LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 6/14 pp. 10-11
  • Joseph Priestley

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Joseph Priestley
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • HU FITTEX IL-​VERITÀ FIX-​XJENZA
  • HU FITTEX IL-​VERITÀ FIR-​RELIĠJON
  • Werrej
    Stenbaħ!—2014
  • Mill-Agunija għall-Anestesija
    Stenbaħ!—2000
  • Ipproteġa, Ipprovda, u Ppersevera
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Il-Kristjani Jqimu fl-Ispirtu u l-Verità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 6/14 pp. 10-11
Statwa taʼ Joseph Priestley

TITWILA LEJN IL-​PASSAT

Joseph Priestley

“Il-​versatilità, il-​ħerqa, l-​attività, u l-​ħniena tiegħu; il-​kobor immens tal-​kurżità tiegħu, f’kull ħaġa fiżika, morali, jew soċjali; postu fix-​xjenza, fit-​teoloġija, fil-​filosofija, u fil-​politika; l-​atteġġjament partikulari li kellu mar-​Rivoluzzjoni [Franċiża], u l-​istorja patetika tat-​tbatijiet li ma kinux jistħoqqulu, jistgħu jagħmluh l-​eroj tas-​seklu tmintax.”—Frederic Harrison, filosfu.

X’WETTAQ Joseph Priestley li kien tant taʼ min jinnotah? L-​iskoperti u l-​kitbiet tiegħu influwenzaw kif in-​nies iqisu l-​irwol tal-​gvern, in-​natura t’Alla, u saħansitra l-​arja li minnha nieħdu n-​nifs.

Kemm jekk kiteb dwar ix-​xjenza jew ir-​reliġjon, Priestley rrifjuta teoriji jew tradizzjonijiet u pprefera fatti u verità. Ejja naraw kif.

HU FITTEX IL-​VERITÀ FIX-​XJENZA

Wara li ltaqaʼ max-​xjenzjat Amerikan Benjamin Franklin fl-​1765, Joseph Priestley—li sa dak iż-​żmien kien biss iddelitta fix-​xjenza—beda jesperimenta bl-​elettriku. Is-​sena taʼ wara, sħabu x-​xjenzjati tant baqgħu impressjonati bl-​iskoperti tiegħu li ġie elett fil-​prestiġjuż Royal Society of London.

Imbagħad, Priestley beda jikkonċentra fuq il-​kimika. F’qasir żmien, hu skopra diversi gassijiet ġodda, inkluż l-​ammonja u l-​ossidu nitruż (gass li jdaħħaq). Kien anke injetta l-​karbonju dijossidu fl-​ilma, b’hekk ivvinta l-​ilma bil-​gass.

Fl-​1774, waqt li kien qed jesperimenta fin-​Nofsinhar tal-​Ingilterra, Priestley skopra gass rimarkevoli li ġiegħel il-​fjammi tax-​xemaʼ jaqbdu b’dawl iktar qawwi. Iktar tard, hu poġġa 60 millilitru minn dan il-​gass f’tazza flimkien maʼ ġurdien. Il-​ġurdien dam ħaj id-​doppju taʼ li kien idum li kieku kien f’tazza mimlija b’arja normali! Priestley nnifsu ħa nifs minn dan il-​gass, u qal li ‘ħassu ħafif u rilassat għal xi ħin wara.’

Joseph Priestley kien skopra l-​ossiġnu.a Però, hu kien assuma li kien skopra arja normali li ma kienx fiha sustanza ipotetika maħsuba li tfixkel il-​ħruq. Il-​konklużjoni taʼ Priestley kienet żbaljata, imma ħafna nies għadhom jikkunsidraw din l-​iskoperta bħala “l-​quċċata tax-​xogħol li wettaq f’ħajtu.”

HU FITTEX IL-​VERITÀ FIR-​RELIĠJON

Eżattament bħalma Priestley kien jemmen li teoriji eżistenti kienu jfixklu l-​verità xjentifika, hekk ukoll ikkonkluda li t-​tradizzjoni u d-​domma kienu jfixklu l-​verità reliġjuża. Ironikament, fit-​tfittxija tul għomru għall-​verità Biblika, Priestley adotta xi ideat li kienu f’konflitt maʼ dak li verament tgħallem il-​Bibbja. Pereżempju, kien hemm żmien meta ma kienx jemmen li l-​Bibbja kienet mirakolożament ispirata minn Alla. Lanqas m’aċċetta t-​tagħlim tal-​Bibbja li Ġesù kien jeżisti qabel ma sar bniedem.

“Jekk ix-​xjenza hi t-​tfittxija għall-​verità, mela Priestley kien xjenzjat veru.”—Katherine Cullen, bijologa

Mill-​banda l-​oħra, Priestley kixef tagħlim reliġjuż falz li kien, u li għadu sal-​lum il-​ġurnata, aċċettat minn ħafna f’reliġjonijiet ewlenin. Hu kiteb li l-​verità mgħallma minn Ġesù u s-​segwaċi tiegħu iktar tard tniġġset bil-​gideb—inkluż dak tat-​tagħlim falz tat-​Trinità, it-​twemmin żbaljat li r-​ruħ hi immortali, u l-​qima tax-​xbihat, li attwalment hi kkundannata fil-​Bibbja.

L-​ideat reliġjużi taʼ Priestley u l-​appoġġ tiegħu għar-​rivoluzzjoni Amerikana u dik Franċiża nfurjaw lil sħabu l-​Ingliżi. Fl-​1791, marmalja qerditlu d-​dar u l-​laboratorju, u Priestley eventwalment ħarab lejn l-​Istati Uniti. Għalkemm jibqaʼ partikularment miftakar għall-​iskoperti xjentifiċi tiegħu, Joseph Priestley kien jemmen li t-​tagħlim dwar Alla u l-​iskop Tiegħu kien taʼ “dinjità u importanza superjuri.”

a Iktar kmieni, il-​kimiku Żvediż Carl Scheele kien skopra l-​ossiġnu imma naqas li jippubblika l-​iskoperta tiegħu. Warajh, il-​kimiku Franċiż Antoine-​Laurent Lavoisier semmieh ossiġnu.

FATTI FIL-​QOSOR

  • Joseph Priestley twieled fl-​1733 qrib Leeds, l-​Ingilterra.

  • Bħala xjenzjat, hu ngħata l-​krettu li skopra diversi gassijiet.

  • Bħala teorista politiku, hu ppromwova l-​libertà tal-​kelma, tal-​qima, u tal-​edukazzjoni.

  • Bħala qassis, hu rrifjuta ħafna duttrini tradizzjonali, inkluż it-​Trinità u l-​immortalità tar-​ruħ.

  • Fl-​1794, Priestley ħarab lejn l-​Istati Uniti, fejn miet inqas minn għaxar snin wara.

VERITÀ JEW TRADIZZJONI?

Marmalja teqred id-​dar u l-​laboratorju taʼ Joseph Priestley

Fl-​1791, marmalja qerdet id-​dar u l-​laboratorju taʼ Priestley

Priestley skopra li ħafna twemmin reliġjuż tradizzjonali jikkontradixxi l-​Bibbja. Ikkunsidra xi eżempji:

  • Tradizzjoni: Ġesù hu ugwali għal Alla.

    Verità Biblika: Kristu Ġesù qal: “Il-​Missier akbar minni.”—Ġwanni 14:28.

  • Tradizzjoni: Ir-​ruħ hi immortali.

    Verità Biblika: “Ir-​ruħ li qed tidneb—din tmut.”—Eżekjel 18:4.

  • Tradizzjoni: L-​idoli jistgħu jintużaw biex Alla jiġi meqjum.

    Verità Biblika: “Jien Ġeħova. Dak hu ismi; u lil ħadd iktar ma nagħti l-​glorja tiegħi, lanqas it-​tifħir tiegħi lix-​xbihat minquxin.”—Isaija 42:8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja