Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2023 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
10-16 TAʼ LULJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ESDRA 7-8
“L-Imġiba t’Esdra Ġabet Tifħir lil Ġeħova”
si 75 ¶5
Ktieb tal-Bibbja Numru 13—1 Kronaki
5 Ħadd ma kien iktar kwalifikat minn Esdra biex jikteb dan ir-rakkont b’eżattezza. “Esdra kien determinat b’qalbu kollha li jistudja l-Liġi taʼ Ġeħova u jobdiha, u li jgħallem f’Iżrael ir-regoli u d-deċiżjonijiet ġudizzjali tagħha.” (Esd 7:10) Ġeħova għenu bl-ispirtu qaddis. Ir-re Persjan għaraf li Esdra kien qed juża l-għerf li tah Alla u tah l-awtorità fid-distrett taʼ Ġuda.—Esd 7:12-26.
it-1 1158 ¶4
Umiltà
Jipprovdi Gwida Tajba. Wieħed li jumilja lilu nnifsu quddiem Alla jistaʼ jistenna li hu se jiggwidah. Esdra kellu responsabbiltà kbira li jmexxi iktar minn 1,500 raġel lura minn Babilonja lejn Ġerusalemm. Dan in-numru ma kienx jinkludi l-qassisin, in-Netinin, u n-nisa u t-tfal. Ukoll, huma ħadu magħhom ammont kbir taʼ deheb u fidda biex isebbħu t-tempju f’Ġerusalemm. Huma kellhom bżonn protezzjoni waqt il-vjaġġ, imma Esdra ma riedx isaqsi lir-re tal-Persja għal għajnuna militari, għax dan kien juri li qed jafda fin-nies minflok f’Alla. Minbarra dan, hu qal lir-re: “L-Alla tagħna qiegħed maʼ dawk kollha li jfittxuh.” Fil-fatt, hu qal lin-nies biex isumu u jumiljaw lilhom infushom quddiem Ġeħova. Huma talbu lil Alla, u hu semagħhom u pproteġiehom mill-għedewwa li setgħu attakkawhom fit-triq.—Esd 8:1-14, 21-32.
17-23 TAʼ LULJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ESDRA 9-10
“Se Nbatu Meta Ma Nobdux”
w09 10/1 10 ¶6
Ġeħova X’Jistenna Minna?
L-ubbidjenza tagħna se ġġibilna l-barkiet. Mosè kiteb: ‘Obdi l-kmandamenti li qed nikkmandak illum għall-ġid tiegħek stess.’ (Dt 10:13) Iva, dak kollu li jikkmandana Ġeħova—dak kollu li jitlob minna—hu għall-ġid tagħna. Dan jagħmel sens għax il-Bibbja tgħid li “Alla hu mħabba.” (1Ġw 4:8) Għalhekk, hu tana dawn il-kmandamenti għall-ġid tagħna. (Is 48:17) Jekk nagħmlu dak kollu li Ġeħova qed jitlob minna, se nevitaw ħafna frustrazzjonijiet issa u se ngawdu barkiet kbar għal dejjem taħt is-Saltna tiegħu.
24-30 TAʼ LULJU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | NEĦEMIJA 1-2
Ġawhar Spiritwali
w86 2/15 25
Il-Qima Vera Rebbieħa
Le, għax Neħemija kien ilu jitlob “lejl u nhar” dwar il-kundizzjoni taʼ Ġerusalemm. (Ne 1:4, 6) Meta kellu l-opportunità li jgħid lir-Re Artaserse dwar ix-xewqa li kellu biex jerġaʼ jibni s-swar taʼ Ġerusalemm, Neħemija reġaʼ talab. Hu għamel dak li kien ilu jagħmel. Ġeħova wieġbu billi r-re ħareġ il-liġi biex jerġgħu jibnu s-swar tal-belt.
Tagħlima Għalina: Neħemija dar lejn Ġeħova għad-direzzjoni. Meta niffaċċjaw deċiżjonijiet diffiċli, aħna wkoll għandna ‘nipperseveraw fit-talb’ u naġixxu skont dak li jgħidilna Ġeħova.—Rum 12:12.
21-27 T’AWWISSU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | NEĦEMIJA 10-11
“Huma Għamlu Sagrifiċċji għal Ġeħova”
w86 2/15 26
Il-Qima Vera Rebbieħa
Żgur li ma kienx faċli għall-Iżraelin li marru Ġerusalemm. Huma kellhom iħallu l-wirt tagħhom warajhom u kien se jkollhom l-ispejjeż u xi żvantaġġi oħra. Ukoll, kienu se jiffaċċjaw diversi perikli. Taħt dawn iċ-ċirkustanzi, oħrajn faħħru lill-volontiera u bla dubju talbu lil Ġeħova biex iberikhom.
28 T’AWWISSU– 3 TAʼ SETTEMBRU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | NEĦEMIJA 12-13
“Kun Leali Lejn Ġeħova Meta Tagħżel il-Ħbieb”
it-1 95 ¶5
L-Għammonin
Wara li Tobija tkeċċa mit-tempju, inqrat u ġiet applikata l-liġi t’Alla taʼ Dewteronomju 23:3-6. Il-liġi kienet tgħid li l-Għammonin u l-Mowabin ma kellhomx jidħlu fil-kongregazzjoni taʼ Iżrael. (Ne 13:1-3) Din il-liġi kienet saret madwar 1,000 sena qabel. U saret għax l-Għammonin u l-Mowabin ma ridux jgħinu lill-Iżraelin meta kienu qed jersqu qrib l-Art Imwiegħda.
Ġawhar Spiritwali
it-2 452 ¶9
Mużika
Il-kantanti kellhom importanza kbira fit-tempju. Dan jidher b’mod ċar mill-ħafna skritturi li jirreferu għall-kantanti. Kif ukoll mill-fatt li biex jiffokaw fuq is-servizz tagħhom, il-kantanti kienu “meħlusin minn xogħol ieħor” li kellhom jagħmlu l-Leviti l-oħra. (1Kr 9:33) Naraw ukoll li huma grupp speċjali taʼ Leviti mill-fatt li huma mniżżlin separatament minn dawk li marru lura minn Babilonja. (Esd 2:40, 41) Anke r-re Persjan Artaserse (Longimanu) niżżilhom bħala grupp separat fil-lista tal-gruppi speċjali li ma kellhomx bżonn iħallsu t-taxxa. (Esd 7:24) Iktar tard, ir-re “ħareġ kmand biex jieħdu ħsieb il-bżonnijiet taʼ kuljum tal-kantanti.” (Ne 11:23; Esd 7:18-26) Allura, nistgħu nifhmu li għalkemm il-kantanti kollha kienu Leviti, il-Bibbja tirreferi għalihom bħala grupp speċjali, u għalhekk titkellem dwar “il-kantanti, u l-Leviti.”—Ne 7:1; 13:10.