LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 23 p. 26
  • Tinxtered l-Aħbar Tajba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tinxtered l-Aħbar Tajba
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Ipproklama bil-Qlubija s-Saltna taʼ Jehovah!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Agħmel Kuraġġ—Ġeħova Se Jgħinek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • “Isimgħuni Hekk Kif Niddefendi Lili Nnifsi”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
  • “Nappella għal Quddiem Ċesari!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 23 p. 26

IT-​23 TAQSIMA

Tinxtered l-​Aħbar Tajba

Pawlu jivvjaġġa fuq l-​art u bil-​baħar biex jipprietka

WARA li Pawlu kkonverta, hu bil-​ħerqa ddikjara l-​aħbar tajba dwar is-​Saltna t’Alla—imma issa dak li qabel kien jopponi beda jiffaċċja ħafna oppożizzjoni ħarxa huwa stess. Dan l-​appostlu bieżel ivvjaġġa kemm-​il darba u għal distanzi twal biex jipprietka u jxerred l-​aħbar tajba dwar is-​Saltna li se twettaq l-​iskop oriġinali t’Alla għall-​bnedmin.

Meta kien Listra, matul l-​ewwel vjaġġ tiegħu taʼ ppritkar, Pawlu fejjaq raġel zopp minn twelidu. Il-​folol bdew jgħidu b’leħen għoli li Pawlu u sieħbu Barnaba, li kien qed jivvjaġġa miegħu, kienu allat. Iż-​żewġt irġiel bilkemm setgħu jżommu n-​nies milli jagħmlulhom sagrifiċċji. Madankollu, dawn l-​istess folol ġew influwenzati mill-​għedewwa taʼ Pawlu u ħaġġruh sakemm ħasbu li kien mejjet. Pawlu salva mill-​attakk u maż-​żmien reġaʼ lura lejn dik il-​belt biex isaħħaħ lid-​dixxipli bi kliem inkuraġġanti.

Xi Kristjani Lhud bdew jargumentaw li n-​nies li kienu saru jemmnu imma li ma kinux Lhud kellhom jobdu partijiet mil-​Liġi taʼ Mosè. Pawlu ppreżenta l-​kwistjoni lill-​appostli u l-​anzjani f’Ġerusalemm. Wara li kkunsidraw bir-​reqqa l-​Iskrittura u bil-​gwida tal-​ispirtu qaddis t’Alla, dawn l-​irġiel kitbu lill-​kongregazzjonijiet u wissewhom biex jitbiegħdu mill-​idolatrija, milli jieklu d-​demm u l-​laħam bid-​demm fih, u miż-​żína. Dawn il-​kmandi kienu “affarijiet neċessarji,” imma biex wieħed jobdihom ma kellux bżonn isegwi l-​Liġi Mosajka.—Atti 15:28, 29.

Matul it-​tieni vjaġġ tiegħu taʼ ppritkar, Pawlu żar Berea, li llum tinsab fil-​Greċja. Il-​Lhud li kienu jgħixu hemmhekk laqgħu l-​kelma bil-​ħeġġa, u kienu jeżaminaw l-​Iskrittura kuljum biex jaraw jekk it-​tagħlim tiegħu kienx veru. Għal darb’oħra kellu jitlaq minħabba l-​oppożizzjoni u din id-​darba mar Ateni. Quddiem grupp taʼ nies taʼ skola minn Ateni, Pawlu ta taħdita qawwija li fil-​fatt hi xempju taʼ tattika, dixxerniment, u persważjoni.

Wara t-​tielet vjaġġ taʼ ppritkar, Pawlu mar Ġerusalemm. Meta kien qed iżur it-​tempju hemmhekk, ċerti Lhud qajmu rewwixta u riedu joqtluh. Is-​suldati Rumani ħelsu lil Pawlu u interrogawh. Bħala ċittadin Ruman, hu iktar tard għamel id-​difiża tiegħu quddiem il-​Gvernatur Ruman Feliċ. Il-​Lhud ma setgħu jippreżentaw l-​ebda evidenza għall-​akkużi kontra Pawlu. Sabiex Festu, gvernatur Ruman ieħor, ma jagħtihx f’idejn il-​Lhud, Pawlu qal: “Nappella għal quddiem Ċesari!” Festu wieġeb: “Għand Ċesari se tmur.”—Atti 25:11, 12.

Suldati Rumani jgħinu lil Pawlu jeħles minn folla rrabjata

Imbagħad Pawlu ttieħed b’ġifen lejn l-​Italja biex jitlaʼ l-​qorti. F’dak il-​vjaġġ ġarrab nawfraġju u kellu jqattaʼ x-​Xitwa fil-​gżira taʼ Malta. Meta fl-​aħħar wasal Ruma, qagħad sentejn f’dar mikrija. Avolja kellu suldat għassa miegħu, l-​appostlu tant żeluż baqaʼ jipprietka dwar is-​Saltna t’Alla lil kull min kien iżuru.

—Ibbażat fuq Atti 11:22–28:31.

  • X’ġara wara li Pawlu fejjaq raġel zopp f’Listra?

  • Il-​kwistjoni dwar jekk il-​Liġi Mosajka għandhiex tiġi segwita kif issolviet?

  • Pawlu kif spiċċa Ruma, u x’għamel waqt li kien hemmhekk?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja