TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠENESI 38–39
Ġeħova Qatt Ma Abbanduna lil Ġużeppi
Matul il-ħafna provi li Ġużeppi għadda minnhom, Ġeħova għenu “jirnexxi f’kulma kien imidd idejh biex jagħmel” u “ppermettielu jsib il-ħniena f’għajnejn l-uffiċjal ewlieni tal-ħabs.” (Ġen 39:2, 3, 21-23) X’lezzjonijiet nistgħu nitgħallmu minn dan ir-rakkont?
Meta ngħaddu mill-provi ma jfissirx li Ġeħova mhux qed jieħu pjaċir bina.—Sa 34:19
Aħna għandna naħsbu dwar l-affarijiet tajbin li Ġeħova għamel għalina u nirringrazzjawh.—Flp 4:6, 7
Aħna għandna nistrieħu fuq Ġeħova għall-għajnuna.—Sa 55:22