LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • sjj għanja 146
  • “Nagħmel kollox ġdid”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Nagħmel kollox ġdid”
  • Kanta mill-qalb lil Ġeħova
  • Materjal Simili
  • Kollox Magħmul Ġdid
    Għannu lil Ġeħova
  • L-Affarijiet Kollha Magħmulin Ġodda
    Għannu Tifħir lil Jehovah
  • Ħajja Bla Tmiem—X’Serħan!
    Għannu Tifħir lil Jehovah
  • Ħajja taʼ Dejjem Hi Mwiegħda
    Għannu Tifħir lil Jehovah
Ara Iżjed
Kanta mill-qalb lil Ġeħova
sjj għanja 146

GĦANJA 146

“Nagħmel kollox ġdid”

Edizzjoni Stampata

(Rivelazzjoni 21:1-​5)

  1. 1. F’daż-​żmien it-​tmexxija taʼ Alla ntweriet.

    Ġesù jmexxi fil-​glorja tas-​smewwiet.

    Is-​sema indaf, tkeċċa ix-​Xitan,

    Dalwaqt hawn fuq l-​art se jseħħ t’Alla l-​għan.

    (RITORNELL)

    It-​tinda t’Alla mal-​bnedmin;

    Bih magħna aħna ferħanin.

    Uġigħ ma ssibx hemm, lanqas m’hemm inkwiet,

    Xejn biki w mard, se jeqred hu l-​imwiet;

    Għax Alla qal: “Qed nagħmel kollox ġdid.”

    Dal-​kliem veru u taʼ ġid.

  2. 2. Ħa jilmħu ’l Ġerusalemm Ġdida bla xkiel,

    L-​għarusa li għall-​Ħaruf tleqq b’tant ġmiel.

    Imżejn’għall-​Għarus b’ħaġar ferm prezzjuż,

    Għaliha Ġeħova jkun dawl glorjuż.

    (RITORNELL)

    It-​tinda t’Alla mal-​bnedmin;

    Bih magħna aħna ferħanin.

    Uġigħ ma ssibx hemm, lanqas m’hemm inkwiet,

    Xejn biki w mard, se jeqred hu l-​imwiet;

    Għax Alla qal: “Qed nagħmel kollox ġdid.”

    Dal-​kliem veru u taʼ ġid.

  3. 3. Dil-​belt tant grandjuża ġġib għaxqa ’l-​bnedmin,

    U tagħha l-​bibien miftuħin f’kull ħin.

    Warajha se jimxu n-​nazzjonijiet,

    Dawlitha lkoll nuru bl-​azzjonijiet.

    (RITORNELL)

    It-​tinda t’Alla mal-​bnedmin;

    Bih magħna aħna ferħanin.

    Uġigħ ma ssibx hemm, lanqas m’hemm inkwiet,

    Xejn biki w mard, se jeqred hu l-​imwiet;

    Għax Alla qal: “Qed nagħmel kollox ġdid.”

    Dal-​kliem veru u taʼ ġid.

(Ara wkoll Mt. 16:3; Riv. 12:7-​9; 21:23-​25.)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja