LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 10/1 pp. 14-15
  • Kif Jeffettwawk il-Kuluri

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Jeffettwawk il-Kuluri
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​EFFETT EMOZZJONALI TAL-​KULURI
  • IL-​KULURI JISTGĦU JGĦINUK TIFTAKAR
  • Tinnota int il-kwalitajiet inviżibbli t’Alla?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 10/1 pp. 14-15

Kif Jeffettwawk il-​Kuluri?

Int u tħares madwarek, għajnejk u moħħok jaħdmu flimkien biex jiġbru informazzjoni. Tinnota li ħdejk hemm frotta u tiddeċiedi jekk tridx tikolha. Int tħares lejn is-​sema u taqtagħha li mhix se tagħmel xita llum. Tara l-​kliem li qed taqra issa u tifhem xi jfisser. Attwalment, qed tiġi effettwat bil-​kuluri. Veru dan?

Il-​kulur tal-​frotta li rajt jgħinek tiddeċiedi jekk hix misjura u kemm tħajrek tikolha. Il-​kulur tas-​sema u s-​sħab jgħinek tkun taf x’se jkun it-​temp. Hekk kif taqra l-​kliem f’dan l-​artiklu, għajnejk huma komdi bil-​kuntrast tal-​kulur li hemm bejn il-​kliem u l-​karta. Iva, forsi mingħajr ma tinduna, int il-​ħin kollu tuża l-​kuluri biex jgħinuk tifhem informazzjoni dwar id-​dinja taʼ madwarek. Iżda wkoll, il-​kuluri jeffettwaw l-​emozzjonijiet tiegħek.

L-​EFFETT EMOZZJONALI TAL-​KULURI

Hekk kif timxi fil-​passaġġi taʼ ħanut, int tkun imdawwar b’varjetà kbira t’oġġetti li jkunu maħsubin biex jiġbdulek l-​attenzjoni lejhom. Tirrealizzax dan jew le, dawk li jirreklamaw jagħżlu kuluri u taħlit taʼ kuluri bir-​reqqa biex jolqtu l-​gosti speċifiċi tiegħek, l-​età tiegħek, u l-​fatt jekk intix raġel jew mara. Dawk li xogħolhom hu li jżejnu d-​djar, disinjaturi tal-​ħwejjeġ, u pitturi wkoll jafu li l-​kuluri jistgħu jqanqlu l-​emozzjonijiet.

In-​nies għandhom mnejn jinterpretaw il-​kuluri b’modi differenti minħabba l-​kultura u d-​drawwiet lokali. Pereżempju, xi nies fl-​Asja jassoċjaw l-​aħmar maʼ xorti tajba u ċelebrazzjoni, iżda f’xi partijiet tal-​Afrika, l-​aħmar ifisser vistu. Madankollu, minkejja t-​trobbija tagħhom, il-​bnedmin jirreaġixxu l-​istess emozzjonalment għal ċerti kuluri. Ejja nikkunsidraw tliet kuluri u kif dawn jistgħu jeffettwawk.

L-​AĦMAR jidher ħafna. Spiss, l-​aħmar ġie assoċjat mal-​enerġija, il-​gwerra, u l-​periklu. Huwa kulur qawwi emozzjonalment u jistaʼ jtejjeb il-​metaboliżmu tal-​bniedem, iżid ir-​rata li biha nieħdu n-​nifs, u jgħolli l-​pressjoni tad-​demm.

Fil-​Bibbja, il-​kelma Ebrajka għal “aħmar” ġejja minn kelma li tfisser “demm.” Il-​Bibbja tuża aħmar jgħajjat, jew skarlat, biex inġibu quddiem għajnejna xbieha li ma tintesiex malajr taʼ prostituta qattiela liebsa l-​porpra, jew vjola, u l-​iskarlat u riekba fuq “bhima salvaġġa lewn l-​iskarlat . . . mimlija ismijiet midgħija.”—Rivelazzjoni 17:1-​6.

L-​AĦDAR joħloq reazzjoni kuntrarja għall-​aħmar, għax inaqqas il-​metaboliżmu kif ukoll jipproduċi effett li jikkalma. L-​aħdar huwa kulur li jserraħ u spiss hu assoċjat mat-​trankwillità. Aħna nħossuna rilassati meta naraw ġonna u għoljiet ħodor. Ir-​rakkont fil-​ktieb tal-​Ġenesi jgħid li Alla pprovda ħaxix aħdar u ħxejjex għall-​bniedem.—Ġenesi 1:11, 12, 29, 30.

L-​ABJAD hu assoċjat spiss mad-​dawl, is-​sigurtà, u l-​indafa. Għandu x’jaqsam ukoll mal-​kwalitajiet tat-​tjubija, l-​innoċenza, u l-​purità. L-​abjad hu l-​iktar kulur imsemmi fil-​Bibbja. Fil-​viżjonijiet, il-​bnedmin u l-​anġli jkunu lebsin l-​abjad, u dan jenfasizza s-​sewwa u l-​indafa spiritwali. (Ġwanni 20:12; Rivelazzjoni 3:4; 7:9, 13, 14) Żwiemel bojod flimkien maʼ rikkieba lebsin għażel abjad nadif jissimbolizzaw gwerra ġusta. (Rivelazzjoni 19:14) Alla juża l-​kulur abjad biex jenfasizza li hu lest li jaħfer id-​dnubiet: “Għalkemm dnubietkom ikunu bħall-​iskarlat, se jintgħamlu bojod bħas-​silġ.”—Isaija 1:18.

IL-​KULURI JISTGĦU JGĦINUK TIFTAKAR

L-​użu tal-​kuluri fil-​Bibbja juri li Alla jifhem li l-​bniedem jirreaġixxi emozzjonalment għall-​kuluri. Pereżempju, il-​ktieb Bibliku tar-​Rivelazzjoni jbassar dak li aħna għaddejjin minnu issa, inkluż il-​gwerer, il-​ġuħ, u l-​mewt mhux naturali minħabba nuqqas t’ikel u mard. Biex tgħinna nifhmu dan, viżjoni impressjonanti tiddeskrivi rikkieba fuq żwiemel—mhux sempliċement żwiemel komuni iżda kkuluriti.

L-​ewwel, hemm żiemel abjad pur, li jissimbolizza l-​gwerra ġusta taʼ Kristu Ġesù. Imbagħad, naraw żiemel lewn in-​nar, li jirrappreżenta gwerra bejn il-​ġnus. Dan iż-​żiemel jiġi segwit minn żiemel iswed tal-​biżaʼ, li jagħti stampa tal-​ġuħ. Imbagħad, naraw “żiemel aħdar safrani; u dak li kien riekeb fuqu kien jismu Mewt.” (Rivelazzjoni 6:1-​8) Il-​kulur taʼ kull żiemel jistaʼ jqajjem emozzjoni ġo fina li taqbel maʼ dak li ż-​żiemel jissimbolizza. Nistgħu faċilment niftakru dawn iż-​żwiemel ikkuluriti u dak li jgħallmuna dwar żmienna.

Hemm ħafna eżempji fil-​Bibbja li fihom jintuża l-​kulur biex b’hekk inġibu stampi ħajjin quddiem għajnejna. Iva, il-​Ħallieq tad-​dawl, tal-​kulur, u tal-​għajn umana b’sengħa juża l-​kuluri biex jgħallem lill-​qarrejja jimmaġinaw stampi li jistgħu jifhmuhom u li jibqgħu jiftakruhom. Il-​kuluri jgħinuna niġbru u nifhmu l-​informazzjoni. Il-​kuluri jeffettwaw l-​emozzjonijiet tagħna u jistgħu jgħinuna niftakru tagħlim importanti. Il-​kuluri huma għotja bi mħabba mingħand il-​Ħallieq tagħna biex jgħinna nieħdu pjaċir bil-​ħajja.

Wara li Noè u l-​familja tiegħu ħarġu mill-​arka, Alla wriehom qawsalla kollha kuluri bħala sinjal tal-​wegħda Tiegħu li qatt ma kien se jerġaʼ juża dilluvju biex jeqred lill-​bnedmin. Dan is-​simbolu kollu kuluri żgur li baqaʼ stampat f’moħħhom bħala xi ħaġa mill-​isbaħ. —Ġenesi 9:12-​17.

Xi evoluzzjonisti għandhom mnejn jistagħġbu għala l-​bnedmin għandhom l-​abbiltà biex jagħrfu varjetà kbira taʼ kuluri ladarba din l-​abbiltà mhijiex meħtieġa biex ngħixu. Madankollu, jekk nammettu li l-​Ħallieq ħalaqna bl-​abbiltà li ngawdu daqstant kuluri, aħna nqisu din l-​għotja bħala att taʼ mħabba maħsub biex ingawdu l-​ħajja.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja