LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 1/1 p. 8
  • Issodisfa l-Bżonn Spiritwali Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Issodisfa l-Bżonn Spiritwali Tiegħek
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • Segwi l-Eżempju taʼ Ġesù taʼ Devozzjoni Lejn Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Żid id-Devozzjoni Lejn Alla mas-Sabar Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Iġru Wara d-Devozzjoni Lejn Alla Bħala Kristjani Mgħammdin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sigriet Sagru Jinkixef
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 1/1 p. 8

Il-​5 Sigriet

Issodisfa l-​Bżonn Spiritwali Tiegħek

IL-​BIBBJA X’TGĦALLEM? “Henjin dawk li huma konxji tal-​bżonn spiritwali tagħhom.”—Mattew 5:3.

X’INHI L-​ISFIDA? Hemm eluf taʼ reliġjonijiet differenti, u ħafna minnhom jgħallmu modi differenti għalkollox kif tissodisfa l-​bżonn spiritwali tiegħek. Kif tistaʼ ssir taf liema waħda tgħallem il-​verità u liema tassew togħġob lil Alla? Xi awturi prominenti jsostnu li t-​twemmin f’Alla u d-​devozzjoni lejh mhumiex loġiċi, u li saħansitra huma taʼ ħsara. Ir-​rivista Maclean’s tpoġġiha hekk l-​opinjoni taʼ raġel ateu prominenti: “Dan il-​konċett Kristjan, jiġifieri li hemm xi ħaġa aqwa mix-​xjenza u aqwa mis-​sensi tagħna, . . . inaqqas il-​valur tal-​unika ħajja li għandna u jagħmilna ferm suxxettibbli għall-​vjolenza.”

X’TISTAʼ TAGĦMEL? Eżamina l-​evidenza li Alla jeżisti. (Rumani 1:20; Ebrej 3:4) Tħalli lil ħadd jaqtagħlek qalbek milli tfittex it-​tweġibiet għal mistoqsijiet importanti bħalma huma: Għalfejn qegħdin hawn? Hemm ħajja wara l-​mewt? Għala hawn tant tbatija? Alla x’jirrikjedi minni? Sabiex tikseb kuntentizza dejjiema huwa fundamentali li ssib tweġibiet sodisfaċenti għal dawn il-​mistoqsijiet.

Madankollu, taċċettax dak li jgħidlek ħaddieħor b’għajnejk magħluqin. Il-​Kelma t’Alla tħeġġek tuża l-​“qawwa tar-​raġuni” tiegħek sabiex tagħti prova lilek innifsek dwar dak li hu aċċettabbli għalih. (Rumani 12:1, 2) Int se tiġi premjat għall-​isforzi li tkun għamilt. Jekk twarrab il-​ħin biex tistudja l-​Bibbja u tapplika l-​pariri prattiċi tagħha, int se tevita l-​problemi, tnaqqas l-​ansjetà, u tgawdi iktar il-​ħajja. Din hi wegħda li tistaʼ toqgħod fuqha. Miljuni taʼ nies minn kull xorta taʼ sfondi tal-​ħajja bbenefikaw billi tgħallmu l-​verità dwar Alla u dwar l-​iskopijiet tiegħu.

Meta tapplika l-​pariri għaqlin tal-​Bibbja, int se tibbenefika u d-​devozzjoni tiegħek lejn Alla se tissaħħaħ. Għala ma taċċettax l-​istedina biex tistudja l-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova? Jekk taċċetta, x’aktarx issib li int taqbel mal-​kliem li kiteb l-​appostlu Pawlu: “Hi mezz taʼ qligħ kbir din id-​devozzjoni lejn Alla flimkien maʼ li wieħed ikun kuntent b’dak li għandu.”—1 Timotju 6:6.

[Stampa f’paġna 8]

Agħti prova lilek innifsek taʼ dak li hu aċċettabbli għal Alla

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja