LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 58
  • Ibqaʼ Leali Lejn Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibqaʼ Leali Lejn Ġeħova
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • Nilqgħu l-Isfida tal-Lealtà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • X’Jgħallmu r-Reliġjonijiet Foloz Dwar Alla?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • “Int Biss Leali”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
  • Żomm ’il Bogħod mill-Qima Falza!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 58
Lezzjoni 58. Familja tibqaʼ kalma waqt li timxi quddiem grupp taʼ apostati li qed jgħajtu quddiem konvenzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova.

LEZZJONI 58

Ibqaʼ Leali Lejn Ġeħova

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Il-Kristjani veri ma jridu jħallu xejn milli jwaqqafhom jaqdu lil Ġeħova. M’hemmx dubju li int hekk tħossok ukoll. Ġeħova japprezza l-lealtà tiegħek. (Aqra l-​1 Kronaki 28:9.) Liema sitwazzjonijiet jistgħu jagħmluha diffiċli biex tibqaʼ leali? U x’jistaʼ jgħinek?

1. Xi nies kif jittestjaw kemm aħna leali lejn Ġeħova?

Xi nies jipprovaw iwaqqfuna milli naqdu lil Ġeħova. Min huma dawk li lesti jagħmlu xi ħaġa hekk? Xi nies telqu l-verità u qed jigdbu dwar l-organizzazzjoni t’Alla biex ma nibqgħux nafdaw f’Ġeħova. Dawn huma apostati. Xi mexxejja reliġjużi wkoll jigdbu dwarna biex aħwa li ma jindunawx bil-periklu jieqfu jaqdu lil Ġeħova. Huwa perikoluż li nargumentaw ma’ xi ħadd li ma jobdix l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova. U lanqas m’għandna naqraw il-kotba jew dak li jiktbu fuq l-internet jew naraw il-vidjows tagħhom. Dwar dawk li jipprovaw ifixklu lil min hu leali lejn Ġeħova, Ġesù qalilna: “Ħalluhom. Dawk gwidi għomja. Għalhekk, jekk agħma jmexxi lil agħma, it-tnejn jaqgħu f’ħofra.”​—Mattew 15:14.

2. Dak li niddeċiedu kif juri jekk aħniex leali lejn Ġeħova?

Peress li nħobbu lil Ġeħova, ma jridx ikollna x’naqsmu ma’ reliġjon falza. Ix-xogħol, l-organizzazzjonijiet li aħna fihom, u l-affarijiet li nagħmlu m’għandhomx ikollhom x’jaqsmu mar-reliġjon falza. Ġeħova javżana: ‘Oħorġu minn Babilonja l-Kbira, poplu tiegħi.’​—Rivelazzjoni 18:​2, 4.

TGĦALLEM IŻJED

Ara x’tistaʼ tagħmel biex oħrajn ma jeffettwawx il-lealtà tiegħek lejn Ġeħova. Se tara wkoll kif tistaʼ turi li int leali billi toħroġ minn Babilonja l-Kbira.

3. Oqgħod attent minn tagħlim ħażin

X’għandna nagħmlu jekk nisimgħu affarijiet negattivi dwar l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova? Aqra Proverbji 14:​15, u mbagħad iddiskuti:

  • Għala rridu noqogħdu attenti li ma nemmnux kulma nisimgħu?

Aqra t-​2 Ġwanni 9-11, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif għandna nittrattawhom lill-apostati?

  • Kif nistgħu niġu influwenzati mill-ideat tal-apostati, anki jekk ma nkellmuhomx b’mod dirett?

  • Kif taħseb li se jħossu Ġeħova jekk nisimgħu affarijiet negattivi dwaru u dwar l-organizzazzjoni tiegħu?

4. Ibqaʼ leali lejn Alla meta ħu jiżbalja

Jekk insiru nafu li xi ħadd fil-kongregazzjoni għamel żball serju, Ġeħova xi jridna nagħmlu? Ara prinċipju mil-Liġi li Alla ta lill-Iżraelin. Aqra Levitiku 5:1.

Dan il-vers jurina li jekk insiru nafu li xi ħadd għamel dnub, irridu ngħidu x’nafu lill-anzjani. Imma qabel tagħmel hekk, ikun tajjeb li tinkuraġġixxi lill-persuna biex hi tmur għand l-anzjani u tgħidilhom dak li għamlet. Jekk il-persuna ma tmurx tkellem l-anzjani, aħna rridu nkunu leali lejn Ġeħova u ngħidu lill-anzjani dak li nafu. Meta nagħmlu hekk, kif nuru li nħobbu . . .

  • lil Ġeħova?

  • lill-persuna li żbaljat?

  • lill-aħwa fil-kongregazzjoni?

Grupp taʼ Stampi: Ħu jgħin lil ħu ieħor li għamel xi ħaġa ħażina. 1. Ħu jara xi ħaġa fuq il-mowbajl li ma jiħux pjaċir biha. 2. Il-ħu juri l-mowbajl lil ħu ieħor, imma ma jagħtix kasu. 3. Il-ħu juri l-mowbajl lil żewġ anzjani u jitkellem magħhom.

Jekk xi ħadd mill-aħwa jagħmel xi żball, għinu!

5. Ibqgħu ’l bogħod minn Babilonja l-Kbira

Ara l-VIDJOW.

VIDJOW: Oħorġu minn Babilonja l-Kbira! (5:​06)

Stampa mill-vidjow ‘Oħorġu Minn Babilonja l-Kbira!’ Mara li qed tistudja l-Bibbja toħroġ mill-uffiċċju taʼ qassis wara li tieqaf taħdem minn mal-knisja.

Aqra Luqa 4:8 u Rivelazzjoni 18:​4, 5, u mbagħad iddiskuti:

  • Għadni rreġistrat bħala membru ta’ reliġjon falza?

  • Qiegħed f’organizzazzjoni li għandha x’taqsam ma’ reliġjon oħra?

  • Ix-xogħol tiegħi jgħin b’xi mod lir-reliġjon falza?

  • Nagħmel xi affarijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mar-reliġjon falza?

  • Jekk jien weġibt iva għal waħda minn dawn il-mistoqsijiet, xi rrid nagħmel?

F’kull sitwazzjoni, ħu deċiżjoni li se tħallilek kuxjenza nadifa u turi li int leali lejn Ġeħova.

Oħt u t-tifel tagħha joħorġu mis-supermarket. Huma jgħaddu minn quddiem mara li qed titlob il-flus għal karità.

X’se tagħmel jekk isaqsuk biex tagħti xi flus għal karità li għandha x’taqsam maʼ reliġjon?

ĦAFNA JGĦIDU: “Tajjeb li nkun naf x’jgħidu l-apostati dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova ħalli nkun naf kif inwiġibhom.”

  • Tajjeb li tirraġuna hekk? Għala taħseb hekk?

XI DDISKUTEJNA?

Biex nibqgħu leali lejn Ġeħova, ma rridux nagħmluha ma’ dawk li jipprovaw ifixkluna.

X’Tgħallimt

  • Għala m’għandniex nisimgħu x’jgħidu l-apostati?

  • Xi rridu nagħmlu jekk insiru nafu li ħu jew oħt għamlet dnub serju?

  • Kif nistgħu nobdu lil Alla u noħorġu mir-reliġjon falza?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Ara xi trid tagħmel meta oħrajn jigdbu dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova.

“Għandek il-fatti kollha?” (It-Torri tal-Għassa, Awwissu 2018)

Kif tistaʼ tkun taf liema organizzazzjonijiet jew attivitajiet qed jgħinu lil Babilonja l-Kbira?

“Ibqaʼ bieżel fl-aħħar tal-‘aħħar jiem’” (It-Torri tal-Għassa, Ottubru 2019, paragrafi 16-​18)

Xi nies xi ppruvaw jagħmlu biex il-fidi tagħna ma tibqax b’saħħitha?

Oqgħod Attent mill-Gideb (9:​32)

Fl-istorja “Kont ilni nfittex lil Alla minn tfuliti,” aqra dwar qassis Xintù li għamel ċert li ma jkollux x’jaqsam mar-reliġjon falza.

“Il-Bibbja Tbiddel il-Ħajjiet” (Artiklu minn Torri tal-Għassa)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja