LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/11 p. 32
  • Mhumiex Żgħar Wisq

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mhumiex Żgħar Wisq
  • Stenbaħ!—2011
Stenbaħ!—2011
g 4/11 p. 32

Mhumiex Żgħar Wisq

● Omm minn Kalifornja, l-​Istati Uniti tal-​Amerika, hekk kitbet rigward is-​suġġett diskuss fil-​ktieb Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir. Hi spjegat: “Il-​ġimgħa l-​oħra stess meta ħadna lit-​tifel tagħna, Javan, li għandu tliet snin, għand il-​pedjatra tiegħu, hi staqsiet lili u lil żewġi jekk konniex iddiskutejna maʼ Javan rigward il-​partijiet privati tal-​ġisem. Ħadt pjaċir ngħidilha rigward il-​ktieb Għalliem, li jispjega li jkun ħażin li xi ħadd imiss il-​partijiet privati taʼ dak li jkun. It-​tabiba baqgħet impressjonata ħafna li aħna konna ddiskutejna dan miegħu.”

L-​omm kompliet tgħid: “Il-​mod kif huma diskussi dawn l-​affarijiet f’dan il-​ktieb hu perfett.” Il-​kapitlu li kienet qed tirreferi għalih għandu t-​titlu “Kif Ġesù Ġie Protett.” Fih jiddeskrivi kif il-​Missier tas-​sema taʼ Ġesù pproteġa lil Ibnu milli jiġi mweġġaʼ mis-​sultan mill-​agħar Erodi meta Ġesù kien għadu żgħir wisq biex jipproteġi lilu nnifsu. (Mattew 2:7-​23) Imbagħad il-​ktieb juri kif saħansitra tfal żgħar jistgħu jitgħallmu jipproteġu ruħhom jekk xi ħadd jipprova jimmolestahom.

Int tistaʼ titlob kopja taʼ dan il-​ktieb bi stampi sbieħ li fih 256 paġna u li l-​paġni tiegħu huma daqs il-​paġni taʼ din ir-​rivista. Sempliċement imla l-​kupun t’hawn taħt u ibagħtu fl-​indirizz provdut jew f’indirizz xieraq imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-​ktieb muri hawnhekk.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja