LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/10 p. 3
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Materjal Simili
  • Ibqaʼ Agħmel Progress
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Kif tuża r-rekordings bl-awdjo?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
Il-Ministeru tas-Saltna—2010
km 4/10 p. 3

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Għandhom ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jqassmu taħditiet rekordjati jew miktubin?

Aħna niġu msaħħin u inkuraġġiti minn taħditiet Bibliċi. (Atti 15:32) Għalhekk, hu naturali li nkunu rridu naqsmu informazzjoni inkuraġġanti bħal din maʼ dawk li ma kinux preżenti. Bil-​wasla taʼ diversi apparati li jirrekordjaw, taħdita tistaʼ tiġi rekordjata u mqassma lil oħrajn f’ħakka t’għajn. Xi wħud żammew kollezzjoni taʼ taħditiet rekordjati, inkluż taħditiet li ngħataw ħafna snin ilu, u b’intenzjoni tajba jsellfu dawn it-​taħditiet lil ħbieb jew jagħmlulhom kopji tagħhom. Oħrajn għamlu Web sites u fuqhom tefgħu taħditiet biex iniżżilhom min irid.

M’għandniex xi ngħidu, m’hemm l-​ebda oġġezzjoni jekk nirrekordjaw taħditiet għall-​użu persunali jew għal membri tal-​familja tagħna. Barra minn hekk, l-​anzjani għandhom mnejn jirranġaw biex it-​taħditiet jiġu rekordjati għal membri morda fil-​kongregazzjoni li ma jistgħux jattendu l-​laqgħat. Madankollu, hemm raġunijiet tajbin biex ma nqassmux taħditiet miktubin jew rekordjati.

Peress li t-​taħditiet spiss jingħataw skont il-​bżonnijiet lokali nistgħu faċilment nifhmu ħażin xi punti minn rekording li jkun ġie mqassam, ladarba ma nkunux nafu biċ-​ċirkustanzi li fihom ngħatat it-​taħdita. Barra minn hekk, ikun diffiċli għalina biex nivverifikaw minn ta t-​taħdita u meta, sabiex nistgħu nkunu fiduċjużi li l-​informazzjoni preżentata hi aġġornata u eżatta. (Lq. 1:1-​4) Iżjed minn hekk, it-​tqassim taʼ taħditiet miktubin jew rekordjati jistaʼ jħajjar lil xi wħud biex jagħtu jew jaċċettaw attenzjoni u unur mhux dovut lilhom.—1 Kor. 3:5-​7.

L-​ilsir leali u għaqli jaħdem iebes biex jipprovdi l-​ikel spiritwali bil-​qies u “fiż-​żmien xieraq.” (Lq. 12:42) Dan jinkludi l-​arranġament biex taħditiet jingħataw fil-​kongregazzjonijiet lokali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova u rekordings bl-​awdjo li jistgħu jitniżżlu mill-​Web site uffiċjali jw.org. Nistgħu nkunu fiduċjużi li l-​ilsir leali u għaqli u l-​Ġemgħa li Tiggverna tiegħu se jipprovdu dak li għandna bżonn sabiex inkomplu nissodaw fil-​fidi.—Atti 16:4, 5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja