Xellug: Pubblikatur qed jiġi arrestat talli pprietka f’Eindhoven, l-Olanda, 1945; Lemin: Għandek id-dritt legali li tipprietka fejn tgħix?
IR-4 SEZZJONI
Ir-rebħiet tas-Saltna—L-aħbar tajba tiġi stabbilita legalment
WAQT li tkun qed tipprietka minn dar għal dar, tismaʼ s-sireni fil-bogħod. Il-ħoss jinstemaʼ li qed joqrob. Hekk kif tkellem lill-inkwilin li jmiss, l-oħt li qed taħdem magħha tiġi distratta meta tieqaf ħdejkom karozza tal-pulizija. Joħroġ pulizija u jiġi fuqkom. “Intom it-tnejn kontu qed tħabbtu l-bibien u titkellmu dwar il-Bibbja? Irċivejna xi lmenti!” Twieġeb b’rispett u tgħid li intom tnejn mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Issa x’se jiġri?
Fil-maġġorparti, dak li se jiġri jiddependi mill-istorja. Matul is-snin, il-gvern tal-pajjiż fejn tgħix kif ittratta max-Xhieda taʼ Ġeħova? Hemm xi ftit libertà reliġjuża? Jekk iva, dan abbli għandu ħafna x’jaqsam mal-mod kif ħutek spiritwali tul is-snin stinkaw biex ‘jiddefendu u jistabbilixxu legalment l-aħbar tajba.’ (Flp. 1:7) Tgħix fejn tgħix, tassew tistaʼ ssaħħaħ il-fidi tiegħek jekk taħseb ftit dwar ir-rebħiet legali li kellhom ix-Xhieda taʼ Ġeħova. F’din is-sezzjoni, se neżaminaw ftit minn dawn ir-rebħiet tal-għaġeb. Ir-rebħiet tagħna jagħtu prova li s-Saltna hi reali għax żgur li ma kienx jirnexxilna nwettqu dan kollu bil-ħila tagħna stess!