LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • X’Tip ta’ Nies Huma x-Xhieda ta’ Ġeħova?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
    • LEZZJONI 1

      X’Tip taʼ Nies Huma x-​Xhieda taʼ Ġeħova?

      Waħda mix-Xhieda ta’ Ġeħova fid-Danimarka

      Id-Danimarka

      Xhieda taʼ Ġeħova fit-Tajwan

      It-Tajwan

      Xhieda taʼ Ġeħova fil-Venezwela

      Il-Venezwela

      Xhieda taʼ Ġeħova fil-Indja

      L-Indja

      Kemm-​il Xhud taʼ Ġeħova taf? Xi wħud minna nistgħu nkunu ġirien tiegħek, kollegi tax-​xogħol, jew ħbiebek tal-​iskola. Jew jistaʼ jkun li ġieli kellna diskussjonijiet miegħek minn fuq il-​Bibbja. Min aħna verament? Għaliex inxandru pubblikament it-​twemmin tagħna?

      Aħna nies komuni. Aħna niġu minn sfondi u stati soċjali differenti. Xi wħud minna qabel kienu jipprattikaw reliġjon differenti, filwaqt li oħrajn ma kinux jemmnu f’Alla. Madankollu, qabel ma sirna Xhieda taʼ Ġeħova, ilkoll ħadna l-​ħin meħtieġ biex neżaminaw bir-​reqqa t-​tagħlim tal-​Bibbja. (Atti 17:11) Aħna qbilna maʼ dak li tgħallimna, u mbagħad ħadna deċiżjoni personali biex inqimu ’l Alla Ġeħova.

      Aħna nibbenefikaw milli nistudjaw il-​Bibbja. Bħal kulħadd, aħna jkollna nħabbtu wiċċna mal-​problemi u n-​nuqqasijiet tagħna stess. Imma billi nipprovaw napplikaw il-​prinċipji Bibliċi fil-​ħajja tagħna taʼ kuljum, aħna esperjenzajna titjib sostanzjali fil-​kwalità tal-​ħajja tagħna. (Salm 128:1, 2) Din hi raġuni waħda għala nxandru lil oħrajn l-​affarijiet tajbin li tgħallimna mill-​Bibbja.

      Aħna ngħixu fi qbil mal-​prinċipji divini. Dawn il-​prinċipji, bħalma tgħallem il-​Bibbja, jippromwovu saħħa aħjar u rispett lejn ħaddieħor, flimkien maʼ kwalitajiet bħall-​onestà u l-​qalb tajba. Dawn il-​prinċipji Bibliċi jgħinu biex membri tas-​soċjetà jkunu f’saħħithom u produttivi, u jinkuraġġixxu unità fil-​familja u morali tajbin. Minħabba li konvinti li “Alla mhux parzjali,” aħna nqisu lilna nfusna bħala familja internazzjonali magħquda permezz tat-​twemmin tagħna. Għalkemm individwalment aħna nies komuni, flimkien nagħmlu poplu uniku.—Atti 4:13; 10:34, 35.

      • Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova x’għandhom komuni maʼ nies oħrajn?

      • Ix-​Xhieda xi prinċipji tgħallmu mill-​istudju tal-​Bibbja?

  • Għala Nissejħu Xhieda ta’ Ġeħova?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
    • LEZZJONI 2

      Għala Nissejħu Xhieda taʼ Ġeħova?

      Noè

      Noè

      Abraham u Sara

      Abraham u Sara

      Mosè

      Mosè

      Ġesù Kristu

      Ġesù Kristu

      Ħafna nies jaħsbu li l-​isem Xhieda taʼ Ġeħova hu taʼ xi reliġjon ġdida. Però, iktar minn 2,700 sena ilu, il-​qaddejja tal-​uniku Alla veru ġew deskritti bħala li huma “x-​xhieda” tiegħu. (Isaija 43:10-​12) Sal-​1931, konna magħrufin bħala l-​Istudenti tal-​Bibbja. Għaliex adottajna l-​isem Xhieda taʼ Ġeħova?

      Isimna jidentifika lil Alla tagħna. Skont manuskritti antiki, isem Alla, Ġeħova, jidher eluf taʼ drabi fil-​Bibbja. F’ħafna traduzzjonijiet dan l-​isem ġie mibdul b’titli bħal Mulej jew Alla. Madankollu, l-​Alla l-​veru rrivela lilu nnifsu lil Mosè b’ismu personali, Ġeħova, billi qal: “Dan hu ismi għal dejjem.” (Eżodu 3:15) B’dan il-​mod, hu għamel magħruf li hu differenti mill-​allat foloz kollha. Aħna kburin li nġorru l-​isem qaddis t’Alla.

      Isimna jiddeskrivi xogħolna. Fi żmien il-​qedem kien hemm ħafna nies li xehdu dwar il-​fidi tagħhom f’Ġeħova. L-​ewwel wieħed kien ir-​raġel ġust Abel. Matul is-​sekli, Noè, Abraham, Sara, Mosè, David, u oħrajn ngħaqdu maʼ din is-​“sħaba hekk kbira taʼ xhieda.” (Ebrej 11:4–12:1) Bħalma individwu jistaʼ jixhed f’qorti għal persuna innoċenti, hekk ukoll aħna determinati li l-​verità dwar Alla tagħna nagħmluha magħrufa.

      Qed nimitaw lil Ġesù. Il-​Bibbja ssejjaħlu “x-​xhud leali u veru.” (Rivelazzjoni 3:14) Ġesù nnifsu qal li hu ‘għarraf isem Alla’ u baqaʼ ‘jixhed għall-​verità’ dwar Alla. (Ġwanni 17:26; 18:37) Għalhekk, segwaċi ġenwini taʼ Kristu jeħtieġ iġorru isem Ġeħova u jagħmluh magħruf. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova qed jistinkaw biex jagħmlu proprju dan.

      • L-​Istudenti tal-​Bibbja għala adottaw l-​isem Xhieda taʼ Ġeħova?

      • Ġeħova kemm ilu jkollu xhieda fuq l-​art?

      • Min hu l-​akbar Xhud taʼ Ġeħova?

      SIR AF IKTAR

      Meta tiltaqaʼ maʼ membri tal-​kongregazzjoni lokali tagħna, ipprova sir afhom aħjar. Staqsihom: “Għaliex sirt Xhud taʼ Ġeħova?”

  • Kif Reġgħet Ġiet Skoperta l-Verità tal-Bibbja?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
    • LEZZJONI 3

      Kif Reġgħet Ġiet Skoperta l-​Verità tal-​Bibbja?

      Grupp taʼ rġiel jistudjaw il-Bibbja madwar l-1870

      L-Istudenti tal-Bibbja, madwar l-1870

      Raġel qed jaqra l-ewwel ħarġa tat-Torri tal-Għassa

      L-ewwel ħarġa tat-Torri tal-Għassa bl-Ingliż, 1879

      Mara qed iżżomm It-Torri tal-Għassa u Stenbaħ!

      It-Torri tal-Għassa llum

      Il-​Bibbja bassret li wara l-​mewt taʼ Kristu kellhom iqumu għalliema foloz fost il-​Kristjani tal-​bidu u kellhom ifixklu l-​verità tal-​Bibbja. (Atti 20:29, 30) Maż-​żmien, hekk ġara eżatt. Huma ħalltu t-​tagħlim taʼ Ġesù maʼ ideat reliġjużi pagani, u żviluppat tip taʼ Kristjanità falza. (2 Timotju 4:3, 4) Kif nistgħu nkunu ċerti li llum għandna l-​fehma korretta taʼ x’tgħallem verament il-​Bibbja?

      Wasal iż-​żmien biex Ġeħova jirrivela l-​verità. Huwa bassar li matul iż-​‘żmien tat-​tmiem, l-​għarfien veru kien se jkun abbundanti.’ (Danjel 12:4) Fl-​1870, grupp żgħir taʼ wħud li kienu qed ifittxu l-​verità rrikonoxxew li ħafna duttrini tal-​knisja ma kinux Skritturali. Allura, huma bdew ifittxu għal fehma tat-​tagħlim oriġinali tal-​Bibbja, u Ġeħova għenhom jifhmu l-​iskritturi.

      Uħud sinċiera studjaw il-​Bibbja bir-​reqqa. B’ħerqa, dawk l-​Istudenti tal-​Bibbja, dawk taʼ qabilna, użaw metodu taʼ studju li għadna nużaw illum. Huma ddiskutew il-​Bibbja suġġett suġġett. Meta ltaqgħu maʼ silta fil-​Bibbja li kienet diffiċli biex tifhimha, huma fittxew f’versi oħrajn biex jispjegaw is-​silta. Meta waslu għal konklużjoni li taqbel mal-​kumplament tal-​Iskrittura, niżżluha bil-​miktub. Billi ħallew il-​Bibbja tinterpreta lilha nfisha, huma reġgħu skoprew il-​verità dwar isem Alla u s-​Saltna, l-​iskop tiegħu għall-​bnedmin u għall-​art, il-​kundizzjoni tal-​mejtin, u t-​tama tal-​qawmien. It-​tfittxija tagħhom ħelsithom mill-​ħafna twemmin u prattiki foloz.—Ġwanni 8:31, 32.

      Sal-​1879, l-​Istudenti tal-​Bibbja indunaw li kien wasal iż-​żmien biex jagħmlu l-​verità magħrufa maʼ kullimkien. Allura dik is-​sena bdew jipproduċu r-​rivista li għadna nippubblikaw sal-​lum, It-​Torri tal-​Għassa Jħabbar is-​Saltna taʼ Ġeħova. Issa qed nippritkaw lin-​nies il-​veritajiet tal-​Bibbja f’240 pajjiż u b’madwar 750 lingwa. L-​għarfien eżatt qatt qabel ma kien daqshekk abbundanti!

      • Wara l-​mewt taʼ Kristu, x’ġara bil-​verità tal-​Bibbja?

      • Xi ppermettielna nerġgħu niskopru l-​verità mill-​Kelma t’Alla?

  • Għala Ppubblikajna t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
    • LEZZJONI 4

      Għala Ppubblikajna t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida?

      Magna antika tal-istamperija
      Toħroġ l-ewwel edizzjoni tat-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida ta’ l-Iskrittura Mqaddsa
      Nies qed iħarsu lejn it-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida ta’ l-Iskrittura Mqaddsa fil-Kongo (Kinshasa)

      Il-Kongo (Kinshasa)

      Toħroġ it-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida ta’ l-Iskrittura Mqaddsa fl-Irwanda

      L-Irwanda

      Framment taʼ Simmaku li fih l-isem t’Alla

      Il-framment taʼ Simmaku tat-tielet jew ir-rabaʼ seklu E.K. li fih l-isem divin f’​Salm 69:31

      Għal għaxriet taʼ snin, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova użaw, stampaw, u qassmu diversi verżjonijiet tal-​Bibbja. Imma mbagħad rajna l-​bżonn li nippubblikaw traduzzjoni ġdida li tgħin aktar lin-​nies biex jitgħallmu l-​“għarfien eżatt dwar il-​verità,” li hija r-​rieda t’Alla għal kulħadd. (1 Timotju 2:3, 4) Għalhekk, fl-​1950 bdejna noħorġu porzjonijiet mill-​Bibbja tagħna b’lingwaġġ modern, it-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida. Din il-​Bibbja ġiet tradotta b’mod leali u eżatt b’iktar minn 130 lingwa.

      Kien hemm bżonn Bibbja li kienet faċli biex tifhimha. Maż-​żmien il-​lingwi jinbidlu, u ħafna traduzzjonijiet tal-​Bibbja jużaw espressjonijiet li mhumiex ċari jew li m’għadhomx jintużaw u li huma diffiċli biex tifhimhom. Barra minn hekk, instabu manuskritti antiki li huma iktar eżatti u eqreb l-​oriġinali. Dan irriżulta f’fehma aħjar tal-​Ebrajk, l-​Aramajk, u l-​Grieg li ntużaw fil-​Bibbja.

      Kien hemm bżonn traduzzjoni li kienet leali mal-​kelma t’Alla. Minflok ma jaqbdu u jbiddlu l-​kitba ispirata t’Alla, tradutturi tal-​Bibbja għandhom ikunu leali mat-​test oriġinali. Però, fil-​biċċa l-​kbira mill-​verżjonijiet, l-​isem divin, Ġeħova, mhuwiex użat fl-​Iskrittura Mqaddsa.

      Kien hemm bżonn Bibbja li tagħti krettu lill-​Awtur tagħha. (2 Samwel 23:2) Fit-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida, l-​isem Ġeħova reġaʼ tpoġġa fejn jidher għal xi 7,000 darba fl-​eqdem manuskritti tal-​Bibbja bħalma jidher fl-​eżempju t’hawn taħt. (Salm 83:18) Minħabba snin taʼ riċerka diliġenti, huwa taʼ pjaċir li wieħed jaqra din il-​Bibbja għax b’mod ċar turi l-​ħsieb t’Alla. Kemm jekk għandek it-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida bil-​lingwa tiegħek u kemm jekk le, aħna ninkuraġġuk biex ikollok rutina tajba taʼ qari tal-​Kelma taʼ Ġeħova kuljum.—Ġożwè 1:8; Salm 1:2, 3.

      • Għala ddeċidejna li kien hemm bżonn traduzzjoni ġdida tal-​Bibbja?

      • Liema drawwa taʼ kuljum għandu wieħed ikollu jekk irid jitgħallem ir-​rieda t’Alla?

      SIR AF IKTAR

      Aqra d-​daħla tat-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida, u wieġeb il-​mistoqsija: “Il-​kumitat tat-​traduzzjoni b’liema sens taʼ responsabbiltà ppubblika din il-​Bibbja?” Imbagħad, qabbel it-​traduzzjoni tiegħu tal-​versi li ġejjin maʼ dik taʼ traduzzjonijiet oħra li għandu mnejn għandek: Salm 110:1; Isaija 14:23; Mattew 5:3; Efesin 5:16; Filippin 1:8-​10.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja