LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 6/8 pp. 11-19
  • Tafha T-Tweġiba?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tafha T-Tweġiba?
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • (It-tweġibiet għal dan il-​kwiżż jistgħu jinstabu fil-​versi ċitati mill-​Bibbja, u l-​lista sħiħa taʼ tweġibiet hija stampata f’paġna 19. Għal iktar tagħrif, irreferi għall-​ktieb “Insight on the Scriptures,” pubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.)
Stenbaħ!—2000
g00 6/8 pp. 11-19

Tafha T-​Tweġiba?

(It-tweġibiet għal dan il-​kwiżż jistgħu jinstabu fil-​versi ċitati mill-​Bibbja, u l-​lista sħiħa taʼ tweġibiet hija stampata f’paġna 19. Għal iktar tagħrif, irreferi għall-​ktieb “Insight on the Scriptures,” pubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.)

1. Lill-​mara Samaritana, Ġesù biex qalilha li jrid jiġi meqjum Alla? (Ġwann 4:24)

2. Sabiex jissaportu l-​pressjoni u l-​persekuzzjoni, Alla x’jagħtihom lill-​qaddejja leali tiegħu? (2 Korintin 4:7-10)

3. Min kien l-​iżgħar iben taʼ l-​Imħallef Gidgħon, l-​uniku wieħed mis-​70 tifel li kien ħelisha minn taħt idejn Abimelek, ħuh mill-​missier? (Mħallfin 9:5)

4. X’isem ngħata lill-​50 sena wara li Iżrael daħal fl-​Art Imwegħda, is-​sena meta kellu jiġi dikjarat il-​ħelsien fl-​art kollha? (Levitiku 25:10)

5. L-​Għammonin minn liema saltna żgħira krew 12,000 raġel tal-​ġlied sabiex jitqabdu kontra David? (2 Samwel 10:6)

6. Fit-​tieni sena tiegħu bħala sultan, is-​Sultan Babiloniż Nabukodonosor x’ra f’ħolma li ħawdu ħafna? (Danjel 2:1, 31)

7. Sansun x’qasam fi tnejn b’idejh stess, l-​ewwel darba li nsibu miktub li kien uża l-​qawwa li tah Alla? (Mħallfin 14:5, 6)

8. X’kien l-​annimal li Abraham sab maqbud minn qrunu fil-​friegħi u li wżah bħala sagrifiċċju minflok Iżakk? (Ġenesi 22:13)

9. X’għamel is-​Sultan Sawl biex mar kontra l-​ordni li kien tah Jehovah fil-​gwerra kontra l-​Għamalekin? (1 Samwel 15:3-9)

10. Wara l-​eżilju Babiloniż, x’isem ngħata lil Etanim,  l-ewwel xahar tal-​kalendarju sekulari Lhudi?

11. Il-​ġenituri taʼ Ġesù fejn sabuh lil binhom taʼ 12-il sena wara li damu jfittxuh għal tlett ijiem? (Luqa 2:46)

12. Min intqallu b’mod profetiku biex jifraħ meta Ġesù kellu jidħol b’mod trijonfanti fuq felu taʼ ħmara? (Żakkarija 9:9)

13. Ġesù għala ta l-​parir biex naħżnu “teżori fis-​sema”? (Mattew 6:20)

14. X’għamel Jehovah biex jesprimi r-​rabja tiegħu għal Salamun meta dan beda joffri sagrifiċċji lil allat oħra fi xjuħitu? (1 Slaten 11:14, 23-26)

15. L-​Iskrittura lil xiex tgħidilna li għandna nipproteġu iktar minn kull ħaġa oħra? (Proverbji 4:23)

16. X’għamel is-​Sultan Ġeħojakim meta nqralu l-​iskroll li kien fih il-​kliem taʼ Jehovah kontra Iżrael? (Ġeremija 36:23)

17. Ġakobb x’ħaseb li qatlu lil ibnu Ġużeppi? (Ġenesi 37:33)

18. Minn żmien il-​qedem liema belt kienet magħrufa bħala “belt is-​siġar tal-​palm”? (Dewteronomju 34:3)

It-​Tweġibiet għall-​Kwiżż, paġna 19

1. ‘Bl-​ispirtu u l-​verità’

2. Qawwa kbira

3. Ġotam

4. Ġublew

5. Tob

6. Statwa kbira fl-​għamla taʼ bniedem, li d-​diversi partijiet tagħha kienu magħmulin minn metalli differenti

7. Ferħ taʼ ljun

8. Muntun

9. Hu ħafirha lis-​sultan tagħhom Agag, kif ukoll lill-​aħjar taʼ l-​imrieħel u l-​baqar

10. Tixri

11. Fit-​tempju

12. “Bint Sijon”

13. It-​teżori materjali jispiċċaw u bihom ma jkollniex mertu quddiem Alla

14. Neħħa l-​barka tiegħu u beda jqajjem għedewwa kontra Salamun

15. Il-​qalb figurattiva

16. Qattgħu u waddbu fin-​nar

17. “Bhima selvaġġa kiefra”

18. Ġeriko

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja