LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 12/13 pp. 8-9
  • Żjara fil-Brażil

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żjara fil-Brażil
  • Stenbaħ!—2013
Stenbaħ!—2013
g 12/13 pp. 8-9

PAJJIŻI U POPLI

Żjara fil-​Brażil

L-​ikla delizzjuża feijoada hi ikla Brażiljana tradizzjonali

Tukan

FIL-​BRAŻIL oriġinarjament kienu joqogħdu nies li kienu jgħixu b’dak li kienu jiksbu mill-​kaċċa u bil-​ħxejjex li kienu jsibu. L-​esploraturi Portugiżi ġabu magħhom ir-​reliġjon Kattolika Rumana, u għalhekk inbnew ħafna knejjes u kappelli—uħud minnhom imżejnin bi skultura elaborata tal-​injam indurata bid-​deheb.

Minn nofs is-​seklu 16 sa nofs is-​seklu 19, vapuri li jġorru l-​iskjavi ġarrew xi erbaʼ miljun Afrikan lejn il-​Brażil biex jaħdmu fl-​għelieqi. Dawn ġabu magħhom ir-​riti tagħhom, li żviluppaw f’reliġjonijiet Afro-​Brażiljani bħalma huma l-​macumba u s-​setta candomblé. L-​influwenza Afrikana hi evidenti wkoll fil-​mużika, iż-​żfin, u l-​ikel Brażiljan.

Il-​feijoada tradizzjonali, verżjoni taʼ ikla Portugiża, hi stuffat magħmul minn taħlita taʼ laħmijiet u fażola sewda, servuti bir-​ross u l-​weraq tal-​kaboċċa. Fis-​sekli 19 u 20, miljuni taʼ emigranti mill-​Ewropa (l-​iktar mill-​Ġermanja, l-​Italja, il-​Polonja, u Spanja), mill-​Ġappun, u minn pajjiżi oħra ngħaqdu mal-​popolazzjoni.

Illum, hemm xi 750,000 Xhud taʼ Ġeħova f’iktar minn 11,000 kongregazzjoni mxerrdin mal-​Brażil. Huma jikkonduċu iktar minn 800,000 studju tal-​Bibbja. Sabiex jipprovdu postijiet għall-​qima, 31 tim taʼ kostruzzjoni li jmorru minn post għall-​ieħor jaħdmu max-​Xhieda lokali biex jibnu u jsewwu minn 250 sa 300 Sala tas-​Saltna kull sena. Minn Marzu tal-​2000 ’l hawn tlestew 3,647 minn dawn il-​proġetti.

L-​ikbar foresta tropikali fid-​dinja tinsab fl-​inħawi kollha tax-​Xmara Amazon

KONT TAF?

Mix-​Xmara Amazon jgħaddi iktar ilma minn kwalunkwe xmara oħra u hi twila iktar minn 6,275 kilometru

FATTI INTERESSANTI

  • Popolazzjoni: 201,000,000

  • Belt kapitali: Brasília

  • Lingwi mitkellma: Il-​Portugiż u ’l fuq minn 180 lingwa indiġena

  • Isem: Il-​Brażil hu msemmi għall-​brazilwood (Caesalpinia echinata), apprezzat għaż-​żebgħa tad-​drapp lewn in-​nar li tistaʼ ssir minnu

  • Klima: Sħuna u umda fit-​Tramuntana, moderata fin-​Nofsinhar, u kultant fix-​xitwa fuq il-​muntanji jkun hemm il-​borra

  • Pajjiż: Il-​Brażil ikopri kważi nofs l-​Amerika t’Isfel. Is-​sistema tax-​xmajjar tiegħu hi waħda mill-​ikbar fid-​dinja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja