Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
1-7 taʼ Ġunju
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠENESI 44-45
Ħaffer għal Ġawhar Spiritwali
it-2 813
It-Tiċrit tal-Ħwejjeġ
Dan kien sinjal komuni taʼ niket fost il-Lhud, kif ukoll fost nies oħrajn tal-Asja tal-Lvant, speċjalment meta kienu jsiru jafu bil-mewt taʼ xi qarib. F’ħafna każi t-tiċrita kienet tkun fuq il-quddiem tal-libsa, kbira biżżejjed biex tikxef is-sider. Din ma kinitx tiċrita minn fuq s’isfel, u għalhekk il-libsa setgħet tkompli tintlibes.
L-ewwel darba li nsibu din il-prattika mniżżla fil-Bibbja hi meta Ruben, it-tifel il-kbir taʼ Ġakobb, ċarrat ħwejġu meta mar lura u ma sabx lil Ġużeppi fil-bir, u qal: “It-tifel m’għadux hemm! U issa jien—fejn se naqbad immur?” Bħala l-ewwel imwieled, Ruben kien responsabbli b’mod partikulari għal ħuh iżgħar minnu. Missieru Ġakobb ukoll ċarrat ħwejġu u libes l-ixkora b’sinjal taʼ niket meta qalulu dwar il-mewt t’ibnu. (Ġen 37:29, 30, 34) Ukoll, fl-Eġittu, ħut Ġużeppi mill-missier urew in-niket tagħhom billi ċarrtu ħwejjiġhom meta Benjamin deher li kien ħalliel.—Ġen 44:13.
8-14 taʼ Ġunju
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠENESI 46-47
“Jiġi Provdut l-Ikel fi Żmien taʼ Ġuħ”
w87 8/1 15 ¶2
Tiġi Preservata l-Ħajja fi Żmien taʼ Ġuħ
2 Is-sebaʼ snin taʼ abbundanza ntemmu, u l-ġuħ beda kif kien ħabbar Jehovah—ġuħ mhux biss fl-Eġittu iżda “fuq il-wiċċ kollu tal-art.” Meta n-nies bil-ġuħ fl-Eġittu bdew igħajtu lil Farawni għall-ħobż, Farawni qalilhom: “Morru għand Ġużeppi. Igħidilkom x’igħidilkom, dak hu li għandkom tagħmlu.” Ġużeppi biegħ il-qamħ lill-Eġizzjani sakemm spiċċawlhom il-flus. Imbagħad hu aċċetta l-annimali tagħhom bħala ħlas. Fl-aħħar, in-nies ġew għand Ġużeppi, billi qalu: “Ixtri lilna u lil artna għall-ħobż u aħna flimkien maʼ artna se nsiru rsiera għal Farawni.” Għalhekk Ġużeppi xtara l-art kollha tal-Eġizzjani għal Farawni.—Ġenesi 41:53-57; 47:13-20.
Ħaffer għal Ġawhar Spiritwali
it-1 220 ¶1
Attitudnijiet u Ġesti
Xi ħadd jagħlaq għajnejn il-mejjet. Meta Ġeħova qal lil Ġakobb: “Id Ġużeppi għad tagħlaqlek għajnejk,” dan kien ifisser li Ġużeppi kellu jagħlaq għajnejn Ġakobb wara mewtu. (Ġen 46:4) Dan kien dmir li s-soltu jagħmel l-ewwel imwieled. B’hekk jidher li hawn Ġeħova wera lil Ġakobb li d-dritt tal-ewwel imwieled kellu jkun taʼ Ġużeppi.—1Kr 5:2.
15-21 taʼ Ġunju
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠENESI 48-50
“Hemm Ħafna Affarijiet li Wħud Imdaħħlin fiż-Żmien Jistgħu Jaqsmu Magħna”
it-1 1246 ¶8
Ġakobb
Ftit qabel mewtu, Ġakobb bierek lin-neputijiet tiegħu, ulied Ġużeppi. Iggwidat minn Alla, Ġakobb poġġa ż-żgħir Efrajm qabel ħuh il-kbir Manasse. Ġużeppi kellu jirċievi l-porzjon doppju tal-wirt tal-ewwel imwieled, u għalhekk Ġakobb qallu: “Jien lilek se nagħtik biċċa art iktar milli nagħti lil ħutek, dik li jien ħadt minn id l-Amurrin bis-sejf u bil-qaws tiegħi.” (Ġen 48:1-22; 1Kr 5:1) Ladarba Ġakobb kien xtara l-biċċa art ħdejn Sikem mingħand ulied Ħamor bil-paċi, jidher li b’din il-wegħda lil Ġużeppi, Ġakobb wera x’fidi kellu. Dan għaliex Ġakobb tkellem b’mod profetiku dwar ir-rebħa futura taʼ Kangħan permezz tad-dixxendenti tiegħu daqslikieku kienet diġà twettqet bis-sejf u l-qaws tiegħu. (Ġen 33:19, 20) Il-porzjon doppju taʼ Ġużeppi taʼ dik l-art mirbuħa kien jikkonsisti mill-biċċtejn art mogħtijin lit-tribujiet taʼ Efrajm u Manasse.
it-2 206 ¶1
L-Aħħar Jiem
Il-Profezija taʼ Ġakobb Qabel Ma Miet. Meta Ġakobb qal lil uliedu, “Inġabru flimkien sabiex ngħidilkom x’se jiġrilkom fl-aħħar parti tal-jiem,” hu kellu f’moħħu dak iż-żmien fil-futur meta kliemu kellu jibda jitwettaq. (Ġen 49:1) Iktar minn żewġ sekli qabel, Ġeħova kien qal lil Abram (Abraham), in-nannu taʼ Ġakobb, li d-dixxendenti tiegħu kellhom jiġu mgħakksin għal 400 sena. (Ġen 15:13) Allura f’dan il-każ, iż-żmien li rrefera għalih Ġakobb bħala “l-aħħar parti tal-jiem” ma setax jibda qabel spiċċaw l-400 sena tal-jasar. Kien se jsir twettiq ieħor tal-profezija li jinvolvi lill-“Israel t’Alla” spiritwali.—Ga 6:16; Rum 9:6.
Ħaffer għal Ġawhar Spiritwali
it-1 289 ¶2
Benjamin
Fil-profezija taʼ qabel ma miet, Ġakobb qal li d-dixxendenti taʼ Benjamin kienu wħud li jafu jiġġieldu. Dwar dan l-iben maħbub, hu qal: “Benjamin se jibqaʼ jċarrat bħal lupu. Fil-għodu jiekol l-annimal maħtuf u fil-għaxija jqassam il-priża.” (Ġen 49:27) Dawn id-dixxendenti kienu magħrufin għall-abbiltà tagħhom biex jiġġieldu bl-iżbandola, u biex iwaddbu l-ġebel biha b’idhom il-leminija jew ix-xellugija u jolqtu fejn riedu bi preċiżjoni taʼ “ħxuna taʼ xagħra.” (Mħ 20:16; 1Kr 12:2) L-Imħallef Eħud, li kien xellugi u li kien qatel lis-sultan kattiv Għeglon, kien dixxendent taʼ Benjamin. (Mħ 3:15-21) Ukoll, kien “fil-għodu” tas-saltna taʼ Iżrael li mit-tribù taʼ Benjamin, għalkemm “wieħed mill-iżgħar tribujiet,” ħareġ l-ewwel sultan taʼ Iżrael, Sawl bin Kis, li wera li kien ġellied aħrax kontra l-Filistin. (1Sa 9:15-17, 21) Bl-istess mod kien “fil-għaxija,” sa fejn għandu x’jaqsam il-ġens taʼ Iżrael, li mit-tribù taʼ Benjamin kien hemm is-Sultana Ester u l-Prim Ministru Mordekaj, li ħadmu biex l-Iżraelin ma jinqerdux taħt l-Imperu Persjan.—Est 2:5-7.
22-28 taʼ Ġunju
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 1-3
Ħaffer għal Ġawhar Spiritwali
Mosè—Eżista jew Ħrafa?
Kien possibbli li prinċipessa Eġizzjana tadotta tarbija? Iva, għax ir-reliġjon Eġizzjana kienet tgħallem li l-għemejjel tajbin kienu meħtieġa biex wieħed imur fis-sema. Dwar l-adozzjoni, l-arkeologa Joyce Tyldesley tgħid: “In-nisa Eġizzjani kienu ugwali mal-irġiel Eġizzjani. Huma gawdew l-istess drittijiet legali u ekonomiċi, għall-inqas fit-teorija, u . . . n-nisa setgħu jadottaw.” Dokument tal-qedem dwar l-adozzjoni jsemmi mara Eġizzjana li adottat lill-ilsiera tagħha. U dwar li omm Mosè ġiet mikrija biex treddgħu, The Anchor Bible Dictionary jgħid: “Il-ħlas tal-omm propja taʼ Mosè biex treddgħu . . . huwa simili għall-arranġamenti tal-kuntratti tal-adozzjoni fil-Mesopotamja.”
29 taʼ Ġunju–5 taʼ Lulju
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | EŻODU 4-5
Ħaffer għal Ġawhar Spiritwali
it-2 12 ¶5
Ġeħova
Li “tkun taf” mhux bilfors ifisser li sempliċiment tkun taf lil xi ħadd jew xi ħaġa. Nabal, raġel li ma kienx għaqli, kien jaf x’jismu David imma xorta staqsa, “Min hu David?” fis-sens li jistaqsi, “Min jaħseb li hu David?” (1Sa 25:9-11; qabbel it-2Sa 8:13.) Ukoll, il-Fargħun kien qal lil Mosè: “Min hu Ġeħova, biex jien nismaʼ minn kliemu u nibgħat lil Israel? Jien assolutament ma nafux lil Ġeħova u, iktar minn hekk, m’iniex se nibagħtu lil Israel.” (Eżo 5:1, 2) B’hekk, il-Fargħun milli jidher ried jgħid li hu ma kienx jaf lil Ġeħova bħala l-Alla l-veru jew bħala li għandu xi awtorità fuq is-sultan tal-Eġittu u l-affarijiet tiegħu, lanqas bħala li għandu xi qawwa biex jimponi r-rieda Tiegħu bħalma qalu Mosè u Aron. Imma issa l-Fargħun u l-Eġittu kollu, flimkien mal-Iżraelin, kellhom ikunu jafu t-tifsir veru taʼ dak l-isem, il-persuna li jirrappreżenta. Bħalma Ġeħova qal lil Mosè, dan kellu jintwera permezz tat-twettiq tal-iskop Tiegħu rigward l-Iżraelin, tal-ħelsien tagħhom, u taʼ li jagħtihom l-Art Imwiegħda. B’hekk, il-patt Tiegħu maʼ missirijiethom ikun twettaq, u bħalma qal Alla: “Żgur li tkunu tafu li jien Ġeħova Alla tagħkom.”—Eżo 6:4-8.