Inkuraġġiment
Għala hu importanti li l-aħwa jinkuraġġixxu lil xulxin?
Is 35:3, 4; Kol 3:16; 1Te 5:11; Lh 3:13
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
2Kro 32:2-8—Meta l-Assirjani ġew biex jattakkaw in-nies t’Alla, ir-Re Ħeżekija inkuraġġiehom
Da 10:2, 8-11, 18, 19—Anġlu inkuraġġixxa lil Danjel meta kien xjaħ u ħassu għajjien ħafna
Inkuraġġiment mill-Bibbja meta nħossuna skuraġġiti
Ansjetà
Ara “Ansjetà”
Biżaʼ
Ara “Biżaʼ”
Għira
Ara “Għira”
Ħtija li tkissrek
Esd 9:6; Sa 38:3, 4, 8; 40:12
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
2Slt 22:8-13; 23:1-3—Meta r-Re Ġosija u n-nies semgħu l-Liġi taʼ Mosè ndunaw li kienu għamlu xi ħaġa ħażina ħafna
Esd 9:10-15; 10:1-4—Esdra u n-nies ħassewhom imkissrin minħabba li xi wħud m’obdewx lil Ġeħova u żżewġu nisa barranin
Lq 22:54-62—L-appostlu Pietru ħassu mkisser bil-ħtija wara li ċaħad lil Ġesù tliet darbiet
Versi li jinkuraġġuna:
Ara wkoll Is 38:17; Mik 7:18, 19
Rakkonti mill-Bibbja li jinkuraġġuna:
2Kro 33:9-13, 15, 16—Manasse kien wieħed mill-agħar rejiet f’Ġuda, imma hu nidem u Ġeħova ħafirlu
Lq 15:11-32—Ġesù rrakkonta l-eżempju tal-iben il-ħali biex juri kemm Ġeħova lest li jaħfer għalkollox
Meta jkollna dubju jekk aħniex prezzjużi għal Alla
Ara “Dubji”
Meta nħossuna li ma nistgħux insolvu problema jew nagħmlu xi inkarigu
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Eżo 3:11; 4:10—Mosè ma ħassux kapaċi jkellem lill-Fargħun u joħroġ lin-nies t’Alla mill-Eġittu
Ġer 1:4-6—Ġeremija ħassu żgħir u bla esperjenza biex jgħid lin-nies dwar il-ġudizzju taʼ Ġeħova
Versi li jinkuraġġuna:
Rakkonti mill-Bibbja li jinkuraġġuna:
Eżo 3:12; 4:11, 12—Ġeħova bil-paċenzja aċċerta lil Mosè li kien se jgħinu fl-inkarigu li kellu
Ġer 1:7-10—Ġeħova qal lil Ġeremija biex ma jibżax għax hu kien se jgħinu fl-inkarigu diffiċli tiegħu
Meta niġu ddiżappuntati minħabba li oħrajn jonqsuna, iweġġgħuna, jew jittraduna
Ara “Diżappunt”
Meta niġu ddiżappuntati minħabba n-nuqqasijiet u d-dnubiet li nagħmlu
Ara “Diżappunt”
Meta tkun muġugħ emozzjonalment minħabba li oħrajn trattawk ħażin
Ara “Trattat Ħażin”
Minħabba saħħa limitata jew xjuħija, xi wħud ma jistgħux jagħmlu kemm jixtiequ
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
2Slt 20:1-3—Ir-Re Ħeżekija kien imdejjaq meta marad u kien se jmut
Flp 2:25-30—Epafroditu ħassu dipress għax beda jaħseb li l-aħwa fil-Filippi se jaħsbu li hu mhux kapaċi jagħmel l-inkarigu tiegħu peress li kien marid
Versi li jinkuraġġuna:
Rakkonti mill-Bibbja li jinkuraġġuna:
2Sm 17:27-29; 19:31-38—Ir-Re David irrispetta lil Barżillaj u stiednu biex imur Ġerusalemm, imma Barżillaj kien modest u m’aċċettax l-istedina minħabba l-età tiegħu
Sa 41:1-3, 12—Meta r-Re David kien marid serjament, hu kien ċert li Ġeħova se jgħinu
Mrk 12:41-44—Ġesù faħħar armla fqira għall-kontribuzzjoni tagħha minħabba li hi tat kulma kellha
Persekuzzjoni
Ara “Persekuzzjoni”
Rabja; iżżomm f’qalbek
Ħafna jibqgħu jżommu f’qalbhom u jitilfu l-ferħ minħabba l-problemi jew l-inġustizzji
Ara wkoll Sa 142:4; Ekk 4:1; 7:7
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Versi li jinkuraġġuna:
Rakkonti mill-Bibbja li jinkuraġġuna:
Rt 1:6, 7, 16-18; 2:2, 19, 20; 3:1; 4:14-16—Nagħomi ħassitha ferħana wara li reġgħet marret man-nies t’Alla, irċiviet l-għajnuna, u għenet lil oħrajn
Ġob 42:7-16; Ġk 5:11—Minħabba l-fidi tiegħu, Ġob baqaʼ jissaporti u Ġeħova bierku bil-kbir
Xi wħud jitilfu l-ferħ minħabba affarijiet koroh li jagħmlu oħrajn
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Sm 1:6, 7, 10, 13-16—Ħanna ħassitha mweġġgħa ħafna minħabba li Peninna trattatha ħażin u l-Qassis il-Kbir Għeli ħaseb li kienet fis-sakra
Ġob 8:3-6; 16:1-5; 19:2, 3—It-tlett iħbieb taʼ Ġob qalulu kliem li jweġġaʼ u b’hekk ħassu agħar
Versi li jinkuraġġuna:
Rakkonti mill-Bibbja li jinkuraġġuna:
1Sm 1:9-11, 18—Wara li Ħanna fetħet qalbha maʼ Ġeħova, bdiet tħossha aħjar
Ġob 42:7, 8, 10, 17—Ġeħova bierek lil Ġob wara li ħafer lit-tlett iħbieb tiegħu
Ġeħova għala jistenna li l-anzjani jinkuraġġixxu lil kulħadd?
Ara wkoll Mt 11:28-30
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Dt 3:28; 31:7, 8—Bħalma kien qallu Ġeħova, il-profeta Mosè inkuraġġixxa u saħħaħ lil Ġożwè li kien se jmexxi lill-poplu
At 11:22-26; 14:22—L-appostli Pawlu u Barnaba inkuraġġew lill-Kristjani f’Antjokja meta kienu qed jiffaċċjaw il-persekuzzjoni
Meta tinkuraġġixxi lil oħrajn għala hu importanti li tfaħħarhom?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Imħ 11:37-40—Iż-żgħażagħ nisa t’Iżrael kienu jmorru jaraw lit-tifla taʼ Ġefta kull sena biex ifaħħruha talli kienet taqdi fit-tabernaklu
Ri 2:1-4—Għalkemm Ġesù kellu bżonn jikkoreġi lill-Kristjani f’Efesu, hu faħħarhom ukoll għall-affarijiet tajbin li kienu qed jagħmlu
Kif nistgħu ninkuraġġixxu lil ħutna?
Pr 15:23; Ef 4:29; Flp 1:13, 14; Kol 4:6; 1Te 5:14
Ara wkoll 2Kor 7:13, 15, 16
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Sm 23:16-18—Ġonatan kien jaf li l-ħabib tiegħu David kellu bżonn l-inkuraġġiment, allura mar ifittxu biex jinkuraġġih
Ġw 16:33—Ġesù inkuraġġixxa lid-dixxipli billi aċċertahom li jekk jimitaw l-eżempju tiegħu huma kienu se jirbħu lid-dinja wkoll
At 28:14-16—Pawlu ħassu inkuraġġit meta l-aħwa marru jarawh waqt li kien se jmur Ruma biex jidher quddiem Ċesari
Għala hu importanti li nirrispettaw lil oħrajn u ma nkunux negattivi?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Nu 11:10-15—Il-profeta Mosè ħassu skuraġġit ħafna minħabba li n-nies kienu negattivi u m’obdewx
Nu 13:31, 32; 14:2-6—L-għaxar spiji skuraġġew lin-nies minħabba li tkellmu b’mod negattiv, u dan wassal biex ftit wara n-nies irribellaw
Għala nħossuna inkuraġġiti meta nqattgħu l-ħin mal-aħwa?
Pr 27:17; Rum 1:11, 12; Lh 10:24, 25; 12:12
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
2Kro 20:1-19—Meta armata kbira attakkat lil Ġuda, ir-Re Ġeħosafat ġabar lin-nies biex jitolbu flimkien
At 12:1-5, 12-17—Wara li l-appostlu Ġakbu ġie maqtul u l-appostlu Pietru ġie mitfugħ il-ħabs, l-aħwa f’Ġerusalemm iltaqgħu biex jitolbu flimkien
Li naħsbu dwar it-tama kif jgħinna niffaċċjaw il-provi li jkollna?
At 5:40, 41; Rum 8:35-39; 1Kor 4:11-13; 2Kor 4:16-18; 1Pt 1:6, 7
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Ġen 39:19-23; 40:1-8—Għalkemm Ġużeppi kien fil-ħabs għalxejn b’xejn, hu xorta straħ fuq Alla u ried jgħin lil oħrajn
2Slt 6:15-17—Il-profeta Eliżew ma beżax meta ra armata kbira ġejja kontrih u talab biex il-qaddej tiegħu ma jibżax
Il-Bibbja tistaʼ tinkuraġġina
Ġeħova kif iwegħedna li se jgħinna?
Għala nħossuna inkuraġġiti meta naħsbu dwar il-paċenzja u l-ħniena taʼ Ġeħova?
Ġeħova kif jgħin lil dawk li jħossuhom skuraġġiti?
Sa 46:1; Is 12:2; 40:29-31; Flp 4:13
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Sm 1:10, 11, 17, 18—Meta Ħanna ħassitha mdejqa ħafna, hi talbet lil Ġeħova u hu għenha tħossha aħjar
1Slt 19:1-19—Meta l-profeta Elija ħassu skuraġġit, Ġeħova tah x’jiekol u x’jixrob. Hu inkuraġġieh u għenu jħares ’il quddiem għall-futur
Il-wegħdi li nsibu fil-Bibbja kif jagħtuna l-kuraġġ?
2Kro 15:7; Sa 27:13, 14; Lh 6:17-19; 12:2
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Ġob 14:1, 2, 7-9, 13-15—Fl-agħar żmien taʼ ħajtu, Ġob ħassu inkuraġġit għax kien jaf li Ġeħova jistaʼ jirxoxtah
Da 12:13—Meta kellu madwar 100 sena, il-profeta Danjel ħassu inkuraġġit għax l-anġlu tkellem miegħu dwar il-premju li kien se jirċievi fil-futur
Kif inħossuna inkuraġġiti meta nitolbu lil Ġeħova u nimmeditaw fuq dak li nafu dwaru?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
1Sm 30:1-9—Meta David kellu l-problemi, hu talab lil Ġeħova u ħassu inkuraġġit
Lq 22:39-43—Fl-iktar mument diffiċli Ġesù talab mill-qalb lil Missieru, u Ġeħova bagħatlu anġlu biex jinkuraġġih
Meta nisimgħu affarijiet pożittivi kif jinkuraġġuna, u għala tajjeb li nitkellmu dwarhom m’oħrajn?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
At 15:2-4—L-appostli Pawlu u Barnaba inkuraġġew lil ħuthom fil-kongregazzjonijiet li żaru
3Ġw 1-4—Meta kiber fl-età, Ġwanni ħassu inkuraġġit meta semaʼ li dawk li kien għallimhom l-aħbar tajba baqgħu leali