Indiema
Għala n-nies kollha għandhom jindmu mid-dnubiet li għamlu u jitolbu lil Ġeħova biex jaħfrilhom?
Ara wkoll At 26:20
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Lq 18:9-14—Ġesù ġab eżempju biex juri kemm hu importanti li ngħidu d-dnubiet li għamilna lil Alla u nitolbuh jgħinna
Rum 7:15-25—Avolja l-appostlu Pawlu kellu fidi b’saħħitha, hu xorta kellu jiġġieled kontra xewqat ħżiena
Ġeħova kif iħossu meta xi ħadd jindem?
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
Lq 15:1-10—Ġesù uża eżempji biex juri li Ġeħova u l-anġli jifirħu meta xi ħadd jindem mid-dnub li għamel
Lq 19:1-10—Ġesù ħafer lil Żakkew, li kien kap taʼ dawk li jiġbru t-taxxi, meta hu wera li ddispjaċieh talli seraq il-flus mingħand in-nies
Kif nuru li vera ndimna?
Eże 18:21-23; At 3:19; Ef 4:17, 22-24; Kol 3:5-10
Ara wkoll 1Pt 4:1-3
L-għarfien kif jistaʼ jgħin lil xi ħadd li jkun vera nidem?
Rum 12:2; Kol 3:9, 10; 2Ti 2:25
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
At 17:29-31—L-appostlu Pawlu spjega lin-nies t’Ateni li huma kienu jqimu l-idoli għax ma kinux jafu li ħażin, u inkuraġġiehom biex jindmu
1Ti 1:12-15—Qabel ma Pawlu tgħallem l-għarfien veru dwar Ġesù Kristu, hu kien għamel ħafna dnubiet serji
Kemm hu importanti li nindmu?
Għala nistgħu nkunu ċerti li meta nindmu, Ġeħova dejjem lest li jaħfrilna anki jekk niżbaljaw ħafna drabi?
Ġeħova kif iħossu dwar dawk li jammettu d-dnubiet tagħhom u jbiddlu ħajjithom?
Kif nafu li meta persuna tindem, dan jinvolvi iktar milli tħossha mdejqa jew tgħid li ddispjaċieha?
2Kro 7:14; Pr 28:13; Eże 18:30, 31; 33:14-16; Mt 3:8; At 3:19; 26:20
Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:
2Kro 33:1-6, 10-16—Għalkemm ir-Re Manasse għamel ħafna affarijiet ħżiena għal tul taʼ żmien, hu wera li vera nidem billi wera umiltà, talab kontinwament, u ma baqax jagħmel il-ħażen
Sa 32:1-6; 51:1-4, 17—Ir-Re David wera li kien nidem billi ddispjaċieh ħafna għad-dnubiet li għamel, ammetta, u talab lil Ġeħova biex jaħfirlu
Meta oħrajn jidinbu kontrina u jindmu, għala għandna naħfrulhom?
Mt 6:14, 15; 18:21, 22; Lq 17:3, 4
Ara wkoll “Maħfra”