LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/13 pp. 12-13
  • Żjara fil-Kamerun

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żjara fil-Kamerun
  • Stenbaħ!—2013
Stenbaħ!—2013
g 1/13 pp. 12-13

Pajjiżi u Popli

Żjara fil-​Kamerun

IL-​BAKA—magħrufin ukoll bħala Pigmej—x’aktarx li kienu l-​ewwel abitanti tal-​Kamerun. Imbagħad, fis-​seklu 16, waslu l-​Portugiżi. Diversi mijiet taʼ snin wara, il-​Fulani—poplu Iżlamiku—ikkonkwistaw it-​Tramuntana tal-​Kamerun. Illum, 40 fil-​mija mill-​abitanti tal-​Kamerun isostnu li huma Kristjani, 20 fil-​mija huma Musulmani, u l-​40 fil-​mija li jifdal jipprattikaw reliġjonijiet Afrikani tradizzjonali.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ppubblikaw letteratura bbażata fuq il-​Bibbja bil-​lingwa Bassa, lingwa mitkellma fil-​Kamerun

In-​nies li jgħixu fl-​inħawi rurali tal-​Kamerun huma b’mod partikulari ospitabbli. Dawk li jżuruhom jiġu milqugħin u jingħataw merħba ġod-​dar, fejn jiġu servuti ilma u ikel. Jekk wieħed jirrifjuta l-​ospitalità tal-​inkwilin, dan jitqies bħala insult, filwaqt li jekk wieħed jaċċetta l-​offerta, dan ikun kumpliment.

Il-​konversazzjoni tibda billi wieħed jagħti merħba lill-​membri tal-​familja u jistaqsihom kif inhuma. Hija d-​drawwa wkoll li dak li jkun jistaqsi kif inhuma l-​annimali! “Meta mistieden iħalli lil dawk li jkunu fid-​dar, ma jkunx biżżejjed li jgħid, ‘Saħħa,’” jgħid Joseph, li twieled il-​Kamerun. “Spiss, dak li jistieden lil xi ħadd jakkumpanjah biċċa mit-​triq u jkompli jitkellem miegħu. Imbagħad, f’ħin minnhom, hu jsellem lill-​mistieden u jmur lura d-​dar. Mistieden li ma jiġix trattat b’dan il-​mod għandu mnejn ma jħossux apprezzat.”

Il-​kenuri huma komuni fis-​Sanaga River. Il-​qlugħ isiru minn kwalunkwe materjal li jkun disponibbli

Waqt l-​ikel, xi drabi grupp taʼ ħbieb jieklu mill-​istess platt—kultant b’idejhom. Fil-​Kamerun, din id-​drawwa hi simbolu qawwi taʼ unità. Fil-​fatt, ġieli ntużat biex tgħaqqad flimkien nies li, għal xi raġuni jew oħra, il-​ħbiberija tagħhom tkun iddgħajfet. F’ċertu sens, permezz taʼ ikla bħal din ikunu bħallikieku qed jgħidu, “Issa għamilna paċi.”

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova, il-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista, huma organizzati f’iktar minn 300 kongregazzjoni fil-​Kamerun u jikkonduċu bejn wieħed u ieħor 65,000 studju tal-​Bibbja f’dan il-​pajjiż

FATTI INTERESSANTI

Il-​biċċa l-​kbira mill-​Pigmej adulti huma twal bejn 1.2 metru u 1.42 metru

  • Popolazzjoni: Madwar 20 miljun

  • Belt Kapitali: Yaoundé

  • Klima: Sħuna u niexfa fit-​Tramuntana, umduża fl-​inħawi taʼ mal-​kosta

  • Esportazzjoni: Żejt, kawkaw, kafè, qoton, injam, aluminju

  • Lingwi mitkellma: Ingliż u Franċiż, flimkien maʼ xi 270 lingwa u djalett Afrikan ieħor

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja