“Kif Tistaʼ Tibqaʼ Ħaj fl-Aħħar tad-Dinja?”
◼ Il-Bibbja xi trid tfisser meta titkellem dwar l-aħħar tad-dinja, jew it-tmiem tas-sistema preżenti? Qed tirreferi għal gwerra nukleari globali li tistaʼ tiknes il-ħajja umana kollha minn fuq l-art? Jew tirreferi għal xi fenomenu naturali, bħal impatt minn asterojde? Huwa interessanti li l-Bibbja tgħid li “folla kbira” taʼ bnedmin se jibqgħu ħajjin fl-aħħar tad-dinja. (Rivelazzjoni 7:9, 10, 14) Min se jkunu? Tistaʼ int tkun fosthom?
Dawn il-mistoqsijiet importanti se jiġu mweġbin fit-taħdita pubblika “Kif Tistaʼ Tibqaʼ Ħaj fl-Aħħar tad-Dinja?” Din se tingħata fil-konvenzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova bit-titlu “IBQAʼ GĦASSA!” li se tinżamm mill-11-13 taʼ Settembru, 2009. Int mistieden kordjalment biex tattendi l-konvenzjoni fid-Dolmen Resort Hotel, il-Qawra, Malta. Ikkuntattja lix-Xhieda taʼ Ġeħova fl-inħawi tiegħek, jew ikteb lill-pubblikaturi taʼ din ir-rivista.