LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w11 7/1 p. 6
  • It-3 Profezija. Il-Mard

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-3 Profezija. Il-Mard
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Materjal Simili
  • Il-Battalja Kontra l-Mard u l-Mewt—Qiegħda Tiġi Mirbuħa?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
w11 7/1 p. 6

It-3 Profezija. Il-​Mard

“In-​nies se . . . jbatu b’mard terribbli.”—LUQA 21:11, Contemporary English Version.

● Bonzali, uffiċjal tas-​saħħa pubblika f’pajjiż Afrikan mifni bi gwerra ċivili, jagħmel il-​ftit li jistaʼ biex jikkura ħaddiema tal-​minjieri fil-​belt tiegħu li qed imutu bil-​virus Marburg.a It-​talb tiegħu għall-​għajnuna mingħand uffiċjali f’belt akbar waqaʼ fuq widnejn torox. Erbaʼ xhur wara, l-​għajnuna fl-​aħħar tasal, imma Bonzali laħaq miet. Hu ħa l-​marda Marburg mill-​ħaddiema tal-​minjieri li pprova jsalva.

X’JURU L-​FATTI? L-​infezzjonijiet respiratorji (bħall-​pulmunite), il-​mard tad-​dijarea, il-​HIV/AIDS, it-​tuberkulosi, u l-​malarja huma fost l-​iktar mard qerried li jifni lill-​umanità. F’sena reċenti, dawn il-​ħames kategoriji tal-​mard qatlu kważi 11-​il miljun ruħ. Fi kliem ieħor, il-​mard qatel bejn wieħed u ieħor persuna waħda kull tliet sekondi, matul is-​sena kollha.

X’INHI OĠĠEZZJONI KOMUNI? Il-​popolazzjoni tad-​dinja tkompli tikber, u allura, naturalment, hemm iktar każijiet taʼ mard. Hemm iktar nies li jistgħu jiġu infettati.

HIJA VALIDA DIN L-​OĠĠEZZJONI? Il-​popolazzjoni tad-​dinja żdiedet drastikament. Imma anki l-​abbiltà tal-​bniedem biex jagħraf, jikkontrolla, u jikkura l-​mard żdiedet. Għalhekk, loġikament, m’għandhomx il-​mard u l-​effetti tiegħu fuq il-​familja umana jonqsu? Però, qed jiġri eżatt l-​oppost.

INT X’TAĦSEB? Qegħdin in-​nies ibatu b’mard terribbli bħalma bassret il-​Bibbja?

It-​terremoti, il-​ġuħ, u l-​mard jagħmlu straġi minn miljuni taʼ nies. Miljuni oħrajn ibatu taħt idejn sħabhom il-​bnedmin—ħafna jiġu trattati ħażin minn dawk li suppost jipproteġuhom. Innota x’tgħid il-​profezija tal-​Bibbja dwar dak li kellu jiġri.

[Nota taʼ taħt]

a Il-​marda Marburg Hemorrhagic Fever hi kaġunata minn virus relatat mal-​Ebola.

[Kumment f’paġna 6]

“Hu orribbli li tittiekel minn barra minn xi ljun jew xi ħaġa oħra, imma daqstant ieħor hu orribbli li tittiekel minn ġewwa minn xi marda terribbli u li tara dan kollu jseħħ madwarek.”​—L-​EPIDEMJOLOGU MICHAEL OSTERHOLM.

[Sors tal-Istampa f’paġna 6]

© William Daniels/Panos Pictures

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja