LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 10/8 p. 31
  • Borra Storbjuża

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Borra Storbjuża
  • Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2000
g00 10/8 p. 31

Borra Storbjuża

IX-​XJENZATI skoprew li meta tinżel il-​borra fuq l-​ilma, kull farka borra tagħmel ħoss—ħoss li ma jinstemax mill-​bnedmin. Dan il-​ħoss jilħaq quċċata—bħas-​sirena taʼ karozza tal-​pompiera li riesqa fil-​qrib—u mbagħad jintilef fix-​xejn. Dan kollu jseħħ f’madwar 0.0001 taʼ sekonda.

Taqtira tax-​xita jew silġa jibqgħu għaddejjin mill-​wiċċ taʼ l-​ilma, imma farka borra hija eħfef u tibqaʼ tistrieħ fil-​wiċċ. Però, din ma ddumx ma tinħall, u tibda sseħħ “it-​twerżiqa” li semmejna qabel. Dan ġie notat madwar 15-il sena ilu, imma ħadd ma kompla jinvestiga l-​biċċa. Madankollu, fi snin iktar reċenti, bijoloġi fl-​Alaska sabu li dan l-​istorbju sar taʼ xkiel għalihom x’ħin jiġu biex jużaw is-​sonar ħalli jsibu s-​salamun waqt il-​passa tiegħu. Meta l-​ħoss tal-​borra nieżla li jkun hemm fl-​isfond jaħbi s-​sinjali li jkunu ġejjin mill-​ħut, il-​bijoloġi jkollhom iwaqqfu l-​eżerċizzju. X’iwassal għal dan il-​fenomenu?

Ir-​rivista New Scientist tispjega li x’ħin il-​farka tal-​borra tgħum f’wiċċ l-​ilma, ftit ikun hemm ħsejjes taħt. Imma malli l-​borra tibda tinħall, l-​ilma jibda tielaʼ ’l fuq permezz taʼ l-​azzjoni kapillari, jiġifieri meta likwidu u oġġett solidu jiltaqgħu flimkien. Jistaʼ jkun li f’dak il-​ħin xi bżieżaq taʼ l-​arja joħorġu mill-​borra jew inkella jinqabdu taħt l-​ilma li jibda tielaʼ. Kull bużżieqa tivvibra hi u tipprova ssib bilanċ maʼ l-​affarijiet taʼ madwarha. X’ħin tagħmel hekk, il-​bużżieqa tibgħat mewġ taʼ ħsejjes, bħal daqq taʼ qanpiena, imma b’ton ħafna ogħla minn hekk.

[Sors tal-​istampa f’paġna 31]

Snow Crystals/Dover

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja