LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 11/8 p. 32
  • Għala Tezisti Krizi Morali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għala Tezisti Krizi Morali
  • Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2000
g00 11/8 p. 32

Għala Tezisti Krizi Morali

F’OTTUBRU li għadda, wieħed kittieb f’Loja, l-​Ekwador, esprima l-​apprezzament tiegħu għall-​ministeru li jagħmlu x-​Xhieda taʼ Jehovah. Fost affarijiet oħra, hu osserva:

“Waħda mill-​agħar pjagi li qed tolqot lill-​umanità hija l-​kriżi morali . . . Donnu li n-​nies qed jinsew iwettqu l-​Għaxar Kmandamenti u injoraw il-​kuxjenza tagħhom, u dan kollu ma jħallix wisaʼ għall-​fehma bejn il-​bnedmin. Kuljum u kulfejn tmur, tismaʼ b’mibegħda, vjolenza, kriminalità, traffikar taʼ drogi, terroriżmu, u nuqqas taʼ rispett lejn id-​dinjità tal-​bniedem. . . .

“Ix-​Xhieda taʼ Jehovah, mingħajr ma joqogħdu jdoqqu trombi, iwettqu d-​dover tagħhom bil-​paċi u bil-​kalma, billi jżuru lill-​ġirien tagħhom minn bieb għal bieb u joffrulhom iż-​żewġ rivisti sbieħ tagħhom, It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ!, rivisti li jkun fihom artikli interessanti għall-​aħħar. Ir-​rivista Stenbaħ! b’mod partikulari tkopri varjetà taʼ suġġetti interessanti u ħadd ma jistaʼ jmerih il-​materjal xjentifiku u kulturali li jkun fiha. Dan kollu jinkiteb b’ċarezza u eżattezza li ma bħalhom.”

Il-kriżi morali li hawn illum hija ovvja, imma kif jintqal f’paġna 4 taʼ din ir-​rivista fis-​sezzjoni “Għala Stenbaħ! Huwa Pubblikat,” Stenbaħ! “iħaffer fil-​fond u jipponta lejn it-​tifsir veru wara ġrajjiet kurrenti.” Il-​browxer Veru li Alla Jimpurtah Minna? jirrikonoxxi t-​tbatijiet li kellhom jissaportu l-​bnedmin, imma jagħmel iktar minn hekk. Dan juri għala teżisti din il-​kriżi morali bil-​konsegwenzi terribbli li ġġib magħha. Iktar importanti minn hekk, dan juri kif dalwaqt se jinkiseb serħan minn dan kollu.

Int tistaʼ titlob kopja taʼ dan il-​browxer mimli faraġ taʼ 32 paġna billi timla l-​kupun t’hawn taħt u tibagħtu fl-​indirizz provdut fuq il-​kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Ibagħtuli kopja tal-​browxer Veru li Alla Jimpurtah Minna?

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja