LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 5/1 p. 12
  • Kont Taf?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kont Taf?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • Il-ġisem taʼ Ġesù jiġi mħejji u midfun
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Midfun il-Ġimgħa—Qabar Vojt il-Ħadd
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Kont Taf?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 5/1 p. 12

KONT TAF?

Il-​Lhud tal-​ewwel seklu kif kienu jippreparaw il-​mejtin għad-​difna?

Il-​Lhud kienu jidfnu l-​mejtin tagħhom malajr wara li jmutu, normalment fl-​istess ġurnata. Kien hemm żewġ raġunijiet għal azzjoni immedjata bħal din. L-​ewwel, l-​iġsma mejtin jitħassru malajr fil-​klima sħuna tal-​Lvant Nofsani. It-​tieni, skont kif kienu jaħsbuha dak iż-​żmien, kien nuqqas t’unur lejn il-​mejjet u l-​familja tiegħu jekk idumu iktar minn ġurnata biex jidfnu l-​ġisem.

Fl-​Evanġelji u fil-​ktieb tal-​Atti hemm imniżżlin minn tal-​inqas erbaʼ difniet li saru dakinhar li mietu. (Mattew 27:57-​60; Atti 5:5-​10; 7:60–8:2) Sekli qabel, Rakele, il-​mara maħbuba taʼ Ġakobb, mietet waqt li Ġakobb u l-​familja tiegħu kienu qed jivvjaġġaw. Minflok ma ħa lura l-​ġisem tagħha lejn il-​post tad-​dfin tal-​familja tagħhom, Ġakobb difinha f’qabar “fit-​triq li tagħti għal . . . Betlehem.”—Ġenesi 35:19, 20, 27-​29.

Ir-​rakkonti tal-​Bibbja dwar l-​arranġamenti tal-​funerali juru li l-​Lhud kienu jippreparaw l-​iġsma għad-​dfin b’reqqa kbira. Il-​familja u l-​ħbieb kienu jaħslu l-​ġisem tal-​mejjet, jidilkuh bi fwejjaħ aromatiċi u żejt fin, u jkeffnuh. (Ġwanni 19:39, 40; Atti 9:36-​41) Il-​ġirien u oħrajn setgħu jmorru jesprimu n-​niket tagħhom, u jfarrġu lill-​familja.—Marku 5:38, 39.

Kien Ġesù midfun bl-​istess proċedura li kienu jużaw il-​biċċa l-​kbira tal-​Lhud?

Ħafna familji Lhud kienu jidfnu l-​mejtin tagħhom f’għerien u f’oqbra mħaffrin fil-​blat artab li hu komuni f’ħafna partijiet fl-​Iżrael. B’hekk, kienu jsegwu l-​mudell li ħallew il-​patrijarki. Abraham, Sara, Iżakk, Ġakobb, u oħrajn ġew midfunin f’għar f’Makfela viċin Ħebron.—Ġenesi 23:19; 25:8, 9; 49:29-​31; 50:13.

Ġesù ġie midfun f’qabar imħaffer fil-​blat. (Marku 15:46) Qabar bħal dan ġeneralment kellu daħla dejqa. Ġewwa, maqtugħin fil-​blat kien hemm għadd taʼ niċeċ, jew spazji qishom xkafef, li fihom kienu jitpoġġew l-​iġsma tal-​membri tal-​familja li jkunu mietu. Wara li l-​ġisem kien jitħassar għalkollox, l-​għadam kien jinġabar u jitqiegħed f’kaxxa tal-​ġebel imsejħa ossarju, bħalma kienet id-​drawwa fi żmien Ġesù. B’dan il-​mod, il-​familja setgħet tagħmel spazju fil-​qabar biex ikun jistaʼ jerġaʼ jintuża fil-​futur.

Il-​Liġi taʼ Mosè kienet titlob li jkun hemm il-​mistrieħ tas-​Sabat. Dan kien jipprojbixxi lil-​Lhud milli jagħmlu l-​arranġamenti tal-​funeral dakinhar. Ladarba Ġesù miet madwar tliet sigħat qabel ma beda s-​Sabat, Ġużeppi t’Arimatija u oħrajn difnuh mingħajr ma laħqu lestew il-​ġisem tiegħu għad-​dfin. (Luqa 23:50-​56) Minħabba f’hekk, xi ħbieb taʼ Ġesù marru fil-​qabar tiegħu wara s-​Sabat bit-​tama li jkomplu l-​proċess.—Marku 16:1; Luqa 24:1.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja