GĦANJA 96
Il-ktieb t’Alla stess—Teżor
1. Għandna ktieb li bil-ħafna paġni tiegħu,
Iġib sliem, ferħ, u tama lill-bnedmin.
Fih ħsibijiet tal-għaġeb kollhom qawwa,
U jġib ħajja ’l-“mejtin,” dawl lill-“għamjin.”
Dal-ktieb prezzjuż hu l-Bibbja Mqaddsa t’Alla.
Kliemu inkiteb minn nies imnebbħin.
Minn irġiel b’tant imħabba għal Ġeħova,
Li ġew bl-ispirtu tiegħu imqanqlin.
2. Kitbu rakkont onest tal-ħolqien t’Alla,
Dwar kif b’setgħetu nħalaq l-univers.
Qalu wkoll dwar kif kien bla dnub il-bniedem
U dwar kif imbagħ’d kollox mar avvers.
Irrakkontaw ukoll dwar ċertu anġlu
Li sfida ’l Alla bħala is-Sovran.
U daħal b’hekk id-dnub b’niket għall-bniedem,
Biss daqt Ġeħova jirbaħ għax Setgħan.
3. Nifirħu għax Ġeħova qed isaltan
Permezz taʼ Ibnu li minnu maħtur.
Inxandru b’hekk l-aħbar tajba tas-Saltna;
Kif din se ġġib barkiet sbieħ fil-futur.
Ġo dan il-ktieb insibu bxajjar tajba;
Fih festa sagra, mimli ikel bnin.
Paċi mill-aqwa joffri ’l-bnedmin kollha;
Dat-Teżor Ħaj ejjew ngħożżuh f’kull ħin.
(Ara wkoll it-2 Tim. 3:16; 2 Pt. 1:21.)