Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2023 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
11-17 TA’ SETTEMBRU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ESTER 3-5
“Għin lil Oħrajn Jagħmlu l-Aħjar Tagħhom”
it-2 431 ¶9
Mordekaj
Użat Biex Jeħles lill-Iżraelin. Meta ħarġet il-liġi biex il-Lhud kollha jinqerdu, Mordekaj kien fiduċjuż li Ester saret reġina f’dak iż-żmien biex teħles lil-Lhud. Hu għen lil Ester tifhem ir-responsabbiltà kbira li kellha u qalilha biex titlob l-għajnuna tar-re. Għalkemm ħajjitha kienet fil-periklu, hi xorta għamlet dak li qalilha.—Est 4:7-17; 5:1, 2.
9-15 T’OTTUBRU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠOB 4-5
“Evita Informazzjoni Falza”
it-1 713 ¶11
Elifaż
Wieħed mit-tlett iħbieb taʼ Ġob. (Ġob 2:11) Hu kien Temani u x’aktarx kien dixxendent tal-ewwel imwieled t’Għesaw. Għalhekk, kien dixxendent t’Abraham u allura kien jiġi minn Ġob. Hu u d-dixxendenti tiegħu kienu jiftaħru bl-għerf tagħhom. (Ġer 49:7) Elifaż, wieħed mit-tlieta li suppost farrġu lil Ġob, spikka bħala l-iktar wieħed importanti u li kien jinfluwenza lil oħrajn. Dan juri li x’aktarx hu kien l-ikbar wieħed fl-età. Hu kien l-ewwel li tkellem, tkellem tliet darbiet, u l-iktar fit-tul.
23-29 T’OTTUBRU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠOB 8-10
“L-Imħabba u l-Lealtà t’Alla Jipproteġuna mill-Gideb taʼ Satana”
w15 7/1 12 ¶3
Nistgħu Verament Nogħġbu lil Alla?
Ġob bata minħabba ħafna provi li ma kienx ħaqqu. Hu wasal għall-konklużjoni ħażina li Alla ma kienx jinteressah jekk jibqax leali jew le. (Ġob 9:20-22) Ġob tant kien konvint li ma kien għamel xejn ħażin li għall-oħrajn kien qisu qed jagħmel lilu nnifsu iktar ġust minn Alla.—Ġob 32:1, 2; 35:1, 2.