Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
10-16 TAʼ JANNAR
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | IMĦALLFIN 17-19
“Diżubbidjenza għal-Liġi t’Alla Twassal għal Problemi”
it-2 390-391
Mikea
Mikea kien raġel minn Efrajm. Hu ħa 1,100 biċċa tal-fidda mingħand ommu, u b’hekk kiser it-tmien kmandament. (Eżo 20:15) Meta stqarr dan u rritornahom lura, hi qalet: “Bla dubju jien irrid inqaddes il-fidda lil Ġeħova minn idi għall-ġid taʼ ibni, sabiex tintgħamel xbieha skolpita u statwa minn metall imdewweb; u mbagħad nagħtihielek lura.” Imbagħad ħadet 200 biċċa tal-fidda għand arġentier, u hu għamel “xbieha skolpita u statwa minn metall imdewweb” li iżjed tard kienet fid-dar taʼ Mikea. Mikea, li kellu “dar taʼ l-allat,” għamel efod u terafim u qal lil wieħed minn uliedu biex jaġixxi taʼ qassis għalih. Għalkemm dan l-arranġament milli jidher sar biex jonora lil Ġeħova, assolutament ma kienx xieraq, għax kiser il-kmandament kontra l-idolatrija (Eżo 20:4-6) u ma onorax it-tabernaklu taʼ Ġeħova u s-saċerdozju tiegħu. (Mħ 17:1-6; Dt 12:1-14) Iktar tard, Mikea ħa lil Ġonatan, dixxendent taʼ Gerson bin Mosè, fid-dar tiegħu, u qabbad lil dan iż-żagħżugħ Levita biex jaġixxi taʼ qassis għalih. (Mħ 18:4, 30) B’mod żbaljat, Mikea ħassu sodisfatt b’dan u qal, “Issa tassew naf li Ġeħova se jittrattani tajjeb.” (Mħ 17:7-13) Imma Ġonatan ma kienx ġej mill-familja taʼ Aron, u b’hekk lanqas biss ikkwalifika għas-servizz taʼ qassis. Dan kompla jżid mal-iżball taʼ Mikea.—Nu 3:10.
it-2 391 ¶2
Mikea
Mikea u l-irġiel tiegħu ġrew wara d-Danin. Meta laħaqhom u huma staqsewh x’kien ġara, Mikea qal: “Ħadtuli l-allat li għamilt, u l-qassis ukoll, u sejrin ’l hemm; u x’baqagħli iktar?” B’hekk, ulied Dan wissew lil Mikea li jistgħu jaħbtu għalih jekk ikompli jiġri warajhom u jipprotesta. Meta Mikea ra li d-Danin kienu iktar b’saħħithom minnu, hu mar id-dar. (Mħ 18:22-26) Wara dan, id-Danin ħabtu għal Lajs, ħarquha, u bnew il-belt taʼ Dan minflokha. Ġonatan u wliedu saru qassisin għad-Danin, li “żammew ix-xbieha skolpita li kien għamel Mikea mwaqqfa l-jiem kollha li d-dar taʼ l-Alla l-veru baqgħet f’Silo.”—Mħ 18:27-31.
21-27 TAʼ FRAR
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 1 SAMWEL 6-8
“Min Hu s-Sultan Tiegħek?”
it-2 163 ¶1
Saltna t’Alla
Kważi 400 sena wara l-ħruġ mill-Eġittu u ’l fuq minn 800 sena mill-patt li Alla għamel m’Abraham, l-Iżraelin talbu għal sultan uman biex imexxihom, bħalma ġnus oħra kellhom slaten umani. Din it-talba wriet li ma ridux lil Ġeħova jmexxihom. (1Sa 8:4-8) Veru, in-nies stennew li tiġi stabbilita saltna fi qbil mal-wegħda t’Alla lil Abraham u Ġakobb. Huma kellhom iżjed bażi għal tama bħal din minħabba l-profezija li qal Ġakobb qabel miet (Ġen 49:8-10), minħabba l-kliem li Ġeħova qal lil Iżrael wara l-Eżodu (Eżo 19:3-6), minħabba l-patt tal-Liġi (Dt 17:14, 15), u wkoll minħabba parti mill-messaġġ li Alla ġiegħel lil Balgħam jgħid (Nu 24:2-7, 17). Ħanna, l-omm leali taʼ Samwel esprimiet din it-tama fit-talb. (1Sa 2:7-10) Madanakollu, Ġeħova kien għadu ma kixifx għalkollox “is-sigriet sagru” tiegħu dwar is-Saltna u ma kienx indika ż-żmien meta din kellha tiġi stabbilita, lanqas kif kien se jkun dan il-gvern—jekk hux fis-sema jew fuq l-art. Għalhekk kienet prużunzjoni min-naħa tan-nies biex jitolbu għal sultan uman.
28 TAʼ FRAR–6 TAʼ MARZU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 1 SAMWEL 9-11
“Għall-Ewwel Sawl Kien Umli u Modest”
w95 12/15 10 ¶1
L-Għammonin—Nies li Ħallsu l-Qalb Tajba b’Azzjoni Ħażina
L-Għammonin ħallsu l-qalb tajba taʼ Ġeħova b’azzjoni ħażina. Ġeħova ma injorax din it-theddida mill-agħar. “U l-ispirtu t’Alla beda jaħdem fuq Sawl malli semaʼ dan il-kliem, u r-rabja tiegħu xegħlet bis-sħiħ.” Taħt id-direzzjoni tal-ispirtu t’Alla, Sawl ġabar 330,000 raġel għall-gwerra li qerdu lil Għammonin, tant li “ma kienx għad baqaʼ fosthom tnejn flimkien.”—1Sa 11:6, 11.