Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
25-31 TAʼ LULJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 2 SAMWEL 23-24
“Huwa Dak li Tagħti Sagrifiċċju?”
it-1 146
Arawna
Milli jidher, Arawna offra li jagħti l-post, il-baqar, u l-għodda tal-injam għas-sagrifiċċju mingħajr ħlas, imma David insista li jħallas għalihom. Ir-rakkont fit-2 Samwel 24:24 juri li David xtara l-qiegħa tad-dris u l-baqar għal 50 xekel tal-fidda (€98). Madankollu, ir-rakkont fl-1 Kronaki 21:25 jitkellem dwar li David ħallas 600 xekel tad-deheb (madwar €68,230) għall-post. Il-kittieb tat-2 Samwel kien qed jirreferi biss għall-post tal-artal u l-materjal meħtieġ għas-sagrifiċċju. Min-naħa l-oħra, il-kittieb tal-1 Kronaki jiddiskuti x-xiri tal-post fejn iktar tard inbena t-tempju. (1Kr 22:1-6; 2Kr 3:1) Ladarba li l-art kollha fejn inbena t-tempju kienet kbira ħafna, jidher li t-total taʼ 600 xekel tad-deheb kien qed jirreferi għax-xiri taʼ dan il-post kbir minflok il-biċċa żgħira fejn David bena l-artal.
1-7 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 1 SLATEN 1-2
“Int Titgħallem mill-Iżbalji Tiegħek?”
it-2 987 ¶4
Salamun
Meta Adonija u sħabu semgħu l-ħoss tal-mużika fil-qrib u l-għajjat tan-nies, huma ħarbu bil-biżaʼ. Salamun ta ħarsa bil-quddiem tal-paċi li kellu jkun hemm fit-tmexxija tiegħu billi ma pattiex għall-ħażin. Kieku l-affarijiet kienu bil-kontra, Salamun x’aktarx li kien jitlef ħajtu. Adonija ħarab lejn is-santwarju għall-protezzjoni, u għalhekk Salamun bagħat għalih. Salamun qal lil Adonija li kien se jgħix sakemm ma jinstab l-ebda ħażen fih. Imbagħad bagħtu lejn daru.—1Sl 1:41-53.
15-21 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 1 SLATEN 5-6
“Mibni b’Idejhom u b’Qalbhom”
it-1 424
Ċedru
L-użu kbir tal-injam taċ-ċedru kien jirrikjedi x-xogħol t’eluf taʼ ħaddiema f’li jaqtgħu s-siġar, iġorruhom lejn Tir jew Sidon, jifformawhom f’ċattri, u jmexxuhom fuq l-ilma, probabbilment sa Ġaffa. Imbagħad kienu jiġbduhom għal fuq l-art sa Ġerusalemm. (1Sl 5:6-18; 2Kr 2:3-10) Dan il-ġarr tal-injam kompla jsir sabiex setaʼ jingħad li l-kwantità tal-injam taċ-ċedru kienet daqs is-siġar tal-ġummajż matul ir-renju taʼ Salamun.—1Sl 10:27; qabbel Is 9:9, 10.
it-2 1077 ¶1
Tempju
Biex jorganizza x-xogħol, Salamun qabbad 30,000 raġel minn Iżrael u bagħathom il-Libanu fi gruppi t’10,000 kull xahar u setgħu joqogħdu għal xahrejn id-dar. (1Sl 5:13, 14) Hu qabbad 70,000 mir-“residenti barranin” biex iġorru t-tagħbija u 80,000 biex jaqtgħu l-ġebel. (1Sl 5:15; 9:20, 21; 2Kr 2:2) Salamun inkariga 550 raġel biex jieħdu ħsieb ix-xogħol u milli jidher 3,300 assistent. (1Sl 5:16; 9:22, 23) Jidher li minn dawn, 250 kienu Iżraelin u 3,600 kienu “residenti barranin” f’Iżrael.—2Kr 2:17, 18.
Ġawhar Spiritwali
g 5/12 17, kaxxa
Il-Bibbja—Ktieb taʼ Profezija Eżatta, L-1 Parti
ŻAMMA TAL-ĦIN PREĊIŻA
Eżempju taʼ żamma tal-ħin preċiża fil-Bibbja nsibuh fl-1 Slaten 6:1, li jirreferi għaż-żmien meta s-Sultan Salamun beda x-xogħol tat-tempju f’Ġerusalemm. Dan jgħid: “Ġara fis-sena erbaʼ mija u tmenin [479 sena sħiħa] wara li wlied Israel ħarġu mill-art taʼ l-Eġittu, fir-rabaʼ sena [tar-renju taʼ Salamun], fix-xahar taʼ Żiw, jiġifieri, it-tieni xahar, wara li Salamun sar sultan fuq Israel, illi hu beda jibni d-dar taʼ Ġeħova.”
Il-kronoloġija tal-Bibbja turi li r-rabaʼ sena tar-renju taʼ Salamun kienet fl-1034 QK. Jekk tgħodd lura minn dik is-sena 479 sena sħiħa, tasal għas-sena 1513 QK bħala s-sena tal-Eżodu t’Iżrael.
22-28 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 1 SLATEN 7
“X’Nistgħu Nitgħallmu minn Żewġ Kolonni”
it-1 348
Bogħaż, II
Waħda miż-żewġ kolonni tar-ram kien jisimha Bogħaż, li x’aktarx ifisser “Fis-Saħħa.” Il-kolonna l-oħra kien jisimha Ġakin, li jfisser “Hu Se Jwaqqaf fis-Sod.” Għalhekk meta jinqraw dawn l-ismijiet flimkien, dawn kienu jfissru ‘Hu [Ġeħova] se jwaqqaf fis-sod [it-tempju] fis-saħħa.’—1Sl 7:15-21.
Ġawhar Spiritwali
it-1 263
Ħasil
L-indafa fiżika hija meħtieġa minn dawk li jqimu lil Ġeħova fil-qdusija u purità. Dan kien muri meta kien hemm l-arranġament tat-tabernaklu u iktar tard is-servizz tat-tempju. Meta kien hemm dawn l-arranġamenti, il-Qassis il-Kbir Aron u wliedu kienu jinħaslu qabel ma jilbsu l-ħwejjeġ uffiċjali. (Eżo 29:4-9; 40:12-15; Le 8:6, 7) Biex jaħslu jdejhom u saqajhom, il-qassisin użaw l-ilma mill-vaska tar-ram aħmar fil-bitħa tat-tempju u iktar tard, mill-baħar kbir taʼ metall imdewweb fit-tempju taʼ Salamun. (Eżo 30:18-21; 40:30-32; 2Kr 4:2-6) F’Jum it-Tpattija, il-qassis il-kbir kien jinħasel darbtejn. (Le 16:4, 23, 24) Dawk li kienu jieħdu l-gidi għal Għażażel, kif ukoll dak li kien jibqaʼ mis-sagrifiċċji tal-annimali, u l-baqra ħamra tas-sagrifiċċju ’l barra mill-kamp kellhom jinħaslu u jaħslu ħwejjiġhom qabel ma jerġgħu jidħlu fil-kamp.—Le 16:26-28; Nu 19:2-10.