LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Żewġ Slaten f’Konflitt
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
    • Kapitlu Tlettax

      Żewġ Slaten f’Konflitt

      1, 2. Għala għandna nuru interess fil-​profezija dokumentata f’​Danjel kapitlu 11?

      ŻEWĠ slaten rivali huma mqabbdin f’xulxin f’taqbida sfrenata għas-​supremazija. Hekk kif igerbu s-​snin, daqqa jkun wieħed minn fuq, imbagħad l-​ieħor. Minn żmien għal żmien, sultan wieħed jaħkem b’mod suprem filwaqt li l-​ieħor isir inattiv, u jkun hemm perijodi li fihom ma jsir ebda konflitt. Imma mbagħad f’daqqa waħda tiżbroffa battalja oħra, u l-​konflitt jibqaʼ sejjer. Fost il-​parteċipanti f’dan id-​dramm insibu lil Selewku I Nikator, Sultan tas-​Sirja, lil Ptolomew Lagu, Sultan taʼ l-​Eġittu, lil Kleopatra I, Prinċipessa tas-​Sirja u Sultana taʼ l-​Eġittu, lil Awgustu u Tiberju, Imperaturi taʼ Ruma, u lil Żenobja, Sultana taʼ Palmira. Hekk kif il-​konflitt jersaq lejn tmiemu, il-​Ġermanja Nazista, il-​blokk taʼ ġnus Komunisti, il-​Qawwa Dinjija Anglo-Amerikana, il-​Lega tan-​Nazzjonijiet, u l-​Ġnus Magħquda kienu involuti wkoll. Il-​final huwa episodju li dawn l-​entitajiet politiċi ma jantiċipawhx. L-​anġlu taʼ Jehovah ddikjara din il-​profezija eċċitanti lill-​profeta Danjel xi 2,500 sena ilu.​—Danjel, kapitlu 11.

      2 Min jaf kemm ħassu eċċitat Danjel meta semaʼ lill-​anġlu jirrivelalu fid-​dettall ir-​rivalità taʼ bejn żewġ slaten futuri! Id-​dramm jinteressa lilna wkoll, għax it-​taqbida għall-​poter bejn iż-​żewġ slaten għadha sejra sa żmienna. Il-​fatt li naraw kif l-​istorja wriet li l-​ewwel parti tal-​profezija kienet vera se jsaħħilna l-​fidi u l-​fiduċja fit-​twettiq ċert taʼ l-​aħħar parti tar-​rakkont profetiku. Li noqogħdu attenti għal din il-​profezija se jagħtina fehma ċara dwar fejn aħna fil-​medda taż-​żmien. Dan se jqawwilna wkoll id-​determinazzjoni tagħna li nibqgħu newtrali fil-​konflitt waqt li nistennew bil-​paċenzja li Alla jaġixxi għan-​nom tagħna. (Salm 146:​3, 5) Mela, b’attenzjoni profonda, ejja niftħu widnejna sewwa hekk kif l-​anġlu taʼ Jehovah jkellem lil Danjel.

      KONTRA S-​SALTNA TAL-​GREĊJA

      3. L-​anġlu lil min appoġġa “fl-​ewwel sena tas-​sultan Dariju tal-​Medja”?

      3 “Jien,” qal l-​anġlu, “fl-​ewwel sena tas-​sultan Dariju tal-​Medja kont wieqaf biex ngħinu u nagħmillu l-​qalb.” (Danjel 11:1) Dariju kien miet, imma l-​anġlu rrefera għar-​renju tiegħu bħala l-​punt minfejn beda l-​messaġġ profetiku. Kien dan is-​sultan li kien ordna li Danjel jinħareġ mill-​ħofra taʼ l-​iljuni. Dariju kien ħareġ ukoll digriet li bih is-​sudditi kollha tiegħu kellhom jibżgħu minn dak Alla taʼ Danjel. (Danjel 6:​22-28 [21-27, NW]) Madankollu, dak li l-​anġlu waqaf għalih biex jappoġġah ma kienx Dariju l-​Medi, imma sieħeb l-​anġlu, Mikiel​—il-​prinċep tal-​poplu taʼ Danjel. (Qabbel Danjel 10:​12-14.) L-​anġlu t’Alla pprovda dan l-​appoġġ waqt li Mikiel tqabad mal-​prinċep demoniku tal-​Medo-Persja.

      4, 5. Min kienu l-​erbaʼ slaten imbassrin tal-​Persja?

      4 Kompla l-​anġlu t’Alla: “Ara, iqumu tliet slaten oħra fil-​Persja; mbagħad jiġi ieħor, ir-​rabaʼ wieħed, li jkun għani aktar minnhom ilkoll. Dan, wara li jkun tqawwa bl-​għana tiegħu, jibda jxewwex lil kulħadd għas-​saltna tal-​Greċja.” (Danjel 11:2) Min kienu sewwa sew dawn il-​ħakkiema Persjani?

      5 L-​ewwel tliet slaten kienu Ċiru l-​Kbir, Kambise II, u Dariju I. Ladarba Bardija (jew forsi xi pretendent li kien jismu Gawmata) ħakem għal sebaʼ xhur biss, il-​profezija ma kkalkulatux ir-​renju qasir tiegħu. Fis-​sena 490 Q.E.K., it-​tielet sultan, Dariju I, ipprova jinvadi l-​Greċja għat-​tieni darba. Madankollu, il-​Persjani sofrew telfa kbira f’Maratona u rtiraw lejn l-​Asja Minuri. Għalkemm Dariju ħejja bil-​għaqal għal kampanja oħra kontra l-​Greċja, ma setax iwettaqha qabel ma miet erbaʼ snin wara. Dan tħalla f’idejn ibnu u s-​suċċessur tiegħu, ir-​“rabaʼ” sultan, Sersi I. Dan kien is-​Sultan Assweru li żżewweġ lil Ester.​—Ester 1:1; 2:​15-17.

      6, 7. (a) Ir-​rabaʼ sultan kif ‘xewwex lil kulħadd għas-​saltna tal-​Greċja’? (b) X’kien ir-​riżultat tal-​kampanja taʼ Sersi kontra l-​Greċja?

      6 Sersi I tabilħaqq li ‘xewwex lil kulħadd għas-​saltna tal-​Greċja,’ jiġifieri, l-​istati indipendenti Griegi bħala grupp. “Imħeġġeġ minn kortiġjani ambizzjużi,” jgħid il-​ktieb The Medes and Persians​—Conquerors and Diplomats, “Sersi fetaħ attakk bil-​baħar u minn fuq l-​art.” Erodotu, storjografu Grieg tal-​ħames seklu Q.E.K., jikteb li “ebda spedizzjoni oħra mqabbla maʼ din ma kienet tisboqha.” Il-​kitba tiegħu tgħid li l-​qawwa navali “kienet tammonta b’kollox għal 517,610 irġiel. In-​numru taʼ suldati bil-​mixi kien 1,700,000; dak taʼ l-​ifirsa 80,000; maʼ dawn trid iżżid l-​Għarab rekbin fuq l-​iġmla, u l-​Libjani li ġġieldu minn fuq il-​karrijiet, u dawn nikkalkulahom xi 20,000. Għalhekk, in-​numru kollu kemm hu tal-​qawwiet armati fuq l-​art u fuq il-​baħar magħdudin flimkien jammonta għal 2,317,610 irġiel.”

      7 Ladarba l-​objettiv tiegħu kien konkwista sħiħa, Sersi I immobilizza l-​qawwa militari u enormi tiegħu kontra l-​Greċja fis-​sena 480 Q.E.K. Billi f’Termopili għelbu tattika tal-​Griegi li biha pprovaw jirbħu ż-​żmien, il-​Persjani għamlu ħerba sħiħa minn Ateni. Iżda, f’Salamina, ġarrbu telfa terribbli. Rebħa Griega oħra seħħet fi Platea, fis-​sena 479 Q.E.K. Ebda wieħed mis-​sebaʼ slaten li kienu suċċessuri taʼ Sersi fuq it-​tron taʼ l-​Imperu Persjan matul il-​143 sena li kien imiss ma ggwerra kontra l-​Greċja. Imma mbagħad qam sultan setgħani fil-​Greċja.

      SALTNA KBIRA MAQSUMA F’ERBGĦA

      8. Liema “sultan qawwi” qam, u kif ġie li “jħaddem ħakma kbira”?

      8 “[I]qum sultan qawwi li jħaddem ħakma kbira u jibda jagħmel li jfettillu,” qal l-​anġlu. (Danjel 11:3) Alessandru, li kellu għoxrin sena, ‘qam’ bħala sultan tal-​Maċedonja fis-​sena 336 Q.E.K. Hu fil-​fatt sar “sultan qawwi”​—Alessandru l-​Kbir. Imbottat minn pjan taʼ missieru, Filippu II, hu ħataf il-​provinċji Persjani fil-​Lvant Nofsani. Billi qasmu x-​xmajjar Ewfrat u Tigri, is-​47,000 raġel li kellu ferrxu lit-​truppi taʼ Dariju III li kienu jammontaw għal 250,000 f’Gawgamela. Sussegwentement, Dariju ħarab u nqatel, u b’hekk intemmet id-​dinastija Persjana. Il-​Greċja issa saret il-​qawwa dinjija, u Alessandru ‘ħaddem ħakma kbira u għamel li fettillu.’

      9, 10. Kif uriet li kienet vera l-​profezija li s-​saltna t’Alessandru ma ħaduhiex uliedu warajh?

      9 Il-​ħakma t’Alessandru fuq id-​dinja kellha tkun qasira, għax l-​anġlu t’Alla żied: “Meta jkun waqqaf is-​saltna, is-​saltna tiegħu tisfaxxa u tinqasam lejn l-​erbat irjieħ tas-​sema; mhux uliedu jeħduha warajh, anqas ma tkun maħkuma kif ikun ħakimha hu, għax saltnatu tittieħed minn idejn uliedu u tingħata lil oħrajn.” (Danjel 11:4) Alessandru kien għadu m’għalaqx it-​33 sena meta marda li ġiet fuqu ħabta u sabta qatlitu f’Babilonja fis-​sena 323 Q.E.K.

      10 L-​imperu vast t’Alessandru m’għaddiex f’idejn “uliedu.” Ħuh Filippu III Arridew saltan għal inqas minn sebaʼ snin u, fis-​sena 317 Q.E.K., inqatel skond kif xtaqet Olimpja, omm Alessandru. Alessandru IV, bin Alessandru, ħakem sas-​sena 311 Q.E.K. meta safaʼ mejjet minn taħt idejn Kassandru, wieħed mill-​ġenerali taʼ missieru. Erakles, l-​iben illeġittimu t’Alessandru, ipprova jaħkem f’isem missieru imma ġie assassinat fis-​sena 309 Q.E.K. Hekk intemmet il-​linja t’Alessandru, billi ‘saltnatu’ telqet mingħand il-​familja tiegħu.

      11. Is-​saltna t’Alessandru kif ‘sfaxxat u nqasmet lejn l-​erbat irjieħ tas-​sema’?

      11 Wara l-​mewt t’Alessandru, saltnatu nqasmet “lejn l-​erbat irjieħ tas-​sema.” Il-​ħafna ġenerali tiegħu ġġieldu bejniethom waqt li pprovaw jaħtfu territorju kemm jifilħu. Il-​Ġeneral Antigonu I, raġel b’għajn waħda, ipprova jieħu taħt idejh l-​imperu kollu t’Alessandru. Imma nqatel f’battalja ġewwa Ipsu fi Friġja. Sas-​sena 301 Q.E.K., erbgħa mill-​ġenerali t’Alessandru kienu fil-​poter fuq it-​territorju vast konkwistat mill-​kmandant tagħhom. Kassandru ħakem fuq il-​Maċedonja u l-​Greċja. Lisimaku kiseb il-​kontroll fuq l-​Asja Minuri u t-​Traċja. Selewku I Nikator ħataf il-​Mesopotamja u s-​Sirja. U Ptolomew Lagu ħa l-​Eġittu u l-​Palestina. Fi qbil mal-​kelma profetika, l-​imperu kbir t’Alessandru nqasam f’erbaʼ saltniet Ellenistiċi.

      JOĦORĠU ŻEWĠ SLATEN RIVALI

      12, 13. (a) Erbaʼ saltniet Ellenistiċi kif tnaqqsu għal tnejn? (b) Selewku liema dinastija stabbilixxa fis-​Sirja?

      12 Ftit snin wara li telaʼ fil-​poter, Kassandru miet, u fis-​sena 285 Q.E.K., Lisimaku ħa taħt idejh il-​parti Ewropea taʼ l-​Imperu Grieg. Fis-​sena 281 Q.E.K., Lisimaku nqatel fil-​battalja kontra Selewku I Nikator, u b’hekk Selewku ħa l-​kontroll fuq il-​porzjon il-​kbir tat-​territorji Asjatiċi. Antigonu II Gonata, neputi taʼ wieħed mill-​ġenerali t’Alessandru, telaʼ fuq it-​tron tal-​Maċedonja fis-​sena 276 Q.E.K. Maż-​żmien, il-​Maċedonja saret tiddependi minn Ruma u fis-​sena 146 Q.E.K. spiċċat bħala provinċja taʼ Ruma.

      13 Mill-​erbaʼ saltniet Ellenistiċi tnejn biss issa baqgħu prominenti​—waħda taħt Selewku I Nikator u l-​oħra taħt Ptolomew Lagu. Selewku stabbilixxa d-​dinastija Selewċida fis-​Sirja. Fost il-​bliet li bena kien hemm Antjokja​—il-​kapitali Sirjana l-​ġdida—​u l-​port taʼ Selewċja. Iktar tard l-​appostlu Pawlu għallem f’Antjokja, fejn is-​segwaċi taʼ Ġesù bdew jissejħu Kristjani għall-​ewwel darba. (Atti 11:​25, 26; 13:​1-4) Selewku ġie assassinat fis-​sena 281 Q.E.K., imma d-​dinastija tiegħu ħakmet sas-​sena 64 Q.E.K. meta l-​Ġeneral Ruman Gnew Pompei għamel lis-​Sirja provinċja Rumana.

      14. Id-​dinastija Ptolomajka meta ġiet stabbilita fl-​Eġittu?

      14 Is-​saltna Ellenistika li damet l-​iktar mill-​erbaʼ saltniet kienet dik taʼ Ptolomew Lagu, jew Ptolomew I, li assuma t-​titlu taʼ sultan fis-​sena 305 Q.E.K. Id-​dinastija Ptolomajka li hu stabbilixxa kompliet taħkem l-​Eġittu sakemm waqgħet taħt idejn Ruma fis-​sena 30 Q.E.K.

      15. Liema żewġ slaten b’saħħithom ħarġu mill-​erbaʼ saltniet Ellenistiċi, u dawn taw bidu għal liema taqbida?

      15 B’hekk, minn erbaʼ saltniet Ellenistiċi, ħarġu żewġ slaten b’saħħithom​—Selewku I Nikator fuq is-​Sirja u Ptolomew I fuq l-​Eġittu. B’dawn iż-​żewġ slaten bdiet it-​taqbida twila bejn “is-​sultan tat-​tramuntana” u s-​“sultan tan-​nofsinhar,” deskritta f’​Danjel kapitlu 11. L-​anġlu taʼ Jehovah ma semmiex l-​ismijiet tas-​slaten, għax l-​identità u n-​nazzjonalità taʼ dawn iż-​żewġ slaten kellhom jinbidlu matul is-​sekli. Waqt li ħalla barra dettalji mhux bżonnjużi, l-​anġlu semma biss ħakkiema u ġrajjiet li għandhom x’jaqsmu mal-​konflitt.

      JIBDA L-​KONFLITT

      16. (a) Iż-​żewġ slaten kienu lejn it-​tramuntana u lejn in-​nofsinhar taʼ min? (b) Liema slaten kienu l-​ewwel li assumew l-​irwol tas-​“sultan tat-​tramuntana” u tas-​“sultan tan-​nofsinhar”?

      16 Iftaħ widnejk! Biex jiddeskrivi l-​bidu taʼ dan il-​konflitt drammatiku, l-​anġlu taʼ Jehovah jgħid: “Is-​sultan tan-​nofsinhar jitqawwa, imma wieħed mill-​prinċpijiet tiegħu [t’Alessandru] jsir aqwa minnu u [s-sultan tat-​tramuntana] jagħmel il-​ħakma tiegħu ħakma kbira.” (Danjel 11:5) It-​titli “sultan tat-​tramuntana” u “sultan tan-​nofsinhar” jirreferu għal slaten lejn it-​tramuntana u n-​nofsinhar tal-​poplu taʼ Danjel, li sa dak iż-​żmien kienu nħelsu mill-​jasar Babiloniż u ttieħdu lura lejn il-​pajjiż taʼ Ġuda. L-​ewwel “sultan tan-​nofsinhar” kien Ptolomew I taʼ l-​Eġittu. Wieħed mill-​ġenerali t’Alessandru li ħareġ rebbieħ kontra Ptolomew I u ħakem b’“ħakma kbira” kien Selewku I Nikator, is-​Sultan Sirjan. Dan assuma l-​irwol tas-​“sultan tat-​tramuntana.”

      17. Min kien qiegħed jiddomina l-​pajjiż taʼ Ġuda fil-​bidu tal-​konflitt bejn is-​sultan tat-​tramuntana u s-​sultan tan-​nofsinhar?

      17 Meta beda l-​konflitt, il-​pajjiż taʼ Ġuda kien taħt id-​dominju tas-​sultan tan-​nofsinhar. Minn madwar is-​sena 320 Q.E.K. ’l quddiem, Ptolomew I influwenza lil xi Lhud biex jiġu l-​Eġittu u jifformaw kolonja. B’hekk żviluppat kolonja Lhudija f’Lixandra, fejn Ptolomew I bena librerija famuża. Il-​Lhud f’Ġuda baqgħu taħt il-​kontroll taʼ l-​Eġittu Ptolomajk, is-​sultan tan-​nofsinhar, sas-​sena 198 Q.E.K.

      18, 19. Mal-​medda taż-​żmien, iż-​żewġ slaten rivali kif daħlu f“arranġament ekwu”?

      18 Dwar iż-​żewġ slaten, l-​anġlu pprofetizza: “Wara xi snin, dawn it-​tnejn jagħmlu għaqda bejniethom; bint is-​sultan tan-​nofsinhar tmur għand is-​sultan tat-​tramuntana biex iseħħ il-​ftehim, iżda hi ma jkollhiex ħila żżomm setgħetha. Is-​sultan ma jibqax ħaj, anqas nislu, u hi tkun mogħtija għall-​mewt, flimkien maʼ dawk li jkunu wassluha, maʼ binha u maʼ dak li jkun żamm magħha.” (Danjel 11:6) Dan kollu kif seħħ?

      19 Il-​profezija ma kkalkulatx lil Antijoku I, l-​iben u s-​suċċessur taʼ Selewku I Nikator, għaliex hu ma ġġieled l-​ebda gwerra deċiżiva kontra s-​sultan tan-​nofsinhar. Imma s-​suċċessur tiegħu, Antijoku II, iġġieled gwerra fit-​tul kontra Ptolomew II, bin Ptolomew I. Antijoku II u Ptolomew II rispettivament ifformaw is-​sultan tat-​tramuntana u s-​sultan tan-​nofsinhar. Antijoku II kien miżżewweġ lil Laodiċe, u dawn kellhom iben jismu Selewku II, mentri Ptolomew II kellu tifla jisimha Bereniċe. Fis-​sena 250 Q.E.K., dawn iż-​żewġ slaten daħlu fi “ftehim.” Biex iħallas il-​prezz taʼ din l-​alleanza, Antijoku II ddivorzja lil martu Laodiċe u żżewweġ lil Bereniċe, “bint is-​sultan tan-​nofsinhar.” Minn Bereniċe, hu kellu iben li sar il-​werriet għat-​tron tas-​Sirja minflok ulied Laodiċe.

      20. (a) Is-​‘setgħa’ taʼ Bereniċe kif ma żammitx wieqfa? (b) Kif ġew ċeduti Bereniċe, “dawk li . . . wassluha,” u “dak li . . . żamm magħha”? (ċ) Min sar sultan tas-​Sirja wara li Antijoku II tilef “nislu,” jew il-​qawwa tiegħu?

      20 Is-​‘setgħa,’ jew il-​qawwa t’appoġġ, taʼ Bereniċe kienet missierha, Ptolomew II. Meta dan miet fis-​sena 246 Q.E.K., hi ‘ma kellhiex ħila żżomm setgħetha’ maʼ żewġha. Antijoku II warrabha, iżżewweġ mill-​ġdid lil Laodiċe, u lil binhom innominah biex ikun is-​suċċessur tiegħu. Kif kienet ippjanat Laodiċe, Bereniċe u binha ġew assassinati. B’mod evidenti, il-​qaddejja li kienu ġabu lil Bereniċe mill-​Eġittu lejn is-​Sirja​—“dawk li . . . wassluha”—​spiċċaw bl-​istess mod. Laodiċe vvelenat saħansitra lil Antijoku II, u għalhekk “nislu,” jew il-​qawwa tiegħu, ukoll ma ‘baqax ħaj.’ Għaldaqstant, missier Bereniċe, u żewġha s-​Sirjan​—li temporanjament kien “żamm magħha”—​it-tnejn li huma mietu. Dan ħalla lil Selewku II, bin Laodiċe, bħala sultan tas-​Sirja. Is-​sultan Ptolomajk li kien imiss kif kien se jirreaġixxi għal dan kollu?

      SULTAN JIVVENDIKA RUĦU GĦALL-​QTIL T’OĦTU

      21. (a) Min kien wieħed mir-​“rimja” taʼ ‘għeruq’ Bereniċe, u kif ‘qam’? (b) Ptolomew III kif ġie kontra l-​“fortizza tas-​sultan tat-​tramuntana” u rebaħlu?

      21 “Minn għeruqha tqum rimja flok is-​sultan,” qal l-​anġlu, “jiġi kontra l-​eżerċtu, jidħol fil-​fortizza tas-​sultan tat-​tramuntana, u jġib ruħu bl-​iebes magħhom u jirbaħ.” (Danjel 11:7) Wieħed mir-​“rimja” tal-​ġenituri, jew ‘l-​għeruq,’ taʼ Bereniċe kien ħuha. Mal-​mewt taʼ missieru, hu ‘qam’ bħala s-​sultan tan-​nofsinhar, il-​Fargħun Eġizzjan Ptolomew III. Minnufih hu rħielha biex jivvendika ruħu għall-​qtil t’oħtu. Billi mmarċja kontra s-​Sultan Sirjan Selewku II, li kien intuża minn Laodiċe biex toqtol lil Bereniċe u lil binha, hu ġie kontra l-​“fortizza tas-​sultan tat-​tramuntana.” Ptolomew III ħa l-​parti ffortifikata t’Antjokja u ta d-​daqqa tal-​mewt lil Laodiċe. Waqt li mexa lejn il-​lvant billi għadda minn ġod-​dominju tas-​sultan tat-​tramuntana, hu ħa l-​priża minn Babilonja u mmarċja lejn l-​Indja.

      22. Ptolomew III x’ġab lura lejn l-​Eġittu, u għala ‘għal xi snin ma ħadhiex kontra s-​sultan tat-​tramuntana’?

      22 X’ġara mbagħad? L-​anġlu t’Alla jgħidilna: “L-​allat u l-​idoli tagħhom iġorrhom lejn l-​Eġittu bħala priża, flimkien mat-​tagħmir prezzjuż tagħhom tal-​fidda u d-​deheb, u mbagħad għal xi snin ma jeħodhiex kontra s-​sultan tat-​tramuntana.” (Danjel 11:8) ’Il fuq minn 200 sena qabel, is-​Sultan Persjan Kambise II kien ikkonkwista l-​Eġittu u ġarr lura miegħu xi allat Eġizzjani, “l-​idoli tagħhom.” Billi ħa l-​priża minn Susan, dik li qabel kienet il-​kapitali rjali tal-​Persja, Ptolomew III ħa lura lil dawn l-​allat u ħadhom bħala “priża” lejn l-​Eġittu. Hu ġab lura wkoll bħala priża tal-​gwerra għadd kbir taʼ “tagħmir prezzjuż . . . tal-​fidda u d-​deheb.” Billi kien obbligat irażżan xi rvell f’pajjiżu, Ptolomew III ‘ma ħadhiex kontra s-​sultan tat-​tramuntana,’ u b’hekk ma weġġgħux iktar.

      IS-​SULTAN SIRJAN JIRRITALJA

      23. Is-​sultan tat-​tramuntana għala ‘mar lura f’pajjiżu’ wara li daħal fis-​saltna tas-​sultan tan-​nofsinhar?

      23 Kif irreaġixxa s-​sultan tat-​tramuntana? Intqallu lil Danjel: “Dan imur fis-​saltna tas-​sultan tan-​nofsinhar u jerġaʼ lura f’pajjiżu.” (Danjel 11:9) Is-​sultan tat-​tramuntana​—is-​Sultan Sirjan Selewku II—​irritalja. Daħal “fis-​saltna,” jew il-​qasam, tas-​sultan Eġizzjan tan-​nofsinhar imma sofra telfa. Bi fdal żgħir biss mill-​eżerċtu tiegħu, Selewku II mar “lura f’pajjiżu,” billi rtira lejn il-​kapitali Sirjana t’Antjokja madwar is-​sena 242 Q.E.K. Meta miet, ibnu Selewku III sar is-​suċċessur tiegħu.

      24. (a) Xi ġralu Selewku III? (b) Is-​Sultan Sirjan Antijoku III kif ġie ‘bħal mewġa qawwija li ġġorr kollox quddiemha u baqaʼ għaddej’ minn ġod-​dominju tas-​sultan tan-​nofsinhar?

      24 Xi tbassar dwar in-​nisel tas-​Sultan Sirjan Selewku II? L-​anġlu qal lil Danjel: “Uliedu jixxewwxu, jiġbru eżerċtu kbir u kotran, u, bħal mewġa qawwija li ġġorr kollox quddiemha u tibqaʼ għaddejja, huwa jerġaʼ jiġi biex għal darba oħra jqanqal taqbida sal-​fortizza tiegħu.” (Danjel 11:10) Selewku III ġie assassinat, u b’hekk ir-​renju tiegħu ntemm f’inqas minn tliet snin. Ħuh, Antijoku III, sar is-​suċċessur tiegħu fuq it-​tron tas-​Sirja. Dan l-​iben taʼ Selewku II ġemaʼ qawwiet armati kbar biex jattakka lis-​sultan tan-​nofsinhar, li sa dakinhar kien Ptolomew IV. Is-​sultan Sirjan il-​ġdid tat-​tramuntana ġġieled b’suċċess kontra l-​Eġittu u rebaħ lura l-​port taʼ Selewċja, il-​provinċja taʼ Ċelesirja, il-​bliet taʼ Tir u Ptolemajs, u bliet oħrajn fil-​viċin. Hu għeleb b’mod deċiżiv lil eżerċtu tas-​Sultan Ptolomew IV u ħa ħafna mill-​bliet taʼ Ġuda. Fir-​rebbiegħa tas-​sena 217 Q.E.K., Antijoku III telaq minn Ptolemajs u mar lejn it-​tramuntana, “sal-​fortizza tiegħu” fis-​Sirja. Imma kien hemm bidla fil-​qrib.

      TINQALEB IL-​FOLJA

      25. Ptolomew IV fejn iltaqaʼ m’Antijoku III fil-​battalja, u x’‘waqaʼ taħt idejn’ is-​sultan Eġizzjan tan-​nofsinhar?

      25 Bħal Danjel, aħna niftħu widnejna waqt li nħarsu ’l quddiem hekk kif l-​anġlu taʼ Jehovah mbagħad ibassar: “Is-​sultan tan-​nofsinhar jimtela bil-​qilla u joħroġ jitqabad mas-​sultan tat-​tramuntana, li jmur jiqaflu b’kotra kbira, iżda din il-​kotra taqaʼ taħt idejh.” (Danjel 11:11) B’eżerċtu li kien fih 75,000 ruħ, Ptolomew IV, is-​sultan tan-​nofsinhar, mexa lejn it-​tramuntana kontra l-​għadu. Antijoku III, is-​sultan Sirjan tat-​tramuntana, kien bena “kotra kbira” taʼ 68,000 ruħ biex jiqaflu. Imma l-​“kotra” ‘waqgħet taħt idejn’ is-​sultan tan-​nofsinhar fil-​battalja ġewwa l-​belt taʼ Rafija li kienet fuq il-​kosta, viċin il-​fruntiera taʼ l-​Eġittu.

      26. (a) Liema “kotra” nġarret lil hinn mis-​sultan tan-​nofsinhar fil-​battalja taʼ Rafija, u x’kienu t-​termini tat-​trattat taʼ paċi magħmul hemmhekk? (b) Ptolomew IV kif ma ‘ssaħħaħx’? (ċ) Min sar is-​sultan tan-​nofsinhar li kien imiss?

      26 Tissokta l-​profezija: “Wara li jkun ġarr din il-​kotra miegħu, jibda jitkabbar bih innifsu, u jixħet maʼ l-​art eluf taʼ eluf; iżda, minkejja dan kollu, huwa ma jissaħħaħx.” (Danjel 11:12) Ptolomew IV, is-​sultan tan-​nofsinhar, “ġarr . . . miegħu” 10,000 Sirjan taʼ l-​infanterija u 300 raġel tal-​kavallerija li kollha qatilhom u ħa miegħu 4,000 bħala priġunieri. Is-​slaten imbagħad għamlu trattat li bih Antijoku III żamm il-​port taʼ Selewċja li kellu fis-​Sirja imma tilef il-​Feniċja u ċ-​Ċelesirja. Bħala riżultat taʼ din ir-​rebħa, qalb is-​sultan Eġizzjan tan-​nofsinhar ‘tkabbret,’ speċjalment kontra Jehovah. Ġuda baqgħet taħt il-​kontroll taʼ Ptolomew IV. Madankollu, dan ma ‘saħħaħx’ il-​pożizzjoni tiegħu biex ikattar ir-​rebħa tiegħu kontra s-​sultan Sirjan tat-​tramuntana. Minflok, Ptolomew IV taha għal ħajja taʼ tbaħrid, u ibnu taʼ ħames snin, Ptolomew V, sar is-​sultan tan-​nofsinhar li kien imiss xi snin qabel il-​mewt t’Antijoku III.

      JIRRITORNA L-​KONKWISTATUR

      27. Is-​sultan tat-​tramuntana kif irritorna ‘wara li għaddew xi snin’ biex jieħu lura xi territorji mingħand l-​Eġittu?

      27 Minħabba l-​bravuri kollha tiegħu, Antijoku III ngħata t-​titlu t’Antijoku l-​Kbir. L-​anġlu qal dwaru: “Is-​sultan tat-​tramuntana jerġaʼ jiġbor kotra akbar minn qabel, u wara li jgħaddu xi snin jiġi b’eżerċtu kbir u mgħammar tajjeb ħafna.” (Danjel 11:13) Dawn is-​“snin” kienu jammontaw għal 16-il sena jew iktar wara li l-​Eġizzjani għelbu lis-​Sirjani f’Rafija. Meta ż-​żagħżugħ Ptolomew V sar sultan tan-​nofsinhar, Antijoku III irħielha b’“kotra akbar minn qabel” biex jieħu lura t-​territorji li kien rebaħlu s-​sultan Eġizzjan tan-​nofsinhar. B’dan l-​iskop, hu ngħaqad maʼ Filippu V, Sultan tal-​Maċedonja.

      28. Is-​sultan żagħżugħ tan-​nofsinhar liema inkwiet kellu?

      28 Is-​sultan tan-​nofsinhar kellu wkoll l-​inkwiet fis-​saltna tiegħu. “F’dak iż-​żmien ikun hemm ħafna li jqumu kontra s-​sultan tan-​nofsinhar,” qal l-​anġlu. (Danjel 11:14a) Fil-​fatt, kienu ħafna li ‘qamu kontra s-​sultan tan-​nofsinhar.’ Minbarra li ħabbat wiċċu mal-​qawwiet armati t’Antijoku III u l-​alleat Maċedonjan tiegħu, is-​sultan żagħżugħ tan-​nofsinhar iffaċċja l-​problemi li kellu f’daru fl-​Eġittu. Minħabba li Agatokle, il-​kustodju tiegħu li ħakem f’ismu, ittratta b’arroganza kbira lill-​Eġizzjani, ħafna rribellaw. L-​anġlu żied: “U fost il-​poplu tiegħek ukoll ikun hemm dawk [‘ulied il-​ħallelin,’ NW] li jitfixklu biex isseħħ id-​dehra, u dawn jaqgħu.” (Danjel 11:14b) Saħansitra xi wħud mill-​poplu taʼ Danjel saru ‘ulied il-​ħallelin,’ jew rivoluzzjonarji. Imma kwalunkwe “dehra” li kellhom dawn l-​irġiel Lhud dwar li ma jħallux li art twelidhom tibqaʼ dominata mill-​Ġentili kienet falza, u huma kienu se jfallu, jew “jaqgħu.”

      29, 30. (a) Il-​“forzi armati . . . tan-​nofsinhar” kif ċedew taħt l-​attakk mit-​tramuntana? (b) Is-​sultan tat-​tramuntana kif ‘baqaʼ fis-​sod fil-​pajjiż glorjuż’?

      29 L-​anġlu taʼ Jehovah kompla jbassar: “Is-​sultan tat-​tramuntana jiġi u jtellaʼ rampi quddiem belt iffortifikata biex jeħodha taħt idejh, u la l-​forzi armati tas-​sultan tan-​nofsinhar u lanqas l-​aħjar nies tiegħu ma jżommuh, għax ma jkollhomx il-​ħila jiqfulu. Dak li jkun ġie kontra tiegħu jagħmel bih li jrid bla ma jżommu ħadd, u jibqaʼ fis-​sod fil-​pajjiż glorjuż li jaqaʼ kollu kemm hu taħt idejh.”​—Danjel 11:​15, 16.

      30 Forzi militari taħt Ptolomew V, jew “forzi armati . . . tan-​nofsinhar,” ċedew taħt l-​attakk mit-​tramuntana. F’Panija (Ċesarija taʼ Filippi), Antijoku III kaxkar lil Skopa, il-​Ġeneral Eġizzjan, u 10,000 raġel magħżulin, jew “l-​aħjar nies,” ġewwa Sidon, “belt iffortifikata.” Hemmhekk Antijoku III ‘tellaʼ rampa,’ billi ħa dak il-​port Feniċjan fis-​sena 198 Q.E.K. Hu ‘għamel li ried’ għaliex il-​qawwiet armati tas-​sultan Eġizzjan tan-​nofsinhar ma kellhomx il-​ħila jiqfulu. Antijoku III imbagħad immarċja kontra Ġerusalemm, il-​kapitali taʼ Ġuda, il-​“pajjiż glorjuż.” Fis-​sena 198 Q.E.K., Ġerusalemm u Ġuda ma baqgħux dominati mis-​sultan Eġizzjan tan-​nofsinhar imma saru dominati mis-​sultan Sirjan tat-​tramuntana. U Antijoku III, is-​sultan tat-​tramuntana, beda “jibqaʼ fis-​sod fil-​pajjiż glorjuż.” Kien hemm qerda minn “taħt idejh” għal-​Lhud u l-​Eġizzjani kollha li kienu jopponuh. Dan is-​sultan tat-​tramuntana kemm kien se jdum jagħmel dak li jogħġbu?

      IL-​KONKWISTATUR MIŻMUM MINN RUMA

      31, 32. Is-​sultan tat-​tramuntana għala spiċċa jagħmel “ftehim” għall-​paċi mas-​sultan tan-​nofsinhar?

      31 L-​anġlu taʼ Jehovah jagħtina din it-​tweġiba: “[Is-sultan tat-​tramuntana] iwaħħal f’rasu li jġib saltnatu kollha taħt setgħetu. Għalhekk jirranġa miegħu, jagħtih b’martu lil bintu biex forsi jeqridlu s-​saltna, iżda ma jasalx u ma jirnexxilux.”​—Danjel 11:​17.

      32 Antijoku III, is-​sultan tat-​tramuntana, ‘waħħal f’rasu’ li jiddomina l-​Eġittu billi “jġib saltnatu kollha taħt setgħetu.” Imma spiċċa biex “jirranġa” maʼ Ptolomew V, is-​sultan tan-​nofsinhar. L-​esiġenzi taʼ Ruma kienu ġagħlu lil Antijoku III ibiddel il-​pjan tiegħu. Meta hu u s-​Sultan Filippu V tal-​Maċedonja ngħaqdu flimkien kontra s-​sultan żagħżugħ taʼ l-​Eġittu biex jiħdulu t-​territorji tiegħu, il-​kustodji taʼ Ptolomew V daru lejn Ruma għall-​protezzjoni. Billi ħadet vantaġġ mill-​opportunità biex tespandi l-​isfera taʼ influwenza tagħha, Ruma wriet x’issarraf.

      33. (a) X’kienu t-​termini taʼ paċi bejn Antijoku III u Ptolomew V? (b) X’kien l-​iskop taż-​żwieġ bejn Kleopatra I u Ptolomew V, u għala falla l-​pjan?

      33 Sforzat minn Ruma, Antijoku III irranġa mas-​sultan tan-​nofsinhar. Minflok ma ċeda t-​territorji konkwistati, bħalma kienet esiġiet Ruma, Antijoku III ippjana li jittrasferihom b’mod nominali billi jġiegħel lit-​tifla tiegħu Kleopatra I​—“bintu”—​tiżżewweġ lil Ptolomew V. Provinċji li inkludew lil Ġuda, il-​“pajjiż glorjuż,” kienu se jingħatawlha bħala dota. Madankollu, fiż-​żwieġ li sar fis-​sena 193 Q.E.K., is-​sultan Sirjan ma ppermettiex li dawn il-​provinċji jiħodhom Ptolomew V. Dan kien żwieġ politiku, ifformat biex l-​Eġittu jaqaʼ taħt is-​Sirja. Imma l-​proġett falla għaliex Kleopatra I ‘ma baqgħetx tkun tiegħu,’ għax iktar tard hi appoġġat lil żewġha. Meta faqqgħet il-​gwerra bejn Antijoku III u r-​Rumani, l-​Eġittu appoġġa lil Ruma.

      34, 35. (a) Is-​sultan tat-​tramuntana lejn liema “gżejjer” dawwar wiċċu? (b) Ruma kif ‘pattithielu għall-​imġiba tiegħu’ lis-​sultan tat-​tramuntana? (ċ) Antijoku III kif miet, u min laħaq bħala s-​sultan tat-​tramuntana li kien imiss?

      34 Billi rrefera għat-​telfiet tas-​sultan tat-​tramuntana, l-​anġlu żied: “Wara dan huwa [Antijoku III] jdur għall-​gżejjer, u ħafna minnhom jeħodhom taħt idejh; iżda jkun hemm prinċep [Ruma] li jrażżanlu l-​wiċċ sfiq tiegħu, mhux biss, imma wkoll ipattilu għall-​imġiba tiegħu. Mbagħad [Antijoku III] ikun irid jerġaʼ lura lejn il-​fortizzi taʼ pajjiżu, imma jaqaʼ mifni fit-​triq u ħadd iżjed ma jsibu.”​—Danjel 11:​18, 19.

      35 Il-​“gżejjer” kienu dawk tal-​Maċedonja, il-​Greċja, u l-​Asja Minuri. Fis-​sena 192 Q.E.K. faqqgħet gwerra fil-​Greċja, u Antijoku III ġie mġiegħel jiġi l-​Greċja. Peress li ma ħaditx pjaċir bl-​isforzi tas-​sultan Sirjan biex jaqbad iktar territorji hemmhekk, Ruma formalment iddikjarat gwerra kontra tiegħu. Fit-​Termopili hu sofra telfa taħt idejn ir-​Rumani. Xi sena wara li tilef il-​battalja taʼ Manjesja fis-​sena 190 Q.E.K., hu kellu jċedi t-​territorji kollha li kellu fil-​Greċja, fl-​Asja Minuri, u f’inħawi lejn il-​punent tal-​Muntanji Tawru. Ruma ħaditlu multa kbira u stabbiliet id-​dominazzjoni tagħha fuq is-​sultan Sirjan tat-​tramuntana. Imkeċċi mill-​Greċja u mill-​Asja Minuri u billi tilef kważi l-​flotta kollha tiegħu, Antijoku III ‘reġaʼ lura lejn il-​fortizzi taʼ pajjiżu,’ is-​Sirja. Ir-​Rumani kienu ‘pattewlu għall-​imġiba tiegħu.’ Antijoku III miet waqt li kien qed jipprova jisraq tempju f’Għelam, il-​Persja, fis-​sena 187 Q.E.K. Hu b’hekk ‘waqaʼ’ fil-​mewt u s-​suċċessur tiegħu kien ibnu Selewku IV, is-​sultan tat-​tramuntana li kien imiss.

      IL-​KONFLITT JIBQAʼ SEJJER

      36. (a) Is-​sultan tan-​nofsinhar kif ipprova jibqaʼ sejjer bit-​taqbida, imma x’sar minnu? (b) Selewku IV kif waqaʼ, u min laħaq floku?

      36 Bħala s-​sultan tan-​nofsinhar, Ptolomew V ipprova jikseb il-​provinċji li suppost ġew għandu bħala d-​dota taʼ Kleopatra, imma l-​isforzi tiegħu spiċċaw fix-​xejn għaliex ivvelenawh. Is-​suċċessur tiegħu kien Ptolomew VI. Xi ngħidu għal Selewku IV? Billi kellu bżonn il-​flus biex iħallas il-​multa kbira li kellu jagħti lil Ruma, hu bagħat lil Eljodoru, it-​teżorier tiegħu, biex jaħtaf ir-​rikkezzi li jingħad li kienu maħżunin fit-​tempju taʼ Ġerusalemm. Billi xtaq li jikseb it-​tron, Eljodoru qatel lil Selewku IV. Madankollu, is-​Sultan Ewmeni taʼ Pergamu u ħuh Attalu poġġew fuq it-​tron lil Antijoku IV, ħu s-​sultan assassinat.

      37. (a) Antijoku IV kif ipprova juri li kien iktar setgħani minn Alla Jehovah? (b) Għal liema ħaġa wasslet il-​profanazzjoni tat-​tempju f’Ġerusalemm minn Antijoku IV?

      37 Antijoku IV, is-​sultan il-​ġdid tat-​tramuntana, ried juri li kien iktar setgħani minn Alla billi pprova jeqred għalkollox l-​arranġament li Jehovah kellu għall-​qima. Biex jisfida lil Jehovah, hu ddedika t-​tempju taʼ Ġerusalemm lil Żews, jew Ġove. F’Diċembru tas-​sena 167 Q.E.K. nbena artal pagan fuq l-​artal il-​kbir fil-​bitħa tat-​tempju, fejn kuljum kienet issir offerta maħruqa lil Jehovah. Għaxart ijiem wara, ġie offrut sagrifiċċju lil Żews fuq l-​artal pagan. Din il-​profanazzjoni wasslet għal rewwixta Lhudija taħt il-​Makkabin. Antijoku IV ġġildilhom għal tliet snin sħaħ. Fis-​sena 164 Q.E.K., fl-​anniversarju tal-​profanazzjoni, Ġuda l-​Makkabi ddedika mill-​ġdid it-​tempju lil Jehovah u ġiet istitwita l-​festa tad-​dedikazzjoni​—il-​Ħannukah.​—Ġwann 10:22.

      38. Il-​ħakma tal-​Makkabin kif intemmet?

      38 Il-​Makkabin x’aktarx li għamlu xi trattat maʼ Ruma fis-​sena 161 Q.E.K. u stabbilew saltna fis-​sena 104 Q.E.K. Imma kompla n-​nuqqas taʼ qbil bejnhom u bejn is-​sultan Sirjan tat-​tramuntana. Finalment, Ruma ntalbet tintervieni. Il-​Ġeneral Ruman Gnew Pompej ħa lil Ġerusalemm fis-​sena 63 Q.E.K. wara assedju li dam tliet xhur. Fis-​sena 39 Q.E.K., is-​Senat Ruman ħatar lil Erodi​—li kien Edomi—​biex ikun sultan tal-​Ġudea. Dan ħa lil Ġerusalemm fis-​sena 37 Q.E.K., u b’hekk temm il-​ħakma tal-​Makkabin.

      39. Kif ibbenefikajt billi kkunsidrajt Danjel 11:​1-19?

      39 Kemm huwa kommoventi li tara l-​ewwel parti tal-​profezija taż-​żewġ slaten f’konflitt titwettaq sa l-​iċken dettall! Tabilħaqq, kemm huwa eċċitanti li tgħarrex fl-​istorja taʼ xi 500 sena wara li l-​messaġġ profetiku twassal lil Danjel u tidentifika l-​ħakkiema li okkupaw il-​pożizzjonijiet tas-​sultan tat-​tramuntana u tas-​sultan tan-​nofsinhar! Madankollu, l-​identitajiet politiċi taʼ dawn iż-​żewġ slaten jinbidlu hekk kif il-​battalja taʼ bejniethom tibqaʼ sejra matul iż-​żmien meta Ġesù Kristu għex fuq l-​art u dritt sa żmienna. Billi nqabblu l-​iżviluppi storiċi maʼ dettalji affaxxinanti rivelati f’din il-​profezija, se nkunu nistgħu nidentifikaw lil dawn iż-​żewġ slaten li qegħdin f’konflitt.

      X’INNOTAJT?

      • Liema żewġ linji taʼ slaten b’saħħithom ħarġu mis-​saltniet Ellenistiċi, u dawn is-​slaten taw bidu għal liema taqbida?

      • Bħalma tbassar f’​Danjel 11:​6, iż-​żewġ slaten kif daħlu fi “ftehim”?

      • Il-​konflitt kif baqaʼ sejjer bejn

      Selewku II u Ptolomew III (Danjel 11:​7-9)?

      Antijoku III u Ptolomew IV (Danjel 11:​10-12)?

      Antijoku III u Ptolomew V (Danjel 11:​13-16)?

      • X’kien l-​iskop taż-​żwieġ bejn Kleopatra I u Ptolomew V, u għala falla l-​pjan (Danjel 11:​17-19)?

      • Kif ibbenefikajt billi qgħadt attent għal Danjel 11:​1-19?

      [Tabella/Stampi f’paġna 228]

      SLATEN F’​DANJEL 11:​5-19

      Is-​Sultan Is-​Sultan

      tat-​Tramuntana tan-​Nofsinhar

      Danjel 11:5 Selewku I Nikator Ptolomew I

      Danjel 11:6 Antijoku II Ptolomew II

      (martu Laodiċe) (bintu Bereniċe)

      Danjel 11:​7-9 Selewku II Ptolomew III

      Danjel 11:​10-12 Antijoku III Ptolomew IV

      Danjel 11:​13-19 Antijoku III Ptolomew V

      (bintu, Kleopatra I) Suċċessur:

      Suċċessuri: Ptolomew VI

      Selewku IV u

      Antijoku IV

      [Stampa]

      Munita bil-​figura taʼ Ptolomew II u martu

      [Stampa]

      Selewku I Nikator

      [Stampa]

      Antijoku III

      [Stampa]

      Ptolomew VI

      [Stampa]

      Ptolomew III u s-​suċċessuri tiegħu bnew dan it-​tempju taʼ Ħorus f’Idfu, l-​Eġittu taʼ Fuq

      [Mappa/Stampi f’paġna 216, 217]

      (Għall-formazzjoni sħiħa tat-​test, ara pubblikazzjoni)

      It-​titli “sultan tat-​tramuntana” u “sultan tan-​nofsinhar” jirreferu għal slaten fit-​tramuntana u n-​nofsinhar tal-​pajjiż tal-​poplu taʼ Danjel

      IL-​MAĊEDONJA

      IL-​GREĊJA

      L-​ASJA MINURI

      L-​IŻRAEL

      IL-​LIBJA

      L-​EĠITTU

      L-​ETJOPJA

      IS-​SIRJA

      Babilonja

      L-​GĦARABJA

      [Stampa]

      Ptolomew II

      [Stampa]

      Antijoku l-​Kbir

      [Stampa]

      Ċangatura li fiha digrieti uffiċjali maħruġin minn Antijoku l-​Kbir

      [Stampa]

      Munita bil-​figura taʼ Ptolomew V

      [Stampa]

      Bieb taʼ Ptolomew III, f’Karnak, l-​Eġittu

      [Stampa taʼ paġna sħiħa f’paġna 210]

      [Stampa f’paġna 215]

      Selewku I Nikator

      [Stampa f’paġna 218]

      Ptolomew I

  • Iż-​Żewġ Slaten Jibdlu l-​Identità
    Oqgħod Attent għall-Profezija taʼ Danjel!
    • Kapitlu Erbatax

      Iż-​Żewġ Slaten Jibdlu l-​Identità

      1, 2. (a) X’wassal lil Antijoku IV biex ibaxxi rasu għall-​esiġenzi taʼ Ruma? (b) Is-​Sirja meta saret provinċja Rumana?

      ANTIJOKU IV, il-​monarka Sirjan, jinvadi l-​Eġittu u jinkuruna lilu nnifsu bħala s-​sultan t’hemmhekk. Fuq talba taʼ Ptolomew VI, is-​Sultan Eġizzjan, Ruma tibgħat lejn l-​Eġittu lill-​Ambaxxatur Gaju Popilju Lena. Dan għandu miegħu flotta impressjonanti u ordnijiet mingħand is-​Senat taʼ Ruma biex Antijoku IV jirrinunzja l-​kariga taʼ sultan li kien assuma fuq l-​Eġittu u jirtira mill-​pajjiż. F’Elewsi, subborg taʼ Lixandra, is-​sultan Sirjan u l-​ambaxxatur Ruman jiġu wiċċ imbwiċċ. Antijoku IV jitlob li jingħata l-​ħin biex jikkonsulta mal-​kunsillieri tiegħu, imma Lena jagħmel ċirku fl-​art madwar is-​sultan u jgħidlu biex iwieġeb qabel ma joħroġ miċ-​ċirku. Umiljat b’dan il-​mod, Antijoku IV jbaxxi rasu għall-​esiġenzi taʼ Ruma u jirritorna lejn is-​Sirja fis-​sena 168 Q.E.K. Hekk tintemm il-​konfrontazzjoni bejn is-​sultan Sirjan tat-​tramuntana u s-​sultan Eġizzjan tan-​nofsinhar.

      2 Billi għandha rwol dominanti fil-​kwistjonijiet tal-​Lvant Nofsani, Ruma tissokta tiddetta lis-​Sirja x’għandha tagħmel. Għaldaqstant, avolja slaten oħrajn tad-​dinastija Selewċida jaħkmu s-​Sirja wara l-​mewt taʼ Antijoku IV fis-​sena 163 Q.E.K., huma ma jokkupawx il-​pożizzjoni tas-​“sultan tat-​tramuntana.” (Danjel 11:15) Is-​Sirja finalment issir provinċja Rumana fis-​sena 64 Q.E.K.

      3. Ruma meta u kif kisbet is-​supremazija fuq l-​Eġittu?

      3 Id-​dinastija Ptolomajka taʼ l-​Eġittu tkompli żżomm il-​pożizzjoni taʼ “sultan tan-​nofsinhar” għal ftit iktar minn 130 sena wara l-​mewt taʼ Antijoku IV. (Danjel 11:14) Waqt il-​battalja taʼ Actium, fis-​sena 31 Q.E.K., Ottavjanu, il-​ħakkiem Ruman, għeleb il-​qawwiet armati magħqudin taʼ l-​aħħar sultana Ptolomajka​—Kleopatra VII—​u tal-​maħbub Ruman tagħha, Mark Antonju. Wara s-​suwiċidju taʼ Kleopatra s-​sena taʼ wara, l-​Eġittu wkoll isir provinċja Rumana u ma jżommx iktar l-​irwol tas-​sultan tan-​nofsinhar. Sas-​sena 30 Q.E.K., Ruma għandha s-​supremazija kemm fuq is-​Sirja u kemm fuq l-​Eġittu. Għandna issa nistennew li ħakmiet oħrajn jassumu l-​irwolijiet tas-​sultan tat-​tramuntana u tas-​sultan tan-​nofsinhar?

      SULTAN ĠDID JIBGĦAT “MINISTRU TAT-​TAXXI”

      4. Għala għandna nistennew li entità ħakkiema oħra tassumi l-​identità tas-​sultan tat-​tramuntana?

      4 Fir-​rebbiegħa tas-​sena 33 E.K., Ġesù Kristu qal lid-​dixxipli tiegħu: “Meta mbagħad taraw il-​profanazzjoni u l-​ħerba fit-​tempju li fuqhom tkellem il-​profeta Danjel . . . ħa jaħarbu mbagħad lejn l-​għoljiet dawk li jkunu fil-​Lhudija.” (Mattew 24:​15, 16) Billi kkwota minn Danjel 11:​31, Ġesù wissa lis-​segwaċi tiegħu dwar ‘profanazzjoni u ħerbaʼ fil-​futur. Din il-​profezija li tinvolvi lis-​sultan tat-​tramuntana ngħatat xi 195 sena wara l-​mewt taʼ Antijoku IV, l-​aħħar sultan Sirjan li qeda f’dak l-​irwol. Hija ħaġa ċerta li entità ħakkiema oħra kellha tassumi l-​identità tas-​sultan tat-​tramuntana. Min kellha tkun?

      5. Min qam bħala s-​sultan tat-​tramuntana, u b’hekk ħa l-​pożizzjoni li darba kienet okkupata minn Antijoku IV?

      5 L-​anġlu t’Alla Jehovah bassar: “Floku [flok Antijoku IV] jqum wieħed li jibgħat ministru tat-​taxxi jaqsam il-​ġmiel tas-​saltna; imma fi ftit jiem jitkisser, mhux fis-​saħna anqas fit-​taqbid.” (Danjel 11:​20, Saydon) Il-​wieħed li ‘qam’ b’dan il-​mod kien Ottavjanu, l-​ewwel imperatur Ruman, li kien magħruf bħala Ċesari Awgustu.​—Ara “Wieħed Onorat, l-​Ieħor Immaqdar,” f’paġna 248.

      6. (a) Meta kien li “ministru tat-​taxxi” ġie mġiegħel jgħaddi minn ġol-​“ġmiel tas-​saltna,” u x’kienet l-​importanza taʼ dan? (b) Għala jistaʼ jingħad li Awgustu miet “mhux fis-​saħna anqas fit-​taqbid”? (ċ) Liema bidla seħħet fl-​identità tas-​sultan tat-​tramuntana?

      6 “Il-​ġmiel tas-​saltna” taʼ Awgustu inkluda l-​“pajjiż glorjuż”​—il-​provinċja Rumana tal-​Lhudija. (Danjel 11:16) Fis-​sena 2 Q.E.K., Awgustu bagħat “ministru tat-​taxxi” billi ordna reġistrazzjoni, jew ċensiment, x’aktarx biex isir jaf l-​għadd tal-​popolazzjoni bl-​iskop li jintaxxahom u jaqbadhom bil-​lieva. Minħabba dan id-​digriet, Ġużeppi u Marija vvjaġġaw lejn Betlehem għar-​reġistrazzjoni, u dan irriżulta fit-​twelid taʼ Ġesù f’dak il-​post imbassar. (Mikea 5:1 [5:​2, NW]; Mattew 2:​1-12) F’Awissu tas-​sena 14 E.K.​—“fi ftit jiem,” jew mhux wisq wara li hu ħareġ id-​digriet għar-​reġistrazzjoni—​Awgustu miet fl-​età taʼ 76 sena, la “fis-​saħna” taħt idejn xi assassin u lanqas “fit-​taqbid,” imma bħala riżultat taʼ marda li ħakmitu. Is-​sultan tat-​tramuntana kien tabilħaqq bidel l-​identità! Sa dan iż-​żmien dan is-​sultan kien sar l-​Imperu Ruman fil-​persuna taʼ l-​imperaturi tiegħu.

      ‘IQUM WIEĦED TAʼ MIN IMAQDRU’

      7, 8. (a) Min qam bħala s-​sultan tat-​tramuntana fil-​pożizzjoni taʼ Awgustu? (b) Il-​“glorja taʼ sultan” għala ngħatat involontarjament lis-​suċċessur taʼ Awgustu Ċesari?

      7 Billi ssokta bil-​profezija, l-​anġlu qal: “Minfloku [minflok Awgustu] jqum wieħed, raġel taʼ min imaqdru, li, għalkemm ma tkunx ingħatatlu l-​glorja taʼ sultan, jindiehes inkiss inkiss u jaħtaf is-​saltna bl-​ipokrisija tiegħu. L-​eżerċti jieħdu tkaxkira kbira u jitfarrku quddiemu, u hekk ukoll jiġrilu l-​prinċep tal-​patt.”​—Danjel 11:​21, 22.

      8 Il-​“wieħed . . . taʼ min imaqdru” kien Tiberju Ċesari, bin Livja, it-​tielet mara taʼ Awgustu. (Ara “Wieħed Onorat, l-​Ieħor Immaqdar,” f’paġna 248.) Awgustu kien jobogħdu lil dan ibnu tar-​rispett minħabba l-​karatteristiċi ħżiena tiegħu u ma ridux jilħaq Ċesari warajh. Il-​“glorja taʼ sultan” ngħatatlu involontarjament biss wara li mietu l-​oħrajn kollha li setgħu kienu suċċessuri. Awgustu adotta lil Tiberju fis-​sena 4 E.K. u għamlu werriet għat-​tron. Wara l-​mewt taʼ Awgustu, Tiberju, li kellu 54 sena​—il-​wieħed immaqdar—​‘qam,’ billi assuma l-​poter bħala l-​imperatur Ruman u s-​sultan tat-​tramuntana.

      9. Tiberju kif ‘ħataf is-​saltna bl-​ipokrisija tiegħu’?

      9 “Tiberju,” tgħid The New Encyclopædia Britannica, “immanipula lis-​Senat u ma ħalliehx jinnominah imperatur għal kważi xahar sħiħ [wara li miet Awgustu].” Lis-​Senat qallu li ħadd ħlief Awgustu ma setaʼ jġorr il-​piż taʼ li jaħkem l-​Imperu Ruman u talab lis-​senaturi jirrestawraw ir-​repubblika billi jafdaw din l-​awtorità lil grupp taʼ rġiel minflok lil raġel wieħed. “Billi ma ssograx jaċċetta din il-​proposta,” kiteb l-​istorjografu Will Durant, “is-​Senat dam ħafna jinżel għarkobbtejh quddiemu sakemm sa fl-​aħħar hu aċċetta l-​poter.” Durant żied: “Il-​logħba ntlagħbet sewwa miż-​żewġ naħat. Tiberju ried il-​prinċipat, jew inkella kien isib xi mod kif jevitah; is-​Senat kien jibżaʼ minnu u jobogħdu, imma ma ssograx jistabbilixxi mill-​ġdid repubblika bbażata, bħal dik qadima, fuq assembleat sovrani b’mod teoriku biss.” B’hekk Tiberju ‘ħataf is-​saltna bl-​ipokrisija tiegħu.’

      10. L-​“eżerċti” kif ‘ħadu tkaxkira kbira u tfarrku’?

      10 Inkwantu għall-​“eżerċti”​—il-​qawwiet armati militari tas-​saltniet taʼ madwar—​l-anġlu qal: ‘Se jieħdu tkaxkira kbira u jitfarrku.’ Meta Tiberju sar is-​sultan tat-​tramuntana, neputih Ċesari Ġermaniku kien kmandant tat-​truppi Rumani fuq ix-​Xmara Renu. Fis-​sena 15 E.K., Ġermaniku mexxa l-​qawwiet armati tiegħu kontra l-​eroj Ġermaniż Arminju, u kellu xi ftit suċċess. Madankollu, ir-​rebħiet limitati saru bi spejjeż kbar, u Tiberju mbagħad waqqaf l-​azzjonijiet militari fil-​Ġermanja. Minflok, billi ppromwova l-​gwerra ċivili, hu pprova ma jħallix lit-​tribujiet Ġermaniżi jingħaqdu flimkien. Tiberju ġeneralment kien favur politika barranija difensiva u ffoka fuq li jsaħħaħ il-​fruntieri. Dan l-​atteġġjament kellu suċċess ġmielu. B’dan il-​mod “l-​eżerċti” kienu kontrollati u ‘mfarrkin.’

      11. Il-​“prinċep tal-​patt” kif ‘tfarrak’?

      11 Il-​“prinċep tal-​patt” li Alla Jehovah kien għamel m’Abraham għat-​tberik tal-​familji kollha taʼ l-​art kien ‘imfarrak’ ukoll. Ġesù Kristu kien in-​Nisel t’Abraham imwiegħed f’dak il-​patt. (Ġenesi 22:18; Galatin 3:16) Fl-​erbatax taʼ Nisan, tas-​sena 33 E.K., Ġesù kien quddiem Ponzju Pilatu fil-​palazz tal-​gvernatur Ruman f’Ġerusalemm. Il-​qassisin Lhud kienu akkużaw lil Ġesù bi tradiment kontra l-​imperatur. Imma Ġesù qal lil Pilatu: “Is-​saltna tiegħi m’hijiex taʼ din id-​dinja. . . . Saltnati m’hijiex taʼ hawn.” Sabiex il-​gvernatur Ruman ma jkunx jistaʼ jeħles lil Ġesù li ma kellu ebda ħtija, il-​Lhud għajtu: “Jekk teħles lil dan, tiksirha maʼ Ċesari, għax kull min jagħmel lilu nnifsu sultan ikun qiegħed jeħodha kontra Ċesari.” Wara li għajtu għall-​mewt taʼ Ġesù, huma qalu: “Aħna ma għandniex sultan ħlief lil Ċesari!” Skond il-​liġi tal-​“maestà feruta,” li Tiberju kien żiedha biex tinkludi virtwalment kwalunkwe insult kontra Ċesari, Pilatu tahom lil Ġesù biex jiġi ‘mfarrak,’ jew imsammar maʼ zokk tat-​tortura.​—Ġwann 18:36; 19:​12-16; Mark 15:​14-20.

      TIRANN “IĦEJJI RUĦU”

      12. (a) Min kienu dawk li saru l-​alleati taʼ Tiberju? (b) Tiberju kif ‘issaħħaħ minkejja li kellu miegħu ftit nies biss’?

      12 Billi kien għadu qed jipprofetizza dwar Tiberju, l-​anġlu qal: “Huwa jqarraq b’dawk li jissieħbu miegħu, u jikber u jissaħħaħ minkejja li jkollu miegħu ftit nies biss.” (Danjel 11:23) Membri tas-​Senat Ruman kienu ‘ssieħbu’ kostituzzjonalment maʼ Tiberju, u dan kien jiddependi minnhom formalment. Imma hu kien qarrieq, billi attwalment ‘issaħħaħ minkejja li kellu miegħu ftit nies biss.’ Dawk il-​ftit nies kienu l-​Għassa Pretorjana Rumana, ikkampjata biswit il-​ħitan taʼ Ruma. Il-​fatt li kienet daqshekk qrib intimida lis-​Senat u għen lil Tiberju jrażżan kwalunkwe rewwixta li setgħet tqum kontra l-​awtorità tiegħu fost il-​popolin. Għalhekk, permezz taʼ xi 10,000 għassies, Tiberju baqaʼ setgħan.

      13. Tiberju b’liema mod għadda bil-​kbir lil missirijietu tal-​qedem?

      13 L-​anġlu żied profetikament: “Minn taħt il-​taħt jiddeffes fl-​inħawi l-​iżjed għonja tal-​pajjiż u jagħmel ħwejjeġ li la missirijietu u lanqas taʼ qabilhom ma jkunu qatt għamlu: ixerred fosthom prejjeż, ħtif u ġid, u għal xi żmien iħejji ruħu għall-​fortizza.” (Danjel 11:24) Tiberju kien suspettuż għall-​aħħar, u r-​renju tiegħu kien mimli qtil taħt ordni. Fil-​parti l-​kbira, kien minħabba l-​influwenza taʼ Sejanu, kmandant taʼ l-​Għassa Pretorjana, li l-​aħħar parti tar-​renju tiegħu kienet karatterizzata bit-​terrur. Finalment, Sejanu nnifsu waqaʼ taħt suspett u ġie assassinat. Fl-​aġir tiegħu taʼ tirann fuq in-​nies, Tiberju għadda bil-​kbir lil missirijietu tal-​qedem.

      14. (a) Tiberju kif xerred “prejjeż, ħtif u ġid” mal-​provinċji Rumani kollha? (b) Tiberju kif kien meqjus sa dakinhar li miet?

      14 Madankollu, Tiberju xerred “prejjeż, ħtif u ġid” mal-​provinċji Rumani kollha. Sa dakinhar li miet, il-​popli kollha li kienu sudditi tiegħu kienu qegħdin igawdu r-​riżq. It-​taxxi kienu baxxi, u hu setaʼ jkun ġeneruż maʼ dawk f’inħawi li kienu għaddejjin minn żminijiet ibsin. Jekk kien ikun hemm xi suldati jew uffiċjali li jaħqru lil xi ħadd jew jippromwovu l-​irregolarità meta jittrattaw xi kwistjoni, dawn setgħu jistennew vendetta imperjali. Il-​poter b’id tal-​ħadid żamm is-​sigurtà pubblika, u titjib fis-​sistema taʼ komunikazzjoni għen il-​kummerċ. Tiberju aċċerta ruħu li l-​affarijiet kienu amministrati b’mod ġust u sod ġewwa u barra Ruma. Il-​liġijiet tjiebu, u l-​kodiċijiet soċjali u morali saru aħjar billi tkomplew ir-​riformi istitwiti minn Awgustu Ċesari. Madankollu, Tiberju ‘ħejja ruħu,’ u b’hekk Taċitu, l-​istorjografu Ruman, iddeskrivieh bħala raġel ipokrita, tas-​sengħa f’li juri wiċċ b’ieħor. Sa dakinhar li miet f’Marzu tas-​sena 37 E.K., Tiberju kien meqjus li kien tirann.

      15. Ruma kif fendiet lejn tmiem l-​ewwel seklu u fil-​bidu tat-​tieni seklu E.K.?

      15 Fost is-​suċċessuri taʼ Tiberju li wettqu l-​irwol tas-​sultan tat-​tramuntana kien hemm Gaju Ċesari (Kaligula), Klawdju I, Neruni, Vespasjanu, Titu, Domizjanu, Nerva, Trajanu, u Adrijanu. “Fil-​biċċa l-​kbira,” tgħid The New Encyclopædia Britannica, “is-​suċċessuri taʼ Awgustu komplew fuq il-​politika amministrattiva u l-​programm tiegħu taʼ bini, għalkemm b’inqas innovazzjoni u b’iktar fanfarunati.” L-​istess xogħol taʼ referenza jindika wkoll: “Lejn tmiem l-​ewwel seklu u fil-​bidu tat-​tieni seklu Ruma laħqet il-​quċċata fl-​isplendur u l-​popolazzjoni tagħha.” Għalkemm matul dan iż-​żmien Ruma kellha xi inkwiet fuq il-​fruntieri imperjali, l-​ewwel konfrontazzjoni mbassra tagħha mas-​sultan tan-​nofsinhar ma seħħitx qabel it-​tielet seklu E.K.

      JAGĦMEL ĦILTU KONTRA S-​SULTAN TAN-​NOFSINHAR

      16, 17. (a) Min assuma l-​irwol tas-​sultan tat-​tramuntana li ssir referenza għalih f’​Danjel 11:25? (b) Min sar jokkupa l-​pożizzjoni tas-​sultan tan-​nofsinhar, u dan kif seħħ?

      16 L-​anġlu t’Alla kompla bil-​profezija, billi qal: “Huwa [is-sultan tat-​tramuntana] jagħmel ħiltu u jqawwi qalbu, u b’eżerċtu kbir imur jeħodha kontra s-​sultan tan-​nofsinhar. Dan ilesti għall-​gwerra b’eżerċtu kbir u qawwi ħafna, iżda [is-sultan tat-​tramuntana] ma jagħmel xejn minħabba t-​tnassis li jagħmlu kontrieh, dawk stess li jkunu jieklu mill-​ikel bnin tiegħu. Dawn ikunu t-​telfa tiegħu, l-​eżerċtu tiegħu jieħu tkaxkira, u ħafna jaqgħu mejta.”​—Danjel 11:​25, 26.

      17 Xi 300 sena wara li l-​Eġittu kien sar provinċja Rumana permezz taʼ Ottavjanu, Awreljanu, l-​Imperatur Ruman, assuma l-​irwol tas-​sultan tat-​tramuntana. Sadanittant, Settimja Żenobja, is-​Sultana tal-​kolonja Rumana taʼ Palmira okkupat il-​pożizzjoni tas-​sultan tan-​nofsinhar.a (Ara “Żenobja​—Is-​Sultana Gwerriera taʼ Palmira,” f’paġna 252.) L-​eżerċtu taʼ Palmira okkupa l-​Eġittu fis-​sena 269 E.K. bl-​iskuża li jassigurah għal Ruma. Żenobja riedet tagħmel lil Palmira l-​belt dominanti fil-​lvant u riedet taħkem fuq il-​provinċji Rumani tal-​lvant. Peress li allarma ruħu minħabba l-​ambizzjoni li kellha, Awreljanu ‘għamel ħiltu u qawwa qalbu’ biex jiħodha kontra Żenobja.

      18. X’kien ir-​riżultat tal-​konflitt bejn l-​Imperatur Awreljanu, is-​sultan tat-​tramuntana, u s-​Sultana Żenobja, is-​sultan tan-​nofsinhar?

      18 Bħala l-​entità ħakkiema b’Żenobja bħala kap, is-​sultan tan-​nofsinhar ‘lestaʼ ruħu għall-​gwerra kontra s-​sultan tat-​tramuntana “b’eżerċtu kbir u qawwi ħafna” taħt żewġ ġenerali, Żabda u Żabbaj. Imma Awreljanu ħa l-​Eġittu u mbagħad bagħat spedizzjoni fl-​Asja Minuri u fis-​Sirja. Żenobja sofriet telfa f’Emesa (issa Homs), u minħabba f’hekk irtirat lejn Palmira. Meta Awreljanu assedja dik il-​belt, Żenobja ddefendietha bi qlubija imma għalxejn. Hi u binha ħarbu lejn il-​Persja, imma nqabdu mir-​Rumani biswit ix-​Xmara Ewfrat. In-​nies taʼ Palmira ċedew il-​belt tagħhom fis-​sena 272 E.K. Awreljanu ħelishielha lil Żenobja, billi għamilha l-​attrazzjoni prinċipali fil-​purċissjoni trijonfali tiegħu fit-​toroq taʼ Ruma fis-​sena 274 E.K. Hi qattgħet il-​bqija taʼ ħajjitha bħala figura soċjali rispettata f’Ruma.

      19. Awreljanu kif waqaʼ ‘minħabba t-​tnassis li għamlu kontrih’?

      19 Awreljanu nnifsu ‘m’għamel xejn minħabba t-​tnassis li għamlu kontrih.’ Fis-​sena 275 E.K., hu telaq fuq spedizzjoni kontra l-​Persjani. Waqt li kien qiegħed jistenna fi Traċja biex isib l-​opportunità ħalli jaqsam l-​istrett għal ġo l-​Asja Minuri, dawk li ‘kielu mill-​ikel bnin tiegħu’ wettqu t-​tnassis kontrih u ġabulu t-​“telfa.” Hu kien se jitlob lil Eros, is-​segretarju tiegħu, biex jagħti kont taʼ l-​irregolaritajiet. Madankollu, Eros ivvinta lista taʼ ismijiet taʼ ċerti uffiċjali li kellhom jingħataw il-​mewt. Meta l-​uffiċjali raw din il-​lista tqanqlu biex jikkomplottaw l-​assassinju t’Awreljanu u joqtluh.

      20. L-​“eżerċtu” tas-​sultan tat-​tramuntana kif ‘ħa tkaxkira’?

      20 Il-​karriera tas-​sultan tat-​tramuntana ma ntemmitx bil-​mewt taʼ l-​Imperatur Awreljanu. Warajh ġew ħakkiema Rumani oħrajn. Għal xi żmien, kien hemm imperatur tal-​punent u ieħor tal-​lvant. Taħt dawn l-​irġiel, l-​“eżerċtu” tas-​sultan tat-​tramuntana ‘ħa tkaxkira,’ jew ‘tferrex,’b u ħafna ‘waqgħu mejtaʼ minħabba l-​invażjonijiet tat-​tribujiet Ġermaniċi mit-​tramuntana. Il-​Goti għaddew bil-​forza minn ġol-​fruntieri Rumani fir-​rabaʼ seklu E.K. L-​invażjonijiet komplew, waħda wara l-​oħra. Fis-​sena 476 E.K., il-​mexxej Ġermaniż Odoakre neħħa l-​aħħar imperatur li kien jaħkem minn Ruma. Sal-​bidu tas-​sitt seklu, l-​Imperu Ruman fil-​punent kien tfarrak, u slaten Ġermaniżi ħakmu fil-​Britannja, fil-​Gallja, fl-​Italja, fl-​Afrika taʼ Fuq, u fi Spanja. Il-​parti tal-​lvant taʼ l-​imperu kienet għadha teżisti fis-​seklu 15.

      ISSIR DIVIŻJONI TAʼ IMPERU KBIR

      21, 22. Kostantinu liema bidliet wettaq fir-​rabaʼ seklu E.K.?

      21 Mingħajr ma ta dettalji mhux bżonnjużi dwar il-​kollass taʼ l-​Imperu Ruman, li eżista għal sekli sħaħ, l-​anġlu taʼ Jehovah ssokta jbassar iktar bravuri tas-​sultan tat-​tramuntana u tas-​sultan tan-​nofsinhar. Madankollu, reviżjoni qasira taʼ ċerti żviluppi fl-​Imperu Ruman se tgħinna nidentifikaw iż-​żewġ slaten rivali fi żminijiet iktar reċenti.

      22 Fir-​rabaʼ seklu, il-​Kristjanità apostata ngħatat rikonoxximent taʼ l-​Istat mill-​Imperatur Ruman Kostantinu. Dan saħansitra laqqaʼ u ppresieda personalment konċilju tal-​knisja f’Niċea, l-​Asja Minuri, fis-​sena 325 E.K. Iktar tard, Kostantinu ċaqlaq ir-​residenza imperjali minn Ruma għal Biżanzju, jew Kostantinopli, u b’hekk dik il-​belt saret il-​kapitali l-​ġdida tiegħu. L-​Imperu Ruman baqaʼ jinħakem minn imperatur wieħed sal-​mewt taʼ l-​Imperatur Teodosju I, fis-​17 taʼ Jannar, tas-​sena 395 E.K.

      23. (a) Wara l-​mewt taʼ Teodosju liema diviżjoni taʼ l-​Imperu Ruman seħħet? (b) L-​Imperu tal-​Lvant meta ntemm? (ċ) Min ħakem l-​Eġittu sa l-​1517?

      23 Wara l-​mewt taʼ Teodosju, l-​Imperu Ruman inqasam bejn uliedu. Onorju rċieva l-​parti tal-​punent, u Arkadju l-​parti tal-​lvant, b’Kostantinopli bħala l-​kapitali tiegħu. Il-​Britannja, il-​Gallja, l-​Italja, Spanja, u l-​Afrika taʼ Fuq kienu fost il-​provinċji tad-​diviżjoni tal-​punent. Il-​Maċedonja, it-​Traċja, l-​Asja Minuri, is-​Sirja, u l-​Eġittu kienu provinċji tad-​diviżjoni tal-​lvant. Fis-​sena 642 E.K., Lixandra, il-​kapitali Eġizzjana, waqgħet taħt idejn is-​Saraċeni (Għarab), u l-​Eġittu sar provinċja tal-​kalifi. F’Jannar taʼ l-​1449, Kostantinu XI sar l-​aħħar imperatur tal-​lvant. Torok Ottomani taħt is-​Sultan Meħmed II ħadu lil Kostantinopli fid-​29 taʼ Mejju, 1453, u b’hekk temmew l-​Imperu Ruman tal-​Lvant. Fis-​sena 1517 l-​Eġittu sar provinċja Torka. Iżda, maż-​żmien, dan il-​pajjiż tas-​sultan antik tan-​nofsinhar kellu jiġi taħt il-​kontroll taʼ imperu ieħor mis-​settur tal-​punent.

      24, 25. (a) Skond xi storjografi, liema ħaġa mmarkat il-​bidu taʼ l-​Imperu Ruman Qaddis? (b) X’ġara finalment mit-​titlu taʼ “imperatur” taʼ l-​Imperu Ruman Qaddis?

      24 Fin-​naħa tal-​punent taʼ l-​Imperu Ruman nibet l-​isqof Kattoliku taʼ Ruma, magħruf bħala Papa Ljun I, li kien rinomat li inforza l-​awtorità papali fil-​ħames seklu E.K. Maż-​żmien, il-​Papa assuma d-​dritt li jinkuruna l-​imperatur tas-​sezzjoni tal-​punent. Dan ġara f’Ruma nhar il-​Milied tas-​sena 800 E.K., meta l-​Papa Ljun III inkuruna lis-​Sultan Karlu (Karlu Manju) tal-​Franki bħala imperatur taʼ l-​Imperu Ruman il-​ġdid tal-​Punent. Din l-​inkurunazzjoni tat il-​ħajja mill-​ġdid lill-​kariga taʼ imperatur f’Ruma u, skond xi storjografi, immarkat il-​bidu taʼ l-​Imperu Ruman Qaddis. Minn dakinhar ’il quddiem bdew jeżistu l-​Imperu tal-​Lvant u l-​Imperu Ruman Qaddis lejn il-​punent, u t-​tnejn li huma sostnew li kienu Kristjani.

      25 Mal-​medda taż-​żmien, is-​suċċessuri taʼ Karlu Manju wrew li kienu ħakkiema bla effett. Il-​kariga taʼ l-​imperatur saħansitra baqgħet battala għal xi żmien. Sadanittant, is-​Sultan Ġermaniż Otto I kien kiseb il-​kontroll fuq parti kbira mit-​tramuntana u min-​nofs taʼ l-​Italja. Hu pproklama lilu nnifsu sultan taʼ l-​Italja. Fit-​tnejn taʼ Frar, tas-​sena 962 E.K., Papa Ġwanni XII inkuruna lil Otto I bħala l-​imperatur taʼ l-​Imperu Ruman Qaddis. Il-​kapitali tiegħu kienet fil-​Ġermanja, u l-​imperaturi kienu Ġermaniżi, bħall-​biċċa l-​kbira mis-​sudditi tagħhom. Ħames sekli wara, id-​dar Awstrijaka taʼ Hapsburg kisbet it-​titlu taʼ “imperatur” u żammitu għall-​biċċa l-​kbira mis-​snin li kien fadal taʼ l-​Imperu Ruman Qaddis.

      IŻ-​ŻEWĠ SLATEN IDENTIFIKATI MILL-​ĠDID B’MOD ĊAR

      26. (a) X’jistaʼ jingħad dwar it-​tmiem taʼ l-​Imperu Ruman Qaddis? (b) Min ħareġ bħala s-​sultan tat-​tramuntana?

      26 Napuljun I ta daqqa tal-​mewt lill-​Imperu Ruman Qaddis meta ma riedx jirrikonoxxi l-​eżistenza tiegħu wara r-​rebħiet li kellu fil-​Ġermanja matul is-​sena 1805. Billi ma kellux il-​ħila jiddefendi l-​kuruna, l-​Imperatur Franġisku II rriżenja mill-​istatus imperjali Ruman nhar is-​6 t’Awissu, 1806, u rtira lejn il-​gvern nazzjonali tiegħu bħala l-​imperatur taʼ l-​Awstrija. Wara 1,006 snin, l-​Imperu Ruman Qaddis​—imsejjes minn Ljun III, Papa Kattoliku Ruman, u Karlu Manju, sultan tal-​Franki—​intemm. Fl-​1870, Ruma saret il-​kapitali tas-​saltna taʼ l-​Italja, indipendenti mill-​Vatikan. Is-​sena taʼ wara, beda imperu Ġermaniku billi Guliermu I ngħata l-​isem taʼ ċesari, jew kajżer. B’hekk, is-​sultan tat-​tramuntana taʼ żmienna​—il-​Ġermanja—​daħal fix-​xena dinjija.

      27. (a) L-​Eġittu kif sar protettorat Britanniku? (b) Min daħal fil-​pożizzjoni tas-​sultan tan-​nofsinhar?

      27 Imma x’kienet l-​identità tas-​sultan tan-​nofsinhar taʼ żmienna? L-​istorja turi li l-​Britannja kisbet il-​qawwa imperjali fis-​seklu 17. Billi ried ifixkel ir-​rotot Britanniċi tan-​negozju, Napuljun I ikkonkwista l-​Eġittu fl-​1798. Bħala riżultat faqqgħet gwerra, u alleanza bejn il-​Britannja u l-​Ottomani ġagħlet lill-​Franċiżi jirtiraw mill-​Eġittu, identifikat bħala s-​sultan tan-​nofsinhar fil-​bidu tal-​konflitt. Matul is-​seklu taʼ wara, l-​influwenza Britannika żdiedet fl-​Eġittu. Wara l-​1882, l-​Eġittu attwalment kien jiddependi mill-​Britannja. Meta fl-​1914 faqqgħet l-​Ewwel Gwerra Dinjija, l-​Eġittu kien jappartjeni lit-​Turkija u kien maħkum minn kediv, jew viċi-re. Madankollu, wara li t-​Turkija appoġġat lill-​Ġermanja f’dik il-​gwerra, il-​Britannja neħħiet lill-​kediv minn postu u ddikjarat lill-​Eġittu bħala protettorat Britanniku. Billi bil-​mod il-​mod ifformaw rabtiet mill-​qrib, il-​Britannja u l-​Istati Uniti taʼ l-​Amerka saru l-​Qawwa Dinjija Anglo-Amerikana. Flimkien, dawn daħlu fil-​pożizzjoni tas-​sultan tan-​nofsinhar.

      [Noti taʼ taħt]

      a Ladarba l-​espressjonijiet “is-​sultan tat-​tramuntana” u “is-​sultan tan-​nofsinhar” huma titli, jistgħu jirreferu għal kwalunkwe entità ħakkiema, inkluż sultan, sultana, jew blokk taʼ ġnus.

      b Ara n-​nota taʼ taħt għal Danjel 11:26 fin-​New World Translation of the Holy Scriptures​—With References, pubblikata mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

      X’INNOTAJT?

      • Liema imperatur Ruman qam l-​ewwel bħala s-​sultan tat-​tramuntana, u meta bagħat “ministru tat-​taxxi”?

      • Min ħa l-​pożizzjoni tas-​sultan tat-​tramuntana wara Awgustu, u l-​“prinċep tal-​patt” kif ‘tfarrak’?

      • X’kien ir-​riżultat tal-​konflitt bejn Awreljanu bħala s-​sultan tat-​tramuntana u Żenobja bħala s-​sultan tan-​nofsinhar?

      • Xi ġralu l-​Imperu Ruman, u liema qawwiet okkupaw il-​pożizzjonijiet taż-​żewġ slaten sat-​tmiem tas-​seklu 19?

      [Kaxxa/Stampa f’paġna 248-251]

      WIEĦED ONORAT, L-​IEĦOR IMMAQDAR

      WIEĦED għamel imperu dinji minn repubblika mifnija bil-​ġlied. L-​ieħor żied il-​ġid tagħha għal għoxrin darba fi 23 sena. Wieħed kien onorat meta miet, imma l-​ieħor kien immaqdar. Ġesù għex u wettaq il-​ministeru tiegħu matul ir-​renji taʼ dawn iż-​żewġ imperaturi taʼ Ruma. Min kienu? U għala wieħed kien onorat, mentri l-​ieħor ma kienx?

      “LIL RUMA SABHA TAL-​ĠEBEL U ĦALLIEHA TAʼ L-​IRĦAM”

      Fis-​sena 44 Q.E.K. meta Ġulju Ċesari ġie assassinat, Gaju Ottavjanu, in-​neputi t’oħtu, kellu biss 18-il sena. Billi kien iben adottat taʼ Ġulju Ċesari u l-​werriet persunali u ewlieni tiegħu, iż-​żagħżugħ Ottavjanu telaq minnufih lejn Ruma biex jieħu l-​wirt tiegħu. Hemmhekk ħabbat wiċċu maʼ opponent formidabbli​—il-​logutenent ewlieni taʼ Ċesari, Mark Antonju, li ppretenda li kien il-​werriet prinċipali. L-​intrigu politiku u t-​taqbida għall-​poter li segwew damu sejrin 13-il sena.

      Kien biss wara li għeleb il-​qawwiet armati magħqudin tas-​Sultana Eġizzjana Kleopatra u l-​maħbub tagħha Mark Antonju (fis-sena 31 Q.E.K.) li Ottavjanu ħareġ bħala l-​ħakkiem assolut taʼ l-​Imperu Ruman. Is-​sena taʼ wara, Antonju u Kleopatra kkommettew suwiċidju, u Ottavjanu inkorpora l-​Eġittu. B’hekk tneħħiet l-​aħħar traċċa taʼ l-​Imperu Grieg, u Ruma saret il-​qawwa dinjija.

      Billi ftakar li l-​mod kif Ġulju Ċesari eżerċita l-​poter b’tirannija kien wassal biex jiġi assassinat, Ottavjanu qagħad attent biex ma jagħmilx l-​istess żball. Sabiex ma joffendix sentimenti Rumani li kienu favur li jkollhom repubblika, ħeba l-​monarkija tiegħu taħt libsa repubblikana. Hu rrifjuta t-​titli “sultan” u “dittatur.” Billi mexa pass ieħor ’il quddiem, ħabbar l-​intenzjoni tiegħu li jgħaddi l-​kontroll tal-​provinċji kollha f’idejn is-​Senat Ruman u offra li jirriżenja mill-​karigi li kellu. Din it-​tattika rnexxiet. Is-​Senat, b’apprezzament, ħeġġeġ lil Ottavjanu biex iżomm il-​pożizzjonijiet tiegħu u jibqaʼ jikkontrolla xi ftit mill-​provinċji.

      Iżjed minn hekk, fis-​16 taʼ Jannar, tas-​sena 27 Q.E.K., is-​Senat ta lil Ottavjanu t-​titlu “Awgustu,” li jfisser “Eżaltat, Sagru.” Ottavjanu mhux talli aċċetta t-​titlu imma qabad ukoll xahar u tah isem ġdid, imsemmi għalih, u ssellef jum minn Frar sabiex Awissu jkollu l-​istess ammont taʼ ġranet daqs Lulju, ix-​xahar imsemmi għal Ġulju Ċesari. Ottavjanu b’hekk sar l-​ewwel imperatur taʼ Ruma u wara dan kien magħruf bħala Ċesari Awgustu jew “l-​Awgustu.” Iktar tard hu assuma wkoll it-​titlu taʼ “pontifex maximus” (qassis il-​kbir), u fis-​sena 2 Q.E.K.​—is-​sena li fiha twieled Ġesù—​is-Senat tah it-​titlu Pater Patriae, “Missier il-​Patrija.”

      F’dik l-​istess sena, “Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-​dinja kollha. . . . U kulħadd mar jinkiteb, kull wieħed fil-​belt tiegħu.” (Luqa 2:​1-3) Bħala riżultat taʼ dan id-​digriet, Ġesù twieled f’Betlehem bi twettiq tal-​profezija Biblika.​—Danjel 11:20; Mikea 5:1 [5:​2, NW].

      Il-​gvern taħt Awgustu kien karatterizzat b’miżura taʼ onestà u sitwazzjoni monetarja stabbli. Awgustu stabbilixxa wkoll sistema postali effettiva u bena toroq u pontijiet. Organizza l-​eżerċtu mill-​ġdid, ħoloq flotta navali permanenti, u stabbilixxa ġemgħa magħżula taʼ skorta imperjali magħrufa bħala l-​Għassa Pretorjana. (Filippin 1:13) Taħt il-​patroċinju tiegħu, kittieba bħal Virġilju u Orazju ffjorixxew u skulturi ħolqu xogħlijiet mill-​isbaħ f’dak li issa huwa msejjaħ l-​istil klassiku. Awgustu lesta bini li tħalla nofs leħja minn Ġulju Ċesari u rrestawra ħafna tempji. Il-​Pax Romana (“Paċi Rumana”) li introduċa hu damet iktar minn 200 sena. Fid-​19 t’Awissu, tas-​sena 14 E.K., fl-​età taʼ 76 sena, Awgustu miet u wara dan ġie magħdud maʼ l-​allat.

      Awgustu ftaħar li “lil Ruma sabha tal-​ġebel u ħallieha taʼ l-​irħam.” Billi ma riedx li Ruma tmur lura għaż-​żmien mimli ġlied tar-​repubblika taʼ qabel, hu kellu l-​ħsieb li jipprepara lill-​imperatur li kien imiss. Imma ma tantx kellu lil min jagħżel bħala suċċessur. Neputih, żewġt itfal tat-​tfal, ir-​raġel taʼ bintu, u wieħed minn uliedu tar-​rispett kienu mietu kollha, u b’hekk kien baqaʼ biss Tiberju, ibnu tar-​rispett, biex jieħu r-​riedni f’idejh.

      IL-​“WIEĦED . . . TAʼ MIN IMAQDRU”

      Inqas minn xahar wara l-​mewt taʼ Awgustu, is-​Senat Ruman innomina bħala imperatur lil Tiberju li kellu 54 sena. Tiberju għex u ħakem sa Marzu tas-​sena 37 E.K. Għaldaqstant, hu kien l-​imperatur taʼ Ruma matul il-​ministeru pubbliku taʼ Ġesù.

      Bħala imperatur, Tiberju kellu kemm virtujiet kif ukoll vizzji. Waħda mill-​virtujiet tiegħu kienet li ma riedx jonfoq flus fuq affarijiet lussużi. Bħala riżultat, l-​imperu pprospera u hu kellu l-​fondi biex jassisti fl-​irkuprar minn diżastri u żminijiet koroh. Għall-​kredtu tiegħu, Tiberju qies lilu nnifsu bħala sempliċi bniedem, irrifjuta ħafna titli onorarji, u b’mod ġenerali dawwar il-​qima taʼ l-​imperatur lejn Awgustu minflok lejh persunali. Hu ma qabadx xi xahar mill-​kalendarju u semmieh għal ismu bħalma kienu għamlu Awgustu u Ġulju Ċesari, u lanqas ma ppermetta li ħaddieħor jonorah b’dan il-​mod.

      Madankollu, il-​vizzji taʼ Tiberju kienu jisbqu l-​virtujiet tiegħu. Kien estremament suspettuż u ipokrita meta kien jittratta maʼ ħaddieħor, u r-​renju tiegħu kien mimli qtil taħt ordni​—billi ħafna minn dawk li qabel kienu ħbiebu ġew magħdudin fost il-​vittmi. Hu estenda l-​liġi tal-​lèse-majesté (maestà feruta) biex tinkludi sempliċi kliem libelluż kontra l-​persuna tiegħu stess, minbarra atti sedizzjużi. X’aktarx kien bis-​saħħa taʼ din il-​liġi li l-​Lhud ippressaw lill-​Gvernatur Ruman Ponzju Pilatu biex Ġesù jingħata l-​mewt.​—Ġwann 19:​12-16.

      Tiberju poġġa l-​Għassa Pretorjana fil-​viċinanza taʼ Ruma billi bena kwartieri fortifikati fit-​tramuntana tas-​swar tal-​belt. Il-​preżenza taʼ l-​Għassa intimidat lis-​Senat Ruman, li kien taʼ theddid għall-​poter tiegħu, u rażżnet kull nuqqas taʼ dixxiplina fost il-​poplu. Tiberju inkuraġġixxa wkoll is-​sistema taʼ l-​ispjuni, u l-​aħħar parti tal-​ħakma tiegħu kienet karatterizzata bit-​terrur.

      Sa dakinhar li miet, Tiberju kien kunsidrat li kien tirann. Meta miet, ir-​Rumani ħadu pjaċir u s-​Senat ma riedx jgħoddu maʼ l-​allat. Għal dawn ir-​raġunijiet u oħrajn, f’Tiberju naraw twettiq tal-​profezija li tgħid li “wieħed . . . taʼ min imaqdru” kellu jqum bħala s-​“sultan tat-​tramuntana.”​—Danjel 11:​15, 21.

      X’INNOTAJT?

      • Ottavjanu kif sar l-​ewwel imperatur taʼ Ruma?

      • X’jistaʼ jingħad dwar dak li wettaq il-​gvern taʼ Awgustu?

      • X’kienu l-​virtujiet u l-​vizzji taʼ Tiberju?

      • Il-​profezija dwar il-​“wieħed . . . taʼ min imaqdru” kif twettqet f’Tiberju?

      [Stampa]

      Tiberju

      [Kaxxa/Stampi f’paġna 252-255]

      ŻENOBJA​—IS-​SULTANA GWERRIERA TAʼ PALMIRA

      “IL-​ĠILDA tagħha kienet skura . . . Snienha kienu bojod daqs il-​perli, u għajnejha suwed, kbar u jleqqu bi ġmiel mhux tas-​soltu, imżewqin bi ħlewwa l-​iktar attraenti. Leħinha kien sod u armonjuż. Il-​fehma qawwija tagħha kienet imsaħħa u mżejna bl-​istudju. Kienet midħla taʼ l-​ilsien Latin, imma l-​Grieg, is-​Sirjak, u l-​Eġizzjan kienu tliet lingwi li kienet tafhom b’mod perfett.” Kien b’dan il-​mod li l-​istorjografu Edward Gibbon faħħar lil Żenobja​—is-​sultana gwerriera tal-​belt Sirjana taʼ Palmira.

      Ir-​raġel taʼ Żenobja kien Odenatu, nobbli minn Palmira, li fis-​sena 258 E.K. kien premjat bil-​pożizzjoni taʼ konslu taʼ Ruma minħabba li kellu suċċess fil-​kampanja kontra l-​Persja għan-​nom taʼ l-​Imperu Ruman. Sentejn wara, Odenatu rċieva mingħand l-​Imperatur Ruman Galljenu t-​titlu taʼ corrector totius Orientis (gvernatur tal-​Lvant kollu). Dan sar bħala rikonoxximent għar-​rebħa tiegħu fuq is-​Sultan Sapur I tal-​Persja. Eventwalment Odenatu ta lilu nnifsu t-​titlu taʼ “sultan tas-​slaten.” Dawn is-​suċċessi taʼ Odenatu jistgħu jiġu attribwiti fil-​parti l-​kbira għall-​kuraġġ u l-​prudenza taʼ Żenobja.

      ŻENOBJA TASPIRA LI TOĦLOQ IMPERU

      Fis-​sena 267 E.K., fl-​aqwa tal-​karriera tiegħu, Odenatu u l-​eredi tiegħu ġew assassinati. Żenobja ħadet post żewġha, ladarba binha kien għadu żgħir wisq biex jagħmel hekk. Billi kienet sabiħa, ambizzjuża, amministratriċi kapaċi, imdorrija torganizza kampanji maʼ żewġha, u fluwenti f’diversi lingwi, hi rnexxielha tirbaħ ir-​rispett u l-​appoġġ tas-​sudditi tagħha. Żenobja kienet tħobb it-​tagħlim u ġabret madwarha nies intellettwali. Wieħed mill-​konsulenti tagħha kien il-​filosfu u l-​oratur Kassju Lonġinu​—li jingħad li kien “librerija ħajja u mużew bis-​saqajn.” Fil-​ktieb Palmyra and Its Empire​—Zenobia’s Revolt Against Rome, l-​awtur Richard Stoneman jinnota: “Matul il-​ħames snin taʼ wara l-​mewt taʼ Odenatu . . . , Żenobja kienet stabbiliet ruħha fl-​imħuħ tal-​poplu tagħha bħala l-​padruna tal-​Lvant.”

      Fuq naħa waħda tad-​dominju taʼ Żenobja kien hemm il-​Persja, li hi u żewġha kienu dgħajfu, u fuq in-​naħa l-​oħra kien hemm Ruma, li kienet qabdet it-​triq tan-​niżla. Rigward il-​kundizzjonijiet f’dak iż-​żmien ġewwa l-​Imperu Ruman, l-​istorjografu J. M. Roberts jgħid: “It-​tielet seklu kien . . . żmien terribbli għal Ruma kemm fuq il-​fruntieri tal-​lvant kif ukoll tal-​punent, waqt li f’Ruma stess kien beda perijodu ġdid taʼ gwerra ċivili u suċċessjonijiet kontroversjali. Tnejn u għoxrin imperatur (minbarra l-​pretendenti) laħqu u spiċċaw.” Mill-​banda l-​oħra, il-​padruna Sirjana kienet monarka assoluta u stabbilita tajjeb fir-​renju tagħha. “Billi kkontrollat il-​bilanċ taʼ żewġ imperi [dak Persjan u dak Ruman],” josserva Stoneman, “hi setgħet taspira li toħloq it-​tielet wieħed li kien se jiddomina t-​tnejn li huma.”

      Fis-​sena 269 E.K., Żenobja ġietha opportunità biex tkabbar il-​poteri rjali tagħha meta fl-​Eġittu tfaċċa pretendent li argumenta kontra l-​ħakma Rumana. L-​eżerċtu taʼ Żenobja mmarċja bil-​ħeffa lejn l-​Eġittu, farrak lil dan ir-​ribell, u ħa l-​pajjiż taħt idejh. Billi pproklamat lilha nfisha bħala s-​sultana taʼ l-​Eġittu, hi ħarġet muniti f’isimha stess. Is-​saltna tagħha issa kienet tinfirex mix-​xmara Nil sax-​xmara Ewfrat. Kien f’dan il-​punt f’ħajjitha li Żenobja bdiet tokkupa l-​pożizzjoni tas-​“sultan tan-​nofsinhar.”​—Danjel 11:​25, 26.

      IL-​BELT KAPITALI TAʼ ŻENOBJA

      Żenobja saħħet u sebbħet il-​kapitali tagħha, Palmira, b’tali manjiera li din kienet tħabbatha mal-​bliet tad-​dinja Rumana li kienu akbar. Huwa stmat li l-​popolazzjoni tagħha laħqet bejn wieħed u ieħor iktar minn 150,000. Bini pubbliku, tempji, ġonna, kolonni, u monumenti, kollha mill-​isbaħ, imlew lil Palmira, belt ċirkondata bi swar li jingħad li kellhom ċirkonferenza taʼ 21 kilometru. Filliera kolonni Korintin għoljin iktar minn 15-il metru​—madwar 1,500 waħda—​żejnu l-​ġnub tal-​vjal prinċipali. Statwi u busti taʼ eroj u taʼ benefatturi għonja kienu kotrana fil-​belt. Fis-​sena 271 E.K., Żenobja waqqfet statwi tagħha nfisha u taʼ żewġha li kien mejjet.

      It-​Tempju tax-​Xemx kien wieħed mill-​isbaħ bini f’Palmira u bla dubju ddomina x-​xena reliġjuża fil-​belt. Jistaʼ jkun li Żenobja nfisha għandha mnejn qiemet lil xi alla assoċjat maʼ l-​alla-xemx. Madankollu, is-​Sirja tat-​tielet seklu kienet pajjiż mimli reliġjonijiet differenti. Fid-​dominju taʼ Żenobja kien hemm Kristjani taʼ l-​isem, Lhud, u adoraturi tax-​xemx u tal-​qamar. X’kienet l-​attitudni tagħha lejn dawn id-​diversi forom taʼ qima? L-​awtur Stoneman josserva: “Ħakkiema għaqlija ma tittraskura ebda drawwa li tidher addattata għall-​poplu tagħha. . . . L-​allat, kien . . . ittamat, kienu nġabu flimkien fuq in-​naħa taʼ Palmira.” Milli jidher, Żenobja kienet tittollerahom ir-​reliġjonijiet l-​oħrajn.

      Bil-​personalità tagħha li tiġbdek, Żenobja rebħet l-​ammirazzjoni taʼ ħafna. L-​irwol tagħha f’li tirrappreżenta entità politika mbassra fil-​profezija taʼ Danjel kien taʼ l-​akbar sinjifikat. Madankollu, ir-​renju tagħha ma damx iktar minn ħames snin. L-​Imperatur Ruman Awreljanu għeleb lil Żenobja fis-​sena 272 E.K. u sussegwentement ħarbat lil Palmira b’tali manjiera li ma setgħetx tissewwa. Żenobja ngħatat il-​klemenza. Jingħad li hi żżewġet lil senatur Ruman u x’aktarx li qattgħet il-​bqija taʼ ħajjitha rtirata.

      X’INNOTAJT?

      • Kif ġiet deskritta l-​personalità taʼ Żenobja?

      • X’kienu xi ftit mill-​bravuri taʼ Żenobja?

      • X’kienet l-​attitudni taʼ Żenobja lejn ir-​reliġjon?

      [Stampa]

      Is-​Sultana Żenobja tindirizza lis-​suldati tagħha

      [Tabella/Stampi f’paġna 246]

      SLATEN F’DANJEL 11:20-26

      Is-​Sultan Is-​Sultan

      tat-​Tramuntana tan-​Nofsinhar

      Danjel 11:20 Awgustu

      Danjel 11:​21-24 Tiberju

      Danjel 11:​25, 26 Awreljanu Is-​Sultana Żenobja

      Il-​kollass L-​Imperu Il-​Britannja,

      imbassar taʼ Ġermaniku segwita mill-​

      l-​Imperu Ruman Qawwa Dinjija

      iwassal għall-​ Anglo-Amerikana

      formazzjoni taʼ

      [Stampa]

      Tiberju

      [Stampa]

      Awreljanu

      [Stampa]

      Statwetta taʼ Karlu Manju

      [Stampa]

      Awgustu

      [Stampa]

      Bastiment tal-​gwerra Britanniku tas-​seklu 17

      [Stampa taʼ paġna sħiħa f’paġna 230]

      [Stampa f’paġna 233]

      Awgustu

      [Stampa f’paġna 234]

      Tiberju

      [Stampa f’paġna 235]

      Minħabba d-​digriet taʼ Awgustu, Ġużeppi u Marija vvjaġġaw lejn Betlehem

      [Stampa f’paġna 235]

      Bħalma tbassar, Ġesù ‘tfarrak’ fil-​mewt

      [Stampi f’paġna 245]

      1. Karlu Manju 2. Napuljun I 3. Guliermu I 4. Suldati Ġermaniżi, l-​Ewwel Gwerra Dinjija

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja