LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 11/15 p. 16
  • L-abbiltà matematika tal-pjanti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-abbiltà matematika tal-pjanti
  • Stenbaħ!—2015
  • Materjal Simili
  • Periklu—Pjanti Qattiela!
    Stenbaħ!—2004
Stenbaħ!—2015
g 11/15 p. 16
Siġra tal-mustarda

ĠIET DISINJATA?

L-​abbiltà matematika tal-​pjanti

IL-​PJANTI jużaw proċess ikkomplikat imsejjaħ fotosinteżi biex jieħdu l-​enerġija mid-​dawl tax-​xemx ħalli joħolqu l-​ikel. Studji fuq speċi differenti juru li jagħmlu jerġaʼ xi ħaġa oħra tal-​għaġeb—jikkalkulaw l-​aħjar rata li biha jikkonsmaw dan l-​ikel matul il-​lejl.

Ikkunsidra: Matul il-​ġurnata, il-​pjanti jikkonvertu l-​karbonju dijossidu misjub fl-​atmosfera f’lamtu u zokkor. Matul il-​lejl, ħafna speċi jikkonsmaw il-​lamtu maħżun matul il-​ġurnata, b’hekk jevitaw il-​ġuħ, u l-​produttività tal-​pjanta tibqaʼ għaddejja, inkluż it-​tkabbir. Iżjed minn hekk, jipproċessaw b’rata eżatta l-​lamtu maħżun—la jaħtfuh u lanqas jikkonsmawh bil-​mod iżżejjed—sabiex jużaw bejn wieħed u ieħor 95 fil-​mija minnu sa ma jisbaħ, meta jibdew jipproduċu iżjed.

Is-​sejbiet huma bbażati fuq esperimenti fuq pjanti tal-​familja tal-​mustarda msejħin Arabidopsis thaliana. Ir-​riċerkaturi sabu li din il-​pjanta tqassam bir-​reqqa l-​provvisti tal-​ikel li jkollha skont kemm ikun twil il-​lejl, kemm jekk ikun baqaʼ 8, 12, jew 16-​il siegħa sa ma jisbaħ. Milli jidher, il-​pjanta taqsam l-​ammont taʼ lamtu li jkollha disponibbli għaliha bit-​tul taʼ ħin li jkun fadal sa ma jisbaħ, u b’hekk tiddetermina l-​aħjar rata taʼ konsum.

Il-​pjanti kif jiddeterminaw kemm baqgħalhom lamtu? Kif ikejlu l-​ħin? U x’mekkaniżmu jippermettilhom jużaw il-​matematika? Iżjed riċerka tistaʼ tixħet dawl fuq dawn il-​mistoqsijiet.

Int x’taħseb? L-​abbiltà matematika tal-​pjanti ġiet bl-​evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja