Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fil-25 t’April, 2011. L-indokratur tal-iskola se jikkonduċi reviżjoni t’20 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat tas-7 taʼ Marzu sal-25 t’April, 2011.
1. “Ħafna min-nies tal-pajjiż” f’liema sens “kienu qed jiddikjaraw li huma Lhud”? (Ester 8:17) [w06 3/1 p. 11 para. 3]
2. Satana għala tħalla jidħol quddiem Ġeħova? (Ġob 1:6; 2:1) [w06 3/15 p. 13 para. 6]
3. Satana x’ried jgħid biha l-mistoqsija, “Huwa għalxejn li Ġob jibżaʼ minn Alla”? (Ġob 1:9) [w94 12/1 p. 8 para. 6]
4. Ġob liema attitudni wera lejn Ġeħova? (Ġob 28:28) [w09 4/15 p. 6 para. 16]
5. L-istqarrija t’Elifaż li raġel jixrob “l-inġustizzja bħall-ilma” kif inhi bħall-mod kif jaħseb Satana? (Ġob 15:16) [w10 2/15 p. 20 para. 1-2]
6. X’nistgħu nitgħallmu mill-karba li Ġob ħareġ minn qalbu u li nsibu f’Ġob 19:2? [w06 3/15 p. 15 para. 5]
7. X’għen lil Ġob iżomm l-integrità tiegħu? (Ġob 27:5) [w09 4/15 p. 6 para. 17]
8. Ġob kif ittratta lil oħrajn? (Ġob 31:13-15) [w10 11/15 p. 30 para. 8-9]
9. Il-parir t’Eliħu b’liema mod kien differenti mill-parir tat-tlett iħbieb oħrajn taʼ Ġob, u x’nitgħallmu minn dan? (Ġob 33:1, 6) [w09 4/15 p. 4 para. 8]
10. Kif għandna niġu effettwati meta naħsbu fil-fond dwar l-għemejjel meraviljużi taʼ Ġeħova? (Ġob 37:14) [w06 3/15 p. 16 para. 4]