GĦANJA 102
‘Għinu lid-dgħajfin’
Edizzjoni Stampata
1. Aħna nagħmlu żbalji spiss
Għax ilkoll dgħajfin.
Alla xorta lilna jgħożż;
Minnu maħbubin.
Imħabbtu tqanqlu jħenn,
Kbira w qatt ma tintemm.
Din l-imħabba nimitaw,
Ngħinu ’l-imsejknin.
2. Ġieli l-fidi taʼ xi wħud
Tgħaddi minn tiġrib.
Kliem taʼ faraġ ngħidu ’l dawn,
Tagħhom nieħdu ħsieb.
Ta’ Alla id-dgħajfin,
Bih jiġu imsaħħin.
Empatija nuru lkoll;
Tagħhom nimsħu d-dmugħ.
3. Flok immaqdru lid-dgħajfin,
Ħa ma ninsew qatt:
Jekk inħennu w nagħdru lkoll
Nagħmlu żgur impatt.
Jalla bla telf taʼ ħin
Inqawwu qalb xulxin.
Faraġ u appoġġ mill-qalb
Nagħtu lil kulħadd.
(Ara wkoll Is. 35:3, 4; 2 Kor. 11:29; Gal. 6:2.)