LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/15 pp. 14-15
  • It-tbatija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-tbatija
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Alla jġegħelna nbatu?
  • Alla jimpurtah mit-​tbatija tagħna?
  • X’tgħid il-Bibbja?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Taʼ min hu t-tort?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2018
  • Alla Għala Jippermetti s-​Sofferenza?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Faraġ għal Dawk li Jsofru
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 1/15 pp. 14-15
Raġel inkwetat iħares lejn ritratt waqt li qiegħed bilqiegħda fost it-tifrik

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

It-​tbatija

Xi nies iħossu li Alla jikkaġuna t-​tbatija umana jew li ma jimpurtahx minnha. Imma hekk tgħallem il-​Bibbja? Għandu mnejn tibqaʼ sorpriż bit-​tweġiba.

Alla jġegħelna nbatu?

“Naf fiċ-​ċert li Alla ma jaġixxix bil-​ħażen.”—Ġob 34:12.

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

Xi wħud jgħidu li kulma jiġri hu r-​rieda t’Alla. B’hekk, jemmnu li Alla jġegħelna nbatu. Meta jiġru d-​diżastri naturali, pereżempju, jaħsbu li dawn il-​ġrajjiet huma mod kif Alla jikkastiga lil dawk li jkunu dinbu.

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Il-​Bibbja tgħallem ċar li Alla ma jġegħelniex inbatu. Pereżempju, il-​Bibbja tgħid li meta xi ħadd ikun għaddej minn prova, ikun żball li jgħid: “Alla qed jgħaddini minn prova.” Għala? Għax “Alla la jistaʼ jiġi provat u lanqas ma jipprova lil ħadd b’affarijiet ħżiena.” (Ġakbu 1:13) Fi kliem ieħor, Alla qatt ma jikkaġuna l-​provi li niffaċċjaw jew it-​tbatija li tiġi minnhom. Kieku din kienet tkun xi ħaġa mill-​agħar, imma “Alla ma jaġixxix bil-​ħażen.”—Ġob 34:12.

Jekk Alla ma jġegħelniex insofru, mela min jew xi jġegħelna nsofru? B’sogħba, il-​bnedmin spiss jispiċċaw vittma taʼ nies imperfetti oħra. (Ekkleżjasti 8:9) Iżjed minn hekk, nistgħu nħabbtu wiċċna mal-​gwaj minħabba “ġrajjiet mhux mistennijin”—jiġifieri għax sempliċement inkunu f’post ħażin f’ħin ħażin. (Ekkleżjasti 9:11) Il-​Bibbja tgħallem li fl-​aħħar mill-​aħħar, “il-​ħakkiem taʼ din id-​dinja,” Satana x-​Xitan, hu responsabbli għat-​tbatija tal-​bniedem, għax “id-​dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​Ħażin.” (Ġwanni 12:31; 1 Ġwanni 5:19) Huwa Satana—mhux Alla—li jġiegħel lin-​nies ibatu.

Alla jimpurtah mit-​tbatija tagħna?

“Kulmeta kienu mnikktin hu kien imnikket.”—Isaija 63:9.

DAK LI JGĦIDU N-​NIES

Xi wħud jaħsbu li Alla ma jimpurtahx mit-​tbatija tagħna. Pereżempju, kittieb jitkellem dwar dak li hu jsejjaħ “nuqqas taʼ ħniena jew mogħdrija għat-​tbatija tagħna” min-​naħa t’Alla. Dan il-​kittieb jirraġuna li jekk jeżisti Alla, bilfors li Hu jqis lill-​bnedmin b’“indifferenza bla sentimenti.”

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Iktar milli tgħid li Alla hu bla ħniena jew indifferenti, il-​Bibbja tgħallem li Alla hu effettwat bil-​kbir mit-​tbatija tagħna—u li dalwaqt se jtemmha. Ikkunsidra tliet veritajiet taʼ faraġ misjubin fil-​Bibbja.

Alla hu konxju tat-​tbatija tagħna. Mill-​bidu nett tat-​tbatija umana, lanqas demgħa waħda ma ħarbitlu lil Ġeħova,a li “għajnejh . . . jeżaminaw” kollox. (Salm 11:4; 56:8) Pereżempju, meta l-​aduraturi tiegħu fil-​qedem kienu qed jiġu maħqurin, Alla qal: “Bla dubju jien rajt is-​sofferenza tan-​nies tiegħi.” Imma kien hu sempliċement konxju tat-​tbatija tagħhom? Le, għax żied: “Naf tajjeb kemm qed isofru.” (Eżodu 3:7) Ħafna nies sabu l-​faraġ f’dik il-​verità—il-​ħsieb li Alla hu konxju taʼ kull tbatija li ngħaddu minnha, anke l-​provi li ħaddieħor għandu mnejn lanqas biss jaf bihom jew jifhimhom.—Salm 31:7; Proverbji 14:10.

Alla jħoss għalina meta nbatu. Alla Ġeħova mhux biss hu konxju tat-​tbatija umana imma jiġi effettwat bil-​kbir minnha. Pereżempju, Alla sinċerament kien ikkonċernat meta l-​aduraturi tiegħu tal-​qedem ħabbtu wiċċhom mal-​provi. “Kulmeta kienu mnikktin hu kien imnikket,” tgħid il-​Bibbja. (Isaija 63:9) Għalkemm Alla hu bil-​wisq superjuri għall-​bnedmin, hu jħoss mogħdrija għal dawk li jbatu—bħallikieku l-​uġigħ tagħhom kien f’qalbu! Tabilħaqq, “Ġeħova juri affezzjoni b’tenerezza kbira u hu mimli ħniena.” (Ġakbu 5:11) Iżjed minn hekk, Ġeħova jgħinna nissaportu t-​tbatija tagħna.—Filippin 4:12, 13.

Alla se jtemm it-​tbatija kollha tal-​bniedem. Skont il-​Bibbja, Alla se jtemm it-​tbatija taʼ kull bniedem fid-​dinja. Permezz tas-​Saltna tas-​sema tiegħu, Ġeħova se jbiddel drastikament il-​kundizzjoni tal-​bniedem—għall-​aħjar. Dwar dak iż-​żmien, il-​Bibbja twiegħed li Alla “jixxottalhom kull demgħa minn għajnejhom, u ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ. L-​affarijiet taʼ qabel ikunu spiċċaw.” (Rivelazzjoni 21:4) Xi ngħidu għal dawk li diġà mietu? Alla se jerġaʼ jagħtihom il-​ħajja hawn fuq l-​art sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jgawdu l-​ħajja mingħajr tbatija. (Ġwanni 5:28, 29) Se jkun hemm xi ħadd li jħossu mifni bil-​memorji koroh tat-​tbatija tal-​passat? Le, għaliex Ġeħova jwiegħed: “L-​affarijiet taʼ qabel ma jitfakkrux, u lanqas ma jweġġgħu l-​qalb.”—Isaija 65:17.b

a Ġeħova hu l-​isem t’Alla kif jidher fil-​Bibbja.

b Biex tkun taf għaliex Alla ppermetta t-​tbatija għal xi żmien u kif se jtemmha, jekk jogħġbok ara kapitli 8 u 11 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja