LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/13 pp. 4-5
  • Kif Tikkomunika mal-Adoloxxent Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tikkomunika mal-Adoloxxent Tiegħek
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​ISFIDA
  • Kif Tagħmel ir-Regoli għall-Adoloxxent Tiegħek
    Stenbaħ!—2013
  • Għin lill-Adolexxent Tiegħek Biex Jiffjorixxi
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Tkellem mal-Adoloxxent Tiegħek—⁠Bla Ma Targumenta
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Ħarreġ lil uliedek biex jaqdu lil Ġeħova—It-2 parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2013
g 1/13 pp. 4-5

GĦAJNUNA GĦALL-​FAMILJA | IL-​ĠENITURI

Kif Tikkomunika mal-​Adoloxxent Tiegħek

L-​ISFIDA

Meta kien tifel, kien jgħidlek kollox. Issa li sar żagħżugħ, ma jgħidlek xejn. Meta tipprova titkellem miegħu, jew bilkemm iwieġbek jew jaqbad argument jaħraq.

Tistaʼ titgħallem kif titkellem mal-​adoloxxent tiegħek. Imma, l-​ewwel ikkunsidra żewġ fatturi li jistgħu jagħmluha iktar taʼ sfida.a

GĦALA TITNAQQAS IL-​KOMUNIKAZZJONI

Ix-​xewqa għall-​indipendenza. Sabiex isir adult responsabbli, l-​adoloxxent tiegħek irid jieħu kontroll taʼ ħajtu. Qisu passiġġier f’karozza li issa jrid isir is-​sewwieq u jitgħallem kif jinnaviga t-​toroq perikolużi tal-​ħajja. Ovvjament, xi żgħażagħ iridu iktar libertà milli jmissu jkollhom; mill-​banda l-​oħra, xi ġenituri jagħtu inqas libertà milli jmisshom jagħtu. Il-​battalja li tistaʼ tirriżulta minħabba dan tistaʼ toħloq ħafna inkwiet kemm għall-​ġenituri kif ukoll għaż-​żgħażagħ. Brad,b li għandu 16-​il sena, jilmenta: “Il-​ġenituri tiegħi jipprovaw jikkontrollaw kull aspett taʼ ħajti. Jekk ma jagħtunix iktar libertà sakemm nagħlaq 18-​il sena, nitlaq mid-​dar!”

L-​abbiltà li jirraġunaw. It-​tfal żgħar normalment jaħsbu b’termini attwali, iswed u abjad, tajjeb jew ħażin, imma ħafna żgħażagħ jagħrfu li mhux dejjem ikun daqshekk faċli u ġieli jkun hemm iktar involut. Dan hu aspett importanti fir-​raġunar, u jgħin liż-​żgħażagħ jiżviluppaw raġunar f’loku. Ikkunsidra eżempju: Għal tifel, l-​idea taʼ x’inhu ġust tidher sempliċi: ‘Ommi qasmet gallettina min-​nofs u tat nofsha lili u nofsha lil ħija.’ F’dan il-​każ, dak li hu ġust jidher li mhu xejn ħlief formula tal-​matematika. Iżda, iż-​żgħażagħ jirrealizzaw li l-​idea taʼ x’inhu ġust mhix daqshekk faċli. Wara kollox, trattament ġust mhuwiex dejjem ugwali, u trattament ugwali mhuwiex dejjem ġust. L-​abbiltà li jirraġuna fuq kwistjoni se tgħin lill-​adoloxxent tiegħek jissielet biex jifhem kwistjonijiet komplikati. X’inhu l-​iżvantaġġ? Tistaʼ wkoll iġġiegħlu jissielet miegħek.

X’TISTAʼ TAGĦMEL

Meta jkun possibbli, tkellmu b’mod każwali. Ħu vantaġġ minn mumenti informali. Pereżempju, xi ġenituri sabu li ż-​żgħażagħ ikunu iktar lesti li jiftħu qalbhom huma u jagħmlu xi faċendi jew waqt li jkunu fil-​karozza, jiġifieri, meta jkunu ħdejn il-​ġenituri tagħhom minflok ma jkunu wiċċ imb wiċċ magħhom.—Prinċipju mill-​Bibbja: Dewteronomju 6:6, 7.

Iddumx tparla. M’għandekx għalfejn tibqaʼ tħaqqaqha sal-​aħħar. Minflok, għid li għandek tgħid . . . u mbagħad ieqaf. L-​adoloxxent tiegħek se jaħseb dwar dak li tkun għedt u jifhmu iktar tard, anke jekk ikun deher li ma kienx qed jagħti kas. Agħtih ċans biex jagħmel dan.—Prinċipju mill-​Bibbja: Proverbji 1:1-​4.

Agħti widen—u kun flessibbli. Agħti widen bir-​reqqa—mingħajr ma taqbiżlu fin-​nofs—ħalli tifhem bis-​sħiħ x’inhi l-​problema. Meta twieġeb, kun raġunevoli. Jekk b’mod riġidu żżomm mar-​regoli, ibnek se jkun imħajjar jipprova jsib modi kif ma jobdikx mingħajr ma jiġi kastigat. “Dan jiġri meta t-​tfal jgħixu ħajja doppja,” iwissi ktieb għall-​ġenituri (Staying Connected to Your Teenager). “Minn banda jibdew jgħarrxu widnejn il-​ġenituri b’dak li jridu jisimgħu, u mill-​banda l-​oħra jagħmlu li jridu meta ma jkunux qed jarawhom.”—Prinċipju mill-​Bibbja: Filippin 4:5.

Ibqaʼ kalm. “Meta ma naqblux fuq xi ħaġa, ommi dejjem tieħu għaliha b’kulma ngħid,” tgħid żagħżugħa jisimha Kari. “Dan inikkitni u l-​konversazzjoni malajr tinbidel f’argument.” Minflok ma tagħmilhom bi kbar, għid xi ħaġa li turi li tifhem is-​sentimenti taʼ ibnek. Pereżempju, minflok ma tgħid, “Għal daqshekk qed tinkwieta!” għid, “Nistaʼ nara kemm qed tkiddek dil-​ħaġa.”—Prinċipju mill-​Bibbja: Proverbji 10:19.

Sakemm ikun possibbli, iggwida, mhux tiddetta. L-​abbiltà taʼ ibnek biex jirraġuna hi bħal muskolu li jrid jiġi żviluppat. Għalhekk, meta jiffaċċja dilemma, minflok ma tasal għall-​konklużjoni għalih, ħallih jasal waħdu għall-​konklużjoni t-​tajba. Int u tiddiskuti l-​kwistjoni miegħu, agħtih ċans joħroġ b’xi soluzzjonijiet waħdu. Imbagħad, wara li tkunu ddiskutejtu ftit għażliet, tistaʼ tgħid: “Dawn huma ftit possibbiltajiet. Aħseb dwarhom għal ġurnata jew tnejn, u mbagħad nistgħu niltaqgħu biex nitkellmu dwar liema soluzzjoni tippreferi u għala.”—Prinċipju mill-​Bibbja: Ebrej 5:14.

a L-​ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

b Għalkemm f’dan l-​artiklu nirreferu għall-​adoloxxent fil-​maskil, il-​prinċipji li jiġu diskussi jgħoddu għat-​tfajliet ukoll.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • ‘Kun ħafif biex tismaʼ, tqil biex titkellem, tqil biex tinkorla.’—Ġakbu 1:19.

  • “Tweġiba, meta tkun ħelwa, tkeċċi l-​korla.”—Proverbji 15:1.

  • “Iddejqux lil uliedkom, imma rabbuhom b’tenerezza bit-​taħriġ u l-​pariri Kristjani veri.”—Efesin 6:4, The New Testament in Modern Speech, taʼ R. F. Weymouth.

GĦAŻ-​ŻGĦAŻAGĦ

Tixtieq li l-​ġenituri tiegħek jagħtuk iktar libertà? Tixtieq li verament jifhmuk? Int tistaʼ tagħmilhielhom eħfef biex jagħmlu dawn iż-​żewġ affarijiet. Kif? Iftaħ qalbek magħhom dwar x’inhu jiġri f’ħajtek. Tkellem bil-​miftuħ magħhom. Meta żżomm lura ma jkunux jistgħu jafdawk bis-​sħiħ, u l-​uniku mod kif tikseb iktar libertà hu billi jafdawk.

Il-​punt hu li m’għandekx tħalli kollox f’idejn il-​ġenituri fejn tidħol il-​komunikazzjoni. Agħti sehmek. Għid lill-​ġenituri dwar x’ġurnata kellek. Staqsihom kif marru huma. Jekk għandek xi lment, tgħallem kif tesprimih bir-​rispett. Il-​komunikazzjoni hi sengħa li se tiġi bżonnha meta tikber. Għala ma tiksibhiex issa?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja