni tal-​browxer.

      4. Il-​browxer kif jgħinna ngħallmu direttament mill-​Bibbja?

      4 F’ħafna mill-​pubblikazzjonijiet tagħna, it-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet stampati jinsabu fil-​paragrafi. Madanakollu, f’din il-​pubblikazzjoni, it-​tweġibiet jinsabu l-​aktar fil-​Bibbja. Il-​biċċa l-​kbira min-​nies jippreferu jitgħallmu mill-​Bibbja milli mil-​letteratura tagħna. Għaldaqstant, hemm tassew ftit skritturi kwotati. Dawn għandhom jinqraw mill-​Bibbja stess. Dan jgħin lill-​istudenti jirrealizzaw li dak li qed jitgħallmu ġej minn Alla.—Is. 54:13.

      5. Għala hu importanti li l-​għalliem ikun preparat sew għal kull studju?

      5 Il-​browxer ma jispjegax l-​iskritturi kollha. Għala? Hu disinjat biex iħeġġeġ lill-​istudent jistaqsi mistoqsijiet u jħalli lill-​għalliem juża l-​abbiltà tiegħu li jgħallem. Għalhekk, hu importanti li tkun preparat sew għal kull studju. Kelma taʼ twissija: Titkellimx wisq. Hi l-​għaxqa tagħna li nispjegaw l-​Iskrittura. Imma spiss nagħmlu iktar ġid meta nistiednu lill-​istudent jispjega x’jaħseb li tkun tfisser l-​iskrittura. Jekk nużaw il-​mistoqsijiet bit-​tattika nistgħu ngħinuh jifhem xi tfisser kull skrittura.—Atti 17:2.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja