LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 10/8 p. 32
  • “Inneħħilkom il-Kappell”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Inneħħilkom il-Kappell”
  • Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2000
g00 10/8 p. 32

“Inneħħilkom il-​Kappell”

DAN il-​kliem kitbu wieħed Kattoliku devot minn Fairhope, l-​Alabama, fl-​Istati Uniti, rigward il-​letteratura tax-​Xhieda taʼ Jehovah u l-​uħud li jiħduhielu d-​dar.

“L-​artikli li joħorġu fir-​rivisti tat-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! huma miktubin b’mod eċċellenti u jkun fihom suġġetti sbieħ,” hu qal. “Dejjem nieħu pjaċir meta jiġi xi ħadd minn tagħkom biex iġibli kopja taż-​żewġ rivisti. U jien it-​tnejn li huma naqrahom.

“In-​nies tagħkom tant huma dħulin u edukati, u tgħidx kemm nifraħ x’ħin nara nies li qed jagħmlu x-​xogħol t’Alla (taʼ Jehovah) bi tbissima. L-​aħħar darba li ġie xi ħadd kien meta ħabbtuli żewġt itfal żgħar, introduċew lilhom infushom u offrewli r-​rivisti. Irringrazzjajthom u ħadt pjaċir ħafna nara lil tfal żgħar jagħmlu xogħol siewi minflok ma jaqilgħu l-​inkwiet.

Jien Kattoliku devot . . . , imma naf nammira x-​xogħol eċċellenti li qed tagħmel l-​organizzazzjoni tagħkom u n-​nies tagħha. Ngħidilkom bis-​sinċerità kollha li verament nieħu pjaċir bir-​rivisti tagħkom u nammira lin-​nies mill-​aħjar u daħqana li għandkom magħkom. . . . Inneħħilkom il-​kappell. Ibqgħu sejrin hekk.”

Ix-Xhieda taʼ Jehovah jipprovdu wkoll pubblikazzjonijiet li jolqtu bżonnijiet speċifiċi. Waħda minnhom hija l-​browxer taʼ 32 paġna intitolat Alla X’Jirrikjedi Minna? F’16-il lezzjoni, dan il-​browxer juri t-​tagħlim fundamentali tal-​Bibbja u anki dak li l-​Bibbja tgħid li għandna nagħmlu biex naqilgħu l-​approvazzjoni t’Alla. Jekk tixtieq tirċievi kopja bla ħlas, imla l-​kupun t’hawn taħt u ibagħtu fl-​indirizz provdut fil-​kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Ibagħtuli kopja tal-​browxer Alla X’Jirrikjedi Minna?

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja