SIB MOD KIF TNAQQAS L-ISTRESS
Ħajja bla Stress Hi Possibbli
L-għerf tal-Bibbja jistaʼ jgħinna nevitaw ħafna stress bla bżonn. Aħna stess ma nistgħux neliminaw dak kollu li jistressjana. Imma l-Ħallieq tagħna jistaʼ. Fil-fatt hu għażel lil xi ħadd biex jgħinna. Dan hu Ġesù Kristu. Dalwaqt, fid-dinja kollha, Ġesù se jagħmel saħansitra iktar affarijiet tal-għaġeb minn meta kien fuq l-art bħala bniedem. Pereżempju:
ĠESÙ SE JFEJJAQ IL-MORDA, BĦALMA DIĠÀ GĦAMEL.
‘Ġabulu lil dawk kollha li kienu mnikktin b’mard differenti, u hu fejjaqhom.’—MATTEW 4:24.
ĠESÙ SE JIPPROVDI DJAR U IKEL GĦAL KULĦADD.
“[Dawk li se jgħixu taħt it-tmexxija taʼ Kristu] se jibnu djar u jgħammru fihom; u jħawlu għelieqi bid-dwieli u jieklu frotthom. Ma jibnux u jgħammar ħaddieħor; ma jħawlux u jiekol ħaddieħor.”—ISAIJA 65:21, 22.
IT-TMEXXIJA TAʼ ĠESÙ TFISSER PAĊI U SIGURTÀ GLOBALI.
“Fi żmienu l-ġust jinbet, u jkun hemm sliem kotran sa ma jintemm il-qamar. Ikollu sudditi minn baħar sa baħar u mix-Xmara sa truf l-art. . . . L-għedewwa tiegħu jilagħqu t-trab.”—SALM 72:7-9.
ĠESÙ SE JNEĦĦI L-INĠUSTIZZJA.
“Se jiddispjaċih għall-batut u għall-fqir, u jsalva ħajjet il-foqra. Mill-moħqrija u mill-vjolenza se jifdilhom ruħhom.”—SALM 72:13, 14.
ĠESÙ SE JNEĦĦI SAĦANSITRA T-TBATIJA U L-MEWT.
“Ma jkunx hemm iżjed mewt, u la niket u la għajat u lanqas uġigħ.”—RIVELAZZJONI 21:4.