Xogħol
Ix-xogħol u l-ferħ kif għandhom x’jaqsmu flimkien?
X’vantaġġi jkollok meta tagħmel xogħlok sew?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Sm 16:16-23—Meta David kien żagħżugħ kien magħruf bħala mużiċist tas-sengħa, u bit-talent tiegħu għen lir-re taʼ Iżrael iħossu kalm
2Kro 2:13, 14—Ħiram-abi kien ħaddiem tas-sengħa u għalhekk ir-Re Salamun użah biex jagħmel xogħol fit-tempju
Ix-Xhieda taʼ Ġeħova għala għandhom ikunu magħrufin li huma beżlin fix-xogħol?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Ġen 24:10-21—Rebekka kienet tħobb tgħin u taħdem iebes, u għamlet iktar minn dak li qalilha l-qaddej t’Abraham
Flp 2:19-23—L-appostlu Pawlu ta inkarigu importanti lil Timotju għax kien umli u lest li jaħdem iebes għal oħrajn
Għala m’għandniex inkunu għażżenin?
Pr 13:4; 18:9; 21:25, 26; Ekk 10:18
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Pr 6:6-11—Ir-Re Salamun uża l-eżempju tan-nemel biex jgħallimna kemm hu importanti li naħdmu iebes u ma nkunux għażżenin
Għala għandna bżonn naħdmu iebes biex ikollna l-affarijiet bżonjużi?
Għala għandna bżonn naħdmu iebes biex nieħdu ħsieb il-familja?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Rt 1:16, 17; 2:2, 3, 6, 7, 17, 18—Rut, li kienet żagħżugħa u armla, ħadmet iebes biex tieħu ħsieb lill-kunjata tagħha, Nagħomi
Mt 15:4-9—Ġesù kkundanna lil dawk li kienu jaqdu lil Alla u użaw dan bħala skuża biex ma jiħdux ħsieb lill-ġenituri tagħhom
Dak li naqilgħu mix-xogħol iebes tagħna għala għandna naqsmuh m’oħrajn?
X’attitudni għandu jkollna lejn il-flus li naqilgħu?
Kif nafu li Ġeħova jrid jgħinna nkunu kapaċi fix-xogħol li nagħmlu u se jipprovdilna l-affarijiet li jkollna bżonn?
Mt 6:25, 30-32; Lq 11:2, 3; 2Kor 9:10
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Ġen 31:3-13—Laban ma ttrattax sew lil Ġakobb, imma Ġeħova nnota x-xogħol iebes li għamel Ġakobb u bierku
Ġen 39:1-6, 20-23—Ġeħova bierek ix-xogħol li għamel Ġużeppi kemm meta kien ilsir fid-dar taʼ Potifar u anki meta kien fil-ħabs
Ix-xogħol tagħna għala qatt m’għandu jiġi iktar importanti mill-affarijiet spiritwali?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Lq 12:15-21—Ġesù ġab eżempju biex jgħallimna kemm hu bla sens li npoġġu l-affarijiet materjali qabel l-affarijiet li jressquna eqreb lejn Ġeħova
1Ti 6:17-19—L-appostlu Pawlu qal lil dawk li kienu sinjuri biex ma jaħsbux li huma aħjar minn oħrajn u inkuraġġiehom biex “jagħmlu ħafna affarijiet tajbin”
Liema prinċipji se jgħinuna nieħdu deċiżjonijiet tajbin dwar liema xogħol nagħżlu?
Eżo 20:4; At 15:29; Ef 4:28; Ri 21:8—Dan ix-xogħol se jġegħelni nagħmel xi ħaġa li tmur kontra dak li ma jridx Alla?
Eżo 21:22-24; Is 2:4; 1Kor 6:9, 10; 2Kor 7:1—Dan ix-xogħol se jinkuraġġixxi lil oħrajn biex jagħmlu xi ħaġa li ma jridx Alla, u b’hekk ikolli tort għal dak li jagħmlu huma?
Rum 13:1-7; Tit 3:1, 2—Dan ix-xogħol se jġegħelni nikser xi liġi tal-gvern?
2Kor 6:14-16; Ri 18:2, 4—Dan ix-xogħol jissapportja b’xi mod ir-reliġjon falza jew jagħmilni parti minnha?
Xogħol għal Ġeħova
X’inhu l-iktar xogħol importanti li l-Kristjani jistgħu jagħmlu?
Aħna għala nipprovaw nagħmlu l-aħjar tagħna fix-xogħol taʼ Ġeħova?
Lq 13:24; Rum 12:11; 1Kor 15:58; Lh 6:10-12
Ara wkoll 1Ti 3:1
Għala m’għandniex nistennew li kulħadd jagħmel l-istess ammont taʼ xogħol għal Ġeħova?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Mt 25:14, 15—L-eżempju li ġab Ġesù jurina li hu ma jistenniex li l-qaddejja tiegħu jagħmlu l-istess ammont taʼ xogħol
Lq 21:2-4—Għal Ġesù, il-kontribuzzjoni żgħira li tat l-armla fqira kienet taʼ valur kbir
Meta Ġeħova jagħtina inkarigu, minn fejn inġibu s-saħħa?
2Kor 4:7; Ef 3:20, 21; Flp 4:13
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
2Ti 4:17—L-appostlu Pawlu rrealizza li meta kellu bżonn l-għajnuna Ġeħova tah is-saħħa