LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 9/15 pp. 10-11
  • Żjara fin-Nikaragwa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żjara fin-Nikaragwa
  • Stenbaħ!—2015
Stenbaħ!—2015
g 9/15 pp. 10-11
Ometepe, gżira fformata minn żewġ vulkani li telgħu mil-Lag Nikaragwa

Karatteristika prominenti tal-Lag Nikaragwa hi l-gżira taʼ Ometepe, art tħaddar li fiha żewġ vulkani kbar bi strixxa art li tgħaqqadhom

PAJJIŻI U POPLI

Żjara fin-​Nikaragwa

Mappa tan-Nikaragwa

IN-​NIES spiss isejħu lin-​Nikaragwa l-​art tal-​lagi u l-​vulkani. Din l-​art fiha l-​ikbar lag fl-​Amerika Ċentrali, il-​Lag Nikaragwa. It-​tribujiet indiġeni sejħulu Cocibolca, li jfisser “Baħar Ħelu.” Fih mijiet taʼ gżejjer u hu l-​uniku lag tal-​ilma ħelu li fih annimali tal-​oċean bħalma huma l-​kelb il-​baħar, il-​pixxispad, u t-​tarpon.

Sacuanjoche, il-fjura nazzjonali tan-Nikaragwa

Is-sacuanjoche (franġipani) hi l-fjura nazzjonali tan-Nikaragwa

In-​Nikaragwa wkoll fiha wieħed mill-​iżjed reġjuni iżolati tal-​Amerika Ċentrali—il-​Mosquito Coast. Dan hu strixxa art wiesgħa 65 kilometru tul il-​kosta tal-​Lvant u li tibqaʼ sejra fil-​Ħonduras. Il-​Miskito (mod ieħor kif tiġi spelluta Mosquito) huma wieħed mill-​ħafna gruppi taʼ nies indiġeni fin-​Nikaragwa li l-​istorja tagħhom tmur lura għaż-​żmien taʼ qabel ma waslu l-​Ewropej fis-​seklu 16.

Il-​Miskito għandhom konnessjonijiet soċjali b’saħħithom u drawwiet uniċi. Pereżempju, il-​lingwa Miskito ma fihiex kliem li bih tistaʼ tindirizza lil xi ħadd formalment, bħal “Sur” jew “Sinjura.” Fil-​komunitajiet rurali, nies iżgħar jindirizzaw lil oħrajn ikbar minnhom bħala “Ziju” jew “Zija,” kemm jekk jiġu minn xulxin jew le. Drawwa eqdem fost in-​nisa Miskito hi li jagħtu merħba lil ħbieb tal-​qalb jew qraba billi jmissu ħaddhom maʼ ħadd il-​persuna l-​oħra. Imbagħad il-​mara li bdiet il-​merħba tieħu nifs ’il ġewwa minn imneħirha.

In-nies indiġeni tan-Nikaragwa

Nies indiġeni

Letteratura Biblika bil-lingwa Mayangna u Miskito

Letteratura dwar il-​Bibbja bil-​Mayangna u bil-​Miskito, ippubblikata mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

FATTI INTERESSANTI

  • Popolazzjoni: 6,176,000

  • Lingwa uffiċjali: L-​Ispanjol. Madankollu, fil-​postijiet awtonomi, il-​Miskito, il-​Mayangna, ir-​Rama, u l-​Ingliż Kreol huma ugwali

  • Gvern: Repubblika

  • Belt kapitali: Managua

  • Klima: L-​iżjed tropikali, imma iżjed bierda fil-​muntanji

  • Pajjiż: Witat mal-​kosta. Muntanji fiċ-​ċentru

KEMM TAF?

Wieġeb veru jew falz għal dawn l-​istqarrijiet dwar in-​Nikaragwa:

  1. Isem il-​pajjiż ġie minn Nicarao, il-​mexxej taʼ wieħed mit-​tribujiet indiġeni sekli ilu.

  2. In-​Nikaragwa hi l-​uniku pajjiż fl-​Amerika Latina li kien kolonja kemm taʼ Spanja u kemm tal-​Britannja.

  3. Matul is-​sekli li għaddew, bliet tul il-​kosti tal-​Lag Nikaragwa kienu ġew attakkati minn pirati mill-​Karibew.

  4. In-​Nikaragwa hi l-​pajjiż bl-​iżjed densità tal-​popolazzjoni baxxa fl-​Amerika Ċentrali.

Tweġibiet: Kollha veri.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja