LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 19 p. 22
  • Ġesù Jgħid Profezija li Teffettwa lid-Dinja Kollha

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Jgħid Profezija li Teffettwa lid-Dinja Kollha
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • L-appostli jistaqsu għal sinjal
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Kif Nistgħu Nindunaw li Armageddon Hi fil-Qrib
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Dwar “it-Tmiem”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Il-Preżenza taʼ Kristu—Xi Tfisser Għalik?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 19 p. 22

ID-​19-​IL TAQSIMA

Ġesù Jgħid Profezija li Teffettwa lid-​Dinja Kollha

Ġesù jsemmi xi fatturi li se jimmarkaw il-​preżenza tiegħu bil-​qawwa tas-​saltna u l-​konklużjoni taʼ din is-​sistema dinjija

FUQ il-​Muntanja taż-​Żebbuġ, b’veduta mill-​isbaħ taʼ Ġerusalemm u t-​tempju tagħha taħthom, erbgħa mill-​appostli taʼ Ġesù fil-​privat staqsewh dwar xi affarijiet li kien qal. Ġesù kien għadu kif qal li t-​tempju f’Ġerusalemm kellu jinqered. U iktar qabel kien qalilhom dwar “il-​konklużjoni tas-​sistema.” (Mattew 13:40, 49) Issa l-​appostli jistaqsuh: “X’se jkun is-​sinjal tal-​preżenza tiegħek u tal-​konklużjoni tas-​sistema?”—Mattew 24:3.

Fit-​tweġiba tiegħu, Ġesù qal x’kellu jiġri qabel il-​qerda taʼ Ġerusalemm. Imma kliemu kien jirreferi għal iktar minn hekk. Il-​profezija tiegħu kien se jkollha twettiq akbar iktar ’il quddiem mad-​dinja kollha. Ġesù pprofetizza dwar diversi ġrajjiet u kundizzjonijiet fid-​dinja li flimkien kienu se jifformaw sinjal. Dan is-​sinjal kellu juri lin-​nies fuq l-​art li l-​preżenza taʼ Ġesù bħala Sultan fis-​sema kienet bdiet. Fi kliem ieħor, is-​sinjal kien se jindika li Alla Ġeħova jkun għamel lil Ġesù s-​Sultan tas-​Saltna Messjanika li tant kienet ilha mwiegħda. Is-​sinjal kien se jfisser li s-​Saltna kienet waslet biex tneħħi l-​ħażen u ġġib paċi vera lill-​umanità. B’hekk, l-​affarijiet li bassar Ġesù kellhom jindikaw l-​aħħar jiem tas-​sistema qadima—is-​sistemi reliġjużi, politiċi, u soċjali li jeżistu bħalissa—u l-​bidu taʼ sistema ġdida.

Meta kien qed jispjega x’kien se jiġri fuq l-​art matul il-​preżenza tiegħu bħala Sultan fis-​sema, Ġesù qal li kellu jkun hemm gwerer internazzjonali, nuqqas taʼ ikel, terremoti kbar, u mard li jinfirex maʼ kullimkien. Il-​ħażen kien se jiżdied. Id-​dixxipli veri taʼ Ġesù kellhom jippritkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla madwar l-​art kollha. Dawn l-​affarijiet kollha kellhom jilħqu l-​quċċata tagħhom fi “tribulazzjoni kbira” li qatt ma kien hawn bħalha qabel.—Mattew 24:21.

Is-​segwaċi taʼ Ġesù kif kellhom ikunu jafu li din it-​tribulazzjoni hi fil-​qrib? “Tgħallmu . . . mis-​siġra tat-​tin,” qal Ġesù. (Mattew 24:32) Id-​dehra tal-​weraq fuq il-​friegħi tat-​tina kienet sinjal ċar li jkun qorob is-​sajf. Bl-​istess mod, meta dawn l-​affarijiet kollha li bassar Ġesù kienu se jseħħu fl-​istess perijodu taʼ żmien kellu jkun sinjal ċar li t-​tmiem kien fil-​qrib. Ħadd ħlief il-​Missier ma kien jaf il-​jum u s-​siegħa eżatta meta kienet se tibda t-​tribulazzjoni l-​kbira. Għalhekk, Ġesù ħeġġeġ lid-​dixxipli tiegħu: “Ibqgħu mqajmin, għax ma tafux meta hu ż-​żmien stabbilit.”—Marku 13:33.

—Ibbażat fuq Mattew kapitli 24 u 25; Marku kapitlu 13; Luqa kapitlu 21.

  • L-​appostli taʼ Ġesù fuqiex riedu iktar informazzjoni?

  • Is-​sinjal li ta Ġesù xi jfisser, u dan is-​sinjal liema affarijiet kellu jinkludi?

  • Liema parir ta Ġesù lid-​dixxipli tiegħu?

IS-​SINJAL TAL-​PREŻENZA TAʼ KRISTU

Ġesù bassar li kellu jkun hemm sinjal li juri li qorob iż-​żmien biex Alla jeqred din is-​sistema preżenti ħażina. Mill-​Ewwel Gwerra Dinjija ’l hawn, il-​bnedmin raw iseħħ dak li qal Ġesù. L-​iżviluppi reliġjużi, politiċi, u soċjali mad-​dinja kollha mexjin b’ħeffa u b’ċertezza lejn it-​tmiem taʼ din is-​sistema. Ġesù għallem lis-​segwaċi tiegħu li biex jibqgħu ħajjin, iridu ‘jibqgħu mqajmin’ u jkunu ċerti li jieħdu azzjoni biex ikunu fuq in-​naħa t’Alla fil-​kwistjoni tas-​sovranità.a—Luqa 21:36; Mattew 24:3-​14.

a Għal diskussjoni iktar bid-​dettall dwar il-​profezija taʼ Ġesù, ara kapitlu 9 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? pubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja