LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 10/1 p. 4
  • Kif Bdiet l-Umanità?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Bdiet l-Umanità?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • L-​iskop taʼ Ġeħova se jitwettaq!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • X’inhu l-iskop t’Alla għall-bnedmin?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Il-Bniedem Għala Jmut?
    Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!
  • Il-Ġenna tal-Art Mitlufa
    Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 10/1 p. 4

SUĠĠETT PRINĊIPALI | X’INHU L-​MESSAĠĠ TAL-​BIBBJA?

Kif Bdiet l-​Umanità?

Fi ftit kliem, l-​ewwel ktieb tal-​Bibbja, il-​Ġenesi, jispjega l-​oriġini tal-​univers: “Fil-​bidu Alla ħalaq is-​smewwiet u l-​art.” (Ġenesi 1:1) Wara li Alla ħalaq il-​pjanti u l-​annimali, hu ħalaq lill-​ewwel bnedmin, Adam u Eva. Huma kienu differenti mill-​annimali għax il-​bnedmin sa ċertu punt għandhom il-​kwalitajiet t’Alla stess, inkluż il-​libertà tal-​għażla. B’hekk, huma kienu responsabbli għall-​azzjonijiet tagħhom. Li kieku obdew l-​istruzzjonijiet t’Alla, huma setgħu jkollhom sehem fl-​iskop t’Alla bħala l-​ewwel ġenituri taʼ familja umana globali li kienet se tgawdi ħajja paċifika u perfetta fuq l-​art għal dejjem.

Madankollu, ċertu anġlu ħataf l-​opportunità biex juża l-​bnedmin għall-​vantaġġ egoistiku tiegħu. B’hekk hu sar Satana, li jfisser “Wieħed li Jopponi.” Billi tkellem permezz taʼ serp, Satana qarraq b’Eva u qalilha li tkun aħjar mingħajr il-​gwida t’Alla. Adam u Eva segwew lil Satana, u ma baqgħux f’relazzjoni mal-​Ħallieq tagħhom. Minħabba l-​għażla ħażina tagħhom, l-​ewwel ġenituri tagħna tilfu ħajja eterna u lilna għaddewlna d-​dnub, l-​imperfezzjoni, u mewt ċerta.

Minnufih, Alla ddikjara l-​intenzjoni tiegħu biex jirranġa din is-​sitwazzjoni tal-​biki u jipprovdi lid-​dixxendenti t’Adam mezz kif jiksbu ħajja taʼ dejjem. Alla bassar li ‘nisel’—individwu speċjali—fl-​aħħar mill-​aħħar kien se jeqred lil Satana u jneħħi t-​tbatija kollha li kkaġunaw Satana, Adam, u Eva. (Ġenesi 3:15) Min kien se jkun dan in-​‘nisel’? Kellu jgħaddi ż-​żmien biex isir magħruf.

Sadanittant, Satana l-​ħin kollu pprova jġib fix-​xejn l-​iskop tajjeb t’Alla. Id-​dnub u l-​ħażen infirxu f’ħakka t’għajn. Alla ddeċieda li jeqred lill-​ħżiena f’dilluvju. Lill-​bniedem ġust Noè tah istruzzjonijiet biex jibni arka—kaxxa kbira li tifflowtja—biex isalva lilu nnifsu u lill-​familja tiegħu, flimkien mal-​annimali li ntqallu biex idaħħal fl-​arka.

Sena wara li beda d-​Dilluvju, Noè u l-​familja tiegħu ħarġu mill-​arka għal fuq art imnaddfa. Imma n-​‘nisel’ kien għadu ma deherx.

​—Ibbażat fuq Ġenesi kapitli 1-​11; Ġuda 6, 14, 15; Rivelazzjoni 12:9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja