LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 5/15 pp. 31-32
  • Baqgħu Sodi f’‘Siegħa ta’ Prova’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Baqgħu Sodi f’‘Siegħa ta’ Prova’
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 5/15 pp. 31-32

MILL-​ARKIVJI TAGĦNA

Baqgħu Sodi f’‘Siegħa ta’ Provaʼ

WARA li faqqgħet l-​Ewwel Gwerra Dinjija fl-​1914, il-​waqfa newtrali tal-​Istudenti tal-​Bibbja eventwalment ġibdet l-​attenzjoni tad-​dinja. (Is. 2:2-​4; Ġw. 18:36; Efes. 6:12) Il-​qaddejja t’Alla fil-​Britannja kif kampaw?

Henry Hudson

L-​Att tas-​Servizz Militari tal-​1916 daħħal il-​lieva fil-​Britannja għall-​irġiel mhux miżżewġin taʼ bejn it-​18 u l-​40 sena. Sar provvediment biex jiġu eżentati dawk li oġġezzjonaw ġenwinament minħabba “konvinzjonijiet reliġjużi jew morali.” Il-​gvern stabbilixxa tribunali biex jiddeterminaw min għandu jingħata l-​eżenzjoni u sa liema punt.

F’qasir żmien, madwar 40 Student tal-​Bibbja nżammu f’ħabsijiet militari, u 8 ntbagħtu fuq il-​front tal-​battalja fi Franza. Minħabba din l-​azzjoni inġusta, l-​aħwa fil-​Britannja bagħtu ittra lill-​Prim Ministru Herbert Asquith biex jipprotestaw dwar dan it-​tfigħ il-​ħabs, u bagħtu magħha petizzjoni li kien fiha 5,500 firma.

Imbagħad waslet l-​aħbar li dawk it-​tmienja li ntbagħtu fi Franza ġew ikkundannati biex jiġu ffuċillati talli rrifjutaw li jiġġieldu fil-​gwerra. Imma meta dawn l-​aħwa kienu weqfin biex jisparawlhom, is-​sentenzi tagħhom ġew mibdulin għal 10 snin ħabs. Huma ntbagħtu lura l-​Ingilterra biex jiskontaw is-​sentenza tagħhom f’ħabs ċivili.

James Frederick Scott

Il-​gwerra kienet għadha sejra u l-​lieva bdiet tgħodd ukoll għall-​irġiel miżżewġin. Kien hemm każ f’Manchester, l-​Ingilterra, li sar biex jiġi stabbilit preċedent u l-​akkużat kien Henry Hudson, tabib li kien Student tal-​Bibbja. Fit-​3 t’Awwissu, 1916, il-​qorti qatgħetha li kien naqas minn dmiru, immultatu, u tagħtu f’idejn il-​militar. Fl-​istess żmien, kien qed jinstemaʼ każ simili ieħor f’Edinburgh, l-​Iskozja. James Frederick Scott, pijunier taʼ 25 sena, ma nstabx ħati. Il-​gvern appella l-​każ imma waqqgħu għax ra li aħjar jiffoka l-​attenzjoni tiegħu fuq jerġaʼ każ ieħor f’Londra. Din id-​darba ħu jismu Herbert Kipps instab ħati, ġie mmultat, u ngħata f’idejn il-​militar.

Sa Settembru tal-​1916, total taʼ 264 ħu kienu applikaw biex jiġu eżentati mis-​servizz militari. Minnhom, 5 ġew eżentati, 154 intbagħtu jagħmlu xogħol iebes, 23 ingħataw xogħlijiet fil-​militar li ma kellhomx x’jaqsmu mal-​ġlied, u 82 ingħataw f’idejn il-​militar. Xi wħud minn dawn għaddew ġuri u ntbagħtu l-​ħabs talli m’obdewx l-​ordnijiet. Ħafna nies oġġezzjonaw minħabba t-​trattament kiefer li dawn l-​irġiel ingħataw fil-​ħabs, u b’hekk il-​gvern ittrasferiehom minn ħabs militari għal ħabsijiet ċivili fejn kellhom jaħdmu xogħol iebes.

Pryce Hughes

Edgar Clay u Pryce Hughes, li iktar tard qeda bħala indokratur tal-​fergħa fil-​Britannja, ħadmu fuq diga f’Wales. Mill-​banda l-​oħra, Herbert Senior, wieħed mit-​tmienja li kienu ntbagħtu lura minn Franza, ġie mitfugħ il-​Ħabs taʼ Wakefield f’Yorkshire. Oħrajn skontaw is-​sentenzi taʼ xogħol iebes f’kundizzjonijiet ħorox fil-​Ħabs taʼ Dartmoor, fejn kien hemm l-​akbar grupp taʼ wħud li oġġezzjonaw minħabba l-​kuxjenza.

Frank Platt, Student tal-​Bibbja li kien aċċetta li jagħmel xogħol fil-​militar li ma kellux x’jaqsam mal-​ġlied, kellu jħabbat wiċċu maʼ persekuzzjoni ħarxa li damet sejra għal żmien twil meta ntbagħat fuq il-​front tal-​battalja. Atkinson Padgett, li sar jaf bil-​verità ftit wara li daħal fil-​militar, ukoll sofra trattament brutali mill-​awtoritajiet militari talli rrifjuta li jiġġieled.

Herbert Senior

Għalkemm ħutna f’dak iż-​żmien ma kinux fehmu għalkollox x’kienet tinvolvi n-​newtralità Kristjana, huma pprovaw jogħġbu lil Alla Ġeħova. Dawk li ssemmew b’isimhom f’dan l-​artiklu ħallew eżempju mill-​aħjar taʼ newtralità matul ‘siegħa taʼ prova’ li kienet speċjalment diffiċli. (Riv. 3:10)—Mill-​arkivji tagħna fil-​Britannja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja