Referenzi għall-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna
© 2023 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
6-12 TAʼ NOVEMBRU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠOB 13-14
“Jekk Bniedem Imut, Jistaʼ Jerġaʼ Jgħix?”
w11 3/1 22 ¶5
“Int Se Tkun Tixtieq Ħafna”
Ġeħova jgħożż lill-qaddejja leali tiegħu. Hu ‘jixtieq ħafna’ li jerġaʼ jara lil-leali tiegħu li mietu. Studjuż qal li l-kelma Ebrajka għal ‘jixtieq ħafna’ hi waħda mill-iktar kliem b’saħħtu biex wieħed juri li vera jixtieq xi ħaġa. Iva, Ġeħova mhux biss jiftakar fil-qaddejja tiegħu imma qed iħares ’il quddiem biex jerġaʼ jqajjimhom mill-mewt.
Ġawhar Spiritwali
it-1 191
Irmied
L-irmied kien jirrappreżenta xi ħaġa li ma tiswa għal xejn. Pereżempju, Abraham qal lil Ġeħova, “jien biss trab u rmied.” (Ġen 18:27; ara wkoll Is 44:20; Ġob 30:19.) U Ġob qabbel il-kliem tal-ħbieb foloz tiegħu mal-“irmied.”—Ġob 13:12.
27 TAʼ NOVEMBRU-3 TAʼ DIĊEMBRU
GĦIX BĦALA KRISTJAN
g 9/15 6
Int Kif Tħares Lejn il-Flus?
Biex tara jekk għandekx ħarsa bilanċjata lejn il-flus, tistaʼ ssaqsi lilek innifsek xi mistoqsijiet. Pereżempju, ara dawn il-mistoqsijiet li ġejjin:
Iħajruni skemi li bihom nistaʼ nsir sinjur malajr?
Insibha diffiċli biex inkun ġeneruż bil-flus tiegħi?
Għandi drawwa li nagħmel ħbieb maʼ dawk li l-ħin kollu jitkellmu fuq il-flus u fuq l-affarijiet li għandhom?
Jien ġieli nigdeb jew nagħmel xi affarijiet oħra li mhux tajbin biex naqlaʼ l-flus?
Inħossni importanti għax għandi l-flus?
Jien il-ħin kollu naħseb dwar il-flus?
Il-ħarsa tiegħi lejn il-flus qed taffettwa ħażin lil saħħti u lill-familja tiegħi?
Jekk wiġibt iva għal waħda minn dawn il-mistoqsijiet, agħmel sforz biex ma taħsibx dwar affarijiet materjali u affarijiet li jħajruk. Evita ħbiberiji maʼ nies li jagħtu ħafna importanza lill-flus u l-affarijiet li għandhom. Minflok, agħmilha maʼ nies li għalihom il-prinċipji tajbin huma aħjar mill-affarijiet materjali.
Qatt tħalli l-imħabba għall-flus tikber f’qalbek u qatt iġġibhom qabel il-ħbieb, il-familja, u s-saħħa emozzjonali u fiżika. Meta ma tagħtix importanza żejda lill-flus, tkun qed turi li għandek ħarsa bilanċjata lejn il-flus.
18-24 TAʼ DIĊEMBRU
TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠOB 28-29
“Għandek Reputazzjoni Tajba bħal taʼ Ġob?”
it-2 81 ¶8
Ġob kien raġel importanti ħafna ħdejn bieb il-belt, anki l-irġiel akbar fl-età u l-kapijiet kienu jirrispettawh. (Ġob 29:5-11) Hu kien jieħu deċiżjonijiet ġusti. Kien t’għajnuna għar-romol, għall-orfni, għall-fqir, u għal kull min ma kellux min jgħinu. (Ġob 29:12-17) Hu żamm lilu nnifsu nadif mill-immoralità u mill-idolatrija, u qatt ma ħabb l-affarijiet materjali. Hu dejjem kien ġeneruż mal-fqar u maʼ dawk li kellhom bżonn l-għajnuna.—Ġob 31:9-28.