LEZZJONI 22
Kif Tistaʼ Titkellem m’Oħrajn Dwar l-Aħbar Tajba?
Int u titgħallem mill-Bibbja forsi taħseb, ‘Dan kulħadd għandu jkun jafu!’ U għandek raġun! Imma forsi tibżaʼ titkellem m’oħrajn fuq li qed titgħallem. Ejja naraw kif ma tibqax tibżaʼ u tibda tieħu gost titkellem m’oħrajn fuq l-aħbar tajba tal-Bibbja.
1. Kif tistaʼ titkellem dwar x’tgħallimt man-nies li taf?
Id-dixxipli taʼ Ġesù qalu: “Aħna ma nistgħux nieqfu nitkellmu dwar dak li rajna u smajna.” (Atti 4:20) Dak li għallimhom Ġesù tant kien importanti għalihom li riedu jgħiduh lil kulħadd. Int tħossok l-istess? Jekk iva, fittex iċ-ċans biex b’rispett tgħid lill-familja u l-ħbieb tiegħek x’tgħallimt.—Aqra Kolossin 4:6.
Xi ideat biex jgħinuk
Meta tkun qed titkellem maʼ tal-familja, semmi xi ħaġa mill-Bibbja billi tgħid: “Tgħallimt xi ħaġa ġdida dil-ġimgħa.”
Uri skrittura biex tinkuraġġixxi lil xi ħabib li ma jiflaħx jew stressat.
Meta tax-xogħol isaqsuk kif kien il-weekend, għidilhom x’tgħallimt waqt l-istudju jew il-laqgħa.
Uri l-website jw.org lill-ħbieb tiegħek.
Stieden lil oħrajn biex jiġu fuq l-istudju tal-Bibbja tiegħek, jew urihom kif japplikaw għal studju personali minn fuq jw.org.
2. Għala hi mira sabiħa li tipprietka mal-aħwa tal-kongregazzjoni?
Id-dixxipli taʼ Ġesù ma ppritkawx l-aħbar tajba man-nies li kienu jafu biss. Ġesù “bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt” biex jippritkaw. (Luqa 10:1) B’dal-mod, in-nies kellhom iktar ċans jisimgħu bl-aħbar tajba. Wara li ppritkaw flimkien, id-dixxipli ħassewhom ferħanin ħafna. (Luqa 10:17) Tistaʼ taħseb biex tibda tipprietka mal-aħwa tal-kongregazzjoni?
TGĦALLEM IŻJED
Ara kif jistaʼ jkollok iktar kuraġġ biex tipprietka u tibda tieħu gost titkellem fuq l-aħbar tajba.
3. Ġeħova se jgħinek
Xi nies li jixtiequ jippritkaw forsi jibżgħu x’se jaħsbu dwarhom oħrajn jew kif se jirreaġixxu oħrajn meta jkellmuhom.
Int tibżaʼ titkellem m’oħrajn dwar dak li qed titgħallem? Għala tħossok hekk?
Ara l-VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-mistoqsija.
Dawn iż-żgħażagħ kif ma baqgħux jibżgħu?
Aqra Isaija 41:10, u mbagħad iddiskuti:
Meta tibżaʼ tipprietka, għala għandek titlob?
Kont taf?
Ħafna Xhieda taʼ Ġeħova kienu jaħsbu li qatt mhu se jkollhom il-kuraġġ jippritkaw. Pereżempju, Sergey ma kellux fiduċja fih innifsu u kien isibha diffiċli biex jitkellem man-nies. Imbagħad beda jistudja l-Bibbja. Hu jgħid: “Bdejt nitkellem m’oħrajn dwar dak li kont nitgħallem avolja kont nibżaʼ. Ma stennejtx li se nsir iżjed kunfidenti iktar ma nitkellem fuq il-Bibbja. Il-fidi tiegħi ssaħħet iktar meta tkellimt dwar dak li nemmen.”
4. Uri rispett
Qabel tkellem lil xi ħadd, trid mhux biss taħseb x’se tgħid imma anki kif se tgħidu. Aqra t-2 Timotju 2:24 u l-1 Pietru 3:15, u mbagħad iddiskuti:
Dawn il-versi kif jistgħu jgħinuk meta titkellem m’oħrajn dwar il-Bibbja?
Xi ħbieb jew tal-familja jistgħu ma jaqblux miegħek. X’tistaʼ tagħmel? X’m’għandekx tagħmel?
Għala jkun aħjar li tiddiskuti magħhom b’rispett minflok tgħidilhom x’għandhom jemmnu?
5. Meta tipprietka tkun ferħan
Ġeħova qal lil Ġesù biex jipprietka l-aħbar tajba. Ġesù kif ħassu dwar dan ix-xogħol? Aqra Ġwanni 4:34, u mbagħad iddiskuti:
Meta nieklu ikel tajjeb, nieħdu pjaċir u nkunu b’saħħitna. Ġesù għala qabbel li nagħmlu dak li jrid Alla (bħal li nippritkaw) maʼ li nieklu?
Għala se tkun ferħan meta tipprietka l-aħbar tajba?
Ideat
Waqt il-laqgħa taʼ matul il-ġimgħa, ħu ideat taʼ kif tistaʼ tibda konversazzjoni m’oħrajn.
Tkellem maʼ min qed tistudja biex tara kif tistaʼ ssir student fil-laqgħa taʼ matul il-ġimgħa. Meta tieħu sehem f’din il-laqgħa, se tħossok iktar preparat biex titkellem m’oħrajn dwar dak li qed titgħallem.
F’dan il-ktieb issib kaxxi bl-isem “Ħafna Jgħidu” jew “Xi Ħadd Jistaʼ Jsaqsi.” Dawn tistaʼ tużahom biex titgħallem kif twieġeb mistoqsijiet u raġunar komuni.
XI ĦADD JISTAʼ JSAQSI: “Ili ma narak, kif int?”
Kif tistaʼ tieħu ċ-ċans biex tgħid lill-persuna dwar x’qed titgħallem mill-Bibbja?
XI DDISKUTEJNA?
Meta titkellem fuq l-aħbar tajba, se tkun ferħan u dan se jkun eħfef milli taħseb.
X’Tgħallimt
Għala hu tajjeb li titkellem fuq l-aħbar tajba m’oħrajn?
Kif tistaʼ turi rispett meta titkellem m’oħrajn?
X’tistaʼ tagħmel biex ma tibżax meta tkun se tipprietka?
ARA IŻJED
Ara erbaʼ modi kif tistaʼ tuża l-kard tal-jw.org biex tipprietka.
Tgħallem dwar erbaʼ kwalitajiet li se jgħinuk biex titkellem dwar l-aħbar tajba.
“Lest Int Biex Issir Sajjied tal-Bnedmin?” (It-Torri tal-Għassa, Settembru 2020)
Ara kif eżempju taʼ xi ħadd mill-Bibbja jistaʼ jagħtina kuraġġ biex nippritkaw, anki jekk aħna żgħar.
Sir af kif tistaʼ titkellem dwar il-Bibbja maʼ tal-familja li qatt ma semgħu b’Ġeħova.
“Nilħqu l-qalb taʼ qraba li mhumiex tal-istess twemmin” (It-Torri tal-Għassa, 15 taʼ Marzu 2014)