Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2023 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
8-14 TAʼ MEJJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 2 KRONAKI 20-21
Ġawhar Spiritwali
it-1 1271 ¶1-2
Ġeħoram
Permezz taʼ ittra, il-profeta Elija wissa lil Ġeħoram: “Ġeħova se jikkastiga bil-kbir lill-poplu tiegħek, lit-tfal tiegħek, lin-nisa tiegħek, u kulma għandek. U se tbati minn ħafna mard, inkluż marda tal-imsaren, sakemm jum wara l-ieħor joħorġulek imsarnek minħabba l-marda.”—2Kr 21:12-15.
Eżatt hekk ġara! Ġeħova ħalla lill-Filistin u l-Għarab jiħduha kontra Ġeħoram. Huma attakkaw lil Ġuda u ħadu lit-tfal u lin-nisa tiegħu. Imma Alla ppermetta li t-tifel iż-żgħir taʼ Ġeħoram jaħrab. Dan kien jismu Ġeħogħaħaż (jgħidulu wkoll Aħażija). Din kienet eċċezzjoni minħabba l-patt tas-Saltna li Alla kien għamel maʼ David. “Wara dan kollu, Ġeħova kkastiga lil Ġeħoram b’marda fi msarnu li ma kienx hemm fejqan għaliha.” Wara sentejn “ħarġulu msarnu” u bil-mod il-mod miet.—2Kr 21:7, 16-20; 22:1; 1Kr 3:10, 11.
15-21 TAʼ MEJJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 2 KRONAKI 22-24
“Ġeħova Jberikna Meta Nkunu Kuraġġużi”
it-1 379 ¶5
Dfin, Postijiet għad-Dfin
Il-Qassis il-Kbir Ġeħojada ngħata l-unur speċjali li jindifen “fil-Belt taʼ David flimkien mar-rejiet.” Hu kien l-unika persuna li ma kienx mil-linja tar-rejiet u li rċieva dan il-privileġġ.—2Kr 24:15, 16.
22-28 TAʼ MEJJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 2 KRONAKI 25-27
“Ġeħova Jistaʼ Jagħtik Ħafna Iktar minn Dan”
it-1 1266 ¶6
Ġeħogħas
Ġeħogħas kera mitt elf suldat lir-re taʼ Ġuda biex jiġġieldu kontra l-Edomin. Però, fuq il-parir tal-“qaddej tal-Alla l-veru” ntbagħtu lura. Għalkemm is-suldati kienu diġà tħallsu mitt talent tal-fidda (€680,500), huma irrabjaw għax bagħathom lura d-dar. X’aktarx dan kien għax kieku marru u rebħu l-gwerra kienu se jieħdu l-ġid lura magħhom.—2Kr 25:6-10, 13.
5-11 TAʼ ĠUNJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 2 KRONAKI 30-31
“Li Nkunu Flimkien Hu Tajjeb Għalina”
it-1 1103 ¶3
Ħeżekija
Ħeżekija stieden lil dawk f’Ġuda u anki lil dawk f’Iżrael permezz taʼ ittri li l-messaġġiera ħadu u qassmu minn Bir-xeba sa Dan. Ħafna waqqgħuhom għaċ-ċajt lill-messaġġiera, imma xi nies minn Aser, Manasse, u Żebulun kienu umli u marru. Attendew ukoll xi nies minn Efrajm u Isakkar. Minbarra dan, marru wkoll ħafna qaddejja taʼ Ġeħova li ma kinux Iżraelin. Probabbli din kienet xi ħaġa diffiċli għal dawk li kienu jaqdu lil Ġeħova u jgħixu f’Iżrael. Huma kien se jkollhom ħafna oppożizzjoni u jiġu mwaqqgħin għaċ-ċajt, bħalma kien ġara lill-messaġġiera. Dan għax Iżrael kienet mimlija b’qima falza u kellhom ħafna problemi mill-Assirjani.—2Kr 30:1-20; Nu 9:10-13.
19-25 TAʼ ĠUNJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 2 KRONAKI 34-36
“Qed Tħalli l-Kelma t’Alla Tgħinek?”
it-1 1157 ¶4
Ħulda
Ħilkija l-qassis il-kbir sab “il-ktieb tal-Liġi” waqt li kien qed isir ix-xogħol fit-tempju. Meta Ġosija sema dan “il-ktieb tal-Liġi” jinqara, bat xi rġiel biex isaqsu għall-gwida mingħand Ġeħova. Huma marru għand Ħulda u tathom il-messaġġ mingħand Ġeħova. Skont “il-ktieb,” jekk ma kinux se jobdu dak li hemm miktub fil-liġi, kien se jiġi l-gwaj fuqhom. Allura, Ġeħova qalilhom li dawk l-affarijiet kollha li hemm imniżżlin fil-“ktieb” kienu se jiġu fuq dan il-poplu apostata. Imma Ħulda żiedet li Ġosija, minħabba li umilja ruħu quddiem Ġeħova, ma kienx se jara dal-gwaj kollu u kien se jinġabar mal-antenati tiegħu u jindifen fil-paċi.—2Sl 22:8-20; 2Kr 34:14-28.