LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 7/13 pp. 14-15
  • Ultimatum f’Isem Alla??

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ultimatum f’Isem Alla??
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Imġegħlin Jikkonvertu għall-​Kattoliċiżmu
  • “Inġust, mill-​Agħar, u Skandaluż”
  • Il-Kelma t’Alla ssir magħrufa fi Spanja medjevali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Toħroġ it-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida Riveduta bl-Ispanjol
    Iktar Suġġetti
  • Fejn il-Fruntieri Ma Jfissru Xejn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
Stenbaħ!—2013
g 7/13 pp. 14-15
[Stampa f’paġna 14]

TITWILA LEJN IL-​PASSAT | IL-​ĦTIEĠA

Ultimatum f’Isem Alla?

“Jekk ma tagħmlux dan, . . . Alla se jagħtini l-​awtorità niġi fir-​raħal tagħkom u niggwerra kontrikom minn kull naħa u bi kwalunkwe mezz, u jkollkom toqogħdu għall-​madmad tal-​Knisja u tar-​re taʼ Spanja u tobduhom; u niħdilkom lin-​nisa u lit-​tfal tagħkom u nagħmilhom skjavi, . . . u nieħu l-​proprjetà tagħkom u nagħmlilkom ħsara kemm niflaħ. . . . L-​imwiet u l-​ħsara li jirriżultaw ikunu ħtija tagħkom, u la tar-​re taʼ Spanja u lanqas tagħna.”

DIN għandha mnejn hi l-​iktar dikjarazzjoni uffiċjali stramba li qatt instemgħet. Hi parti minn proklamazzjoni magħrufa bħala l-​Ħtieġa, bl-​Ispanjol el Requerimiento, li matul parti mis-​seklu 16, il-​konkwistaturi Spanjoli kellhom jaqraw b’leħen għoli meta kienu jiżbarkaw fl-​Amerika taʼ Fuq u t’Isfel biex jikkonkwistawhom.

Dawn il-​konkwistaturi xi pproklamaw eżattament lin-​nies tal-​post, u għala?

Imġegħlin Jikkonvertu għall-​Kattoliċiżmu

Ftit wara li Kolombu wasal l-​Amerika fl-​1492, kemm Spanja kif ukoll il-​Portugall qalu li kellhom id-​dritt li jaħkmu fuq dawn l-​artijiet il-​ġodda. Ladarba ż-​żewġ pajjiżi kienu jqisu l-​papa bħala r-​rappreżentant taʼ Kristu fuq l-​art, huma sejħu lilu biex jissetilja l-​kontroversja. Bid-​direzzjoni tal-​papa, il-​Knisja qassmet l-​artijiet li kienu għadhom kif instabu bejn Spanja u l-​Portugall, bil-​patt li dawn iż-​żewġ pajjiżi jibagħtu missjunarji biex jikkonvertu lin-​nies tal-​post.

Hekk kif il-​konkwista kompliet għaddejja, il-​monarkija Spanjola pprovat tillegalizza dak li l-​konkwistaturi kisbu. L-​Ispanjoli saħqu li ladarba l-​papa kien qed jaġixxi f’isem Alla meta tahom l-​artijiet, il-​konkwistaturi kienu fil-​libertà li jiddeċiedu x’jagħmlu bin-​nies tal-​post u l-​affarijiet tagħhom u li jillimitawlhom il-​libertà.

L-​Ispanjoli fasslu dokument biex jinformaw lill-​abitanti tal-​post dwar id-​deċiżjoni tal-​papa. L-​indiġeni kellhom jaċċettaw il-​Kristjanità u jsiru sudditi tar-​re taʼ Spanja. Jekk jirrifjutaw, l-​Ispanjoli ħassew li kellhom id-​dritt li jiġġieldu gwerra “ġusta” f’isem Alla kontra n-​nies tal-​post.

“Dak iż-​żmien kienu jirraġunaw li l-​vjolenza kienet skużabbli f’kawża ġusta. Għalhekk, Spanja kellha tivvinta kawżi ġusti.” —Francis Sullivan, professur Ġiżwita tat-​teoloġija

“Inġust, mill-​Agħar, u Skandaluż”

Ir-​re taʼ Spanja ġiegħel li tinqara l-​Ħtieġa sabiex ma tħabbtux il-​kuxjenza u jiġġustifika r-​rebħiet fl-​artijiet il-​ġodda. Il-​konkwistaturi spiss qraw il-​proklamazzjoni jew fuq il-​ġifen tagħhom qabel m’attakkaw jew fuq l-​art lil abitanti li ma kinux jifhmu bil-​lingwi Ewropej. Xi drabi, id-​dokument inqara lil għerejjex vojta abbandunati mill-​indiġeni mwerwrin.

Il-​konverżjoni li pprovaw iġegħluhom jaċċettaw wasslet għal ħafna tixrid taʼ demm. Pereżempju, fl-​1550, madwar 2,000 Araucanian ġew maqtulin f’taqbida fiċ-​Ċilì. Dwar dawk li ma nqatlux, il-​konkwistatur Pedro de Valdivia qal lir-​re: “Ordnajt li jaqtgħu l-​idejn u l-​imnieħer taʼ mitejn minnhom talli m’obdewx, allavolja ħafna drabi kont bgħattilhom messaġġieri u tajthom il-​kmand [il-​Ħtieġa] bħalma ordna l-​Maestà Tiegħek.”a

Il-​qari tal-​Ħtieġa għandu mnejn serraħ il-​kuxjenza tal-​invażuri. Però, dan ftit li xejn għamel biex jippromwovi r-​reliġjon tal-​Ispanjoli. Patri missjunarju tas-​seklu 16, Bartolomé de las Casas, li ra b’għajnejh stess l-​effetti tal-​Ħtieġa, kiteb: “Kemm kien inġust, mill-​agħar, skandaluż, irrazzjonali, u banali dak il-​kmand! Mhux se nsemmi kemm ta reputazzjoni ħażina lir-​reliġjon Kristjana.” Il-​kittieb Gonzalo Fernández de Oviedo qal li l-​ewwel impressjoni li ħadu l-​indiġeni tal-​Amerika dwar l-​atroċitajiet li saru kontrihom xejn ma kienet sabiħa.

Għandu jeħel Alla għal atroċitajiet bħal dawn li saru minn qawwiet politiċi u reliġjużi, li qalu li għamluhom f’ismu? Il-​Bibbja tgħid: “Ma jistax ikun li l-​Alla l-​veru jaġixxi bil-​ħażen, u li Dak li Jistaʼ Kollox jaġixxi b’mod inġust!”—Ġob 34:10.

a Skont xi sorsi, il-​Ħtieġa tneħħiet għalkollox fl-​1573.

LINJA KRONOLOĠIKA TAL-​ĠRAJJIET

  • 1492 ▸ Kolombu jasal fid-​Dinja l-​Ġdida

  • Madwar l-​1493 ▸ Il-​Papa Alessandru VI jagħti permess lir-​rejiet taʼ Spanja u l-​Portugall biex jaħkmu fuq il-​partijiet tad-​Dinja l-​Ġdida li kienu kkonkwistaw

  • 1513 ▸ Il-​Ħtieġa tidħol fis-​seħħ

  • 1550 ▸ Madwar 2,000 Araucanian jinqatlu fiċ-​Ċilì

  • 1573 ▸ Ir-​re taʼ Spanja uffiċjalment ineħħi għalkollox il-​Ħtieġa

FATTI FIL-​QOSOR

  • Il-​Ħtieġa kienet ultimatum li ngħata minn konkwistaturi Spanjoli meta waslu l-​Amerika matul is-​seklu 16.

  • Kien “meħtieġ” li l-​indiġeni jirrikonoxxu l-​awtorità tal-​Knisja Kattolika.

  • L-​ultimatum kien jinqara b’vuċi għolja bl-​Ispanjol jew bil-​Latin lin-​nies tal-​post li ma kinux jifhmu b’dawn il-​lingwi.

  • Din kienet waħda mill-​iktar proklamazzjonijiet inkwetanti fl-​istorja tal-​Amerika.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja