LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • scl pp. 74-76
  • Maħfra

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Maħfra
  • Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
Skritturi li Jgħinuna Ngħixu Bħala Kristjani
scl pp. 74-76

Maħfra

Ġeħova kemm hu lest li jaħfrilna?

Sa 86:5; Da 9:9; Mik 7:18

Ara wkoll 2Pt 3:9

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Sa 78:​40, 41; 106:​36-46—Minkejja li l-Iżraelin weġġgħu lil Ġeħova ħafna drabi, hu kien lest li jaħfrilhom għal darba wara l-oħra

    • Lq 15:​11-32—Ġesù spjega kemm Ġeħova lest li jaħfer billi ġab eżempju taʼ missier li bi mħabba ħafer lit-tifel li għamel affarijiet ħżiena u wara nidem

Ġeħova x’għamel biex dnubietna jkunu jistgħu jinħafrulna?

Ġw 1:29; Ef 1:7; 1Ġw 2:​1, 2

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Lh 9:​22-28—L-appostlu Pawlu spjega li Ġeħova jistaʼ jaħfrilna dnubietna minħabba s-sagrifiċċju taʼ Ġesù

    • Ri 7:​9, 10, 14, 15—L-appostlu Ġwanni qal li Ġeħova jaħfer id-dnubiet tal-“folla kbira” għax għandhom fidi fis-sagrifiċċju taʼ Ġesù

Jekk irridu li Ġeħova jaħfrilna, xi rridu nagħmlu meta oħrajn jonqsuna?

Mt 6:​14, 15; Mrk 11:25; Lq 17:​3, 4; Ġk 2:13

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Ġob 42:​7-10—Qabel ma Ġeħova fejjaq u bierek lil Ġob, hu qallu biex jitlob għat-tlett irġiel li tkellmu kontrih

    • Mt 18:​21-35—Ġesù rrakkonta storja biex jurina li jekk irridu lil Ġeħova jaħfrilna għandna naħfru lil oħrajn

Kemm hu importanti li ngħidu d-dnubiet li għamilna u nuru li vera ndimna?

At 3:19; 26:20; 1Ġw 1:​8-10

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Sa 32:​1-5; 51:​1, 2, 16, 17—Ir-Re David ħassu mkisser u mdejjaq minħabba d-dnubiet serji li għamel, u nidem

    • Ġk 5:​14-16—Ġakbu spjega li jekk nagħmlu dnub serju għandna mmorru nitkellmu mal-anzjani

X’bidliet għandna nagħmlu jekk irridu li Ġeħova jaħfrilna?

Pr 28:13; Is 55:7; Ef 4:28

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 1Slt 21:​27-29; 2Kro 18:​18-22, 33, 34; 19:​1, 2—Ir-Re Aħab kien imdejjaq meta semaʼ li Ġeħova kien se jikkastigah, imma hu mhux vera nidem u għalhekk Ġeħova ma ħafirlux

    • 2Kro 33:​1-16—Ir-Re Manasse għamel ħafna affarijiet ħżiena imma Ġeħova ħafirlu meta nidem. Manasse wera li vera nbidel billi neħħa l-idoli foloz u għen lin-nies jerġgħu jqimu lil Ġeħova

Ġeħova kemm-il darba lest li jaħfrilna jekk vera nindmu?

Sa 103:​10-14; Is 1:18; 38:17; Ġer 31:34; Mik 7:19

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • 2Sm 12:13; 24:1; 1Slt 9:​4, 5​—Għalkemm David għamel dnubiet serji, Ġeħova ħafirlu għax nidem u iktar tard irrefera għalih bħala raġel leali

Ġesù kif imita lil missieru meta ħafer lil oħrajn?

Sa 86:5; Lq 23:​33, 34

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Mt 26:​36, 40, 41—Il-ħbieb tal-qalb taʼ Ġesù raqdu meta kellu bżonnhom l-iktar, imma Ġesù fehem li għalkemm xtaqu jgħinuh huma kienu għajjenin

    • Mt 26:​69-75; Lq 24:​33, 34; At 2:​37-41—Pietru tliet darbiet qal li ma jafx lil Ġesù, imma wara li nidem Ġesù ħafirlu. Wara li Ġesù ġie rxoxtat kellem lil Pietru u iktar tard tah inkarigu importanti biex jgħin il-kongregazzjonijiet

Kif nafu li Ġeħova ma jaħfirx lil kulħadd?

Mt 12:31; Lh 10:​26, 27; 1Ġw 5:​16, 17

  • Eżempji mill-Bibbja li jistgħu jgħinuk:

    • Mt 23:​29-33—Ġesù wissa lill-iskribi u lill-Fariżej li huma se jiġu kkastigati f’Geħenna, jiġifieri se jinqerdu darba għal dejjem

    • Ġw 17:12; Mrk 14:21—Ġesù sejjaħ lil Ġuda l-Iskarjota “l-wieħed li se jinqered” u qallu li kien ikun aħjar għalih li ma twilidx

X’se jgħinna naħfru lil oħrajn?

Lq 17:​3, 4; 1Kor 13:​4, 5; Ef 4:32; 5:1; Kol 3:13

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja