LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 9/1 p. 16
  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mistoqsijiet dwar il-Bibbja mweġbin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Materjal Simili
  • Min huma l-anġli jew x’inhuma?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • L-Anġli—Kif Jeffettwawna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • L-Anġli—“Spirti Għal Servizz Pubbliku”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Il-verità dwar l-anġli
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 9/1 p. 16

MISTOQSIJIET DWAR IL-​BIBBJA MWEĠBIN

L-​anġli jistgħu jgħinuna?

Danjel fil-ħofra mal-iljuni qed jiġi protett minn anġlu

Bħalma l-anġli għenu lill-qaddej leali Danjel fil-passat, illum jgħinu lin-nies biex jibbenefikaw mill-aħbar tajba

Alla Ġeħova ħalaq miljuni t’anġli ħafna qabel ma ħalaq lill-​bnedmin. (Ġob 38:4, 7) Dawn l-​anġli huma ħlejjaq spirti setgħana fis-​servizz t’Alla. Ġieli Alla jibgħathom biex jiggwidaw u jipproteġu lill-​qaddejja tiegħu fuq l-​art. (Salm 91:10, 11) Illum, l-​anġli qed jgħinu lin-​nies biex jibbenefikaw mill-​aħbar tajba li s-​segwaċi taʼ Ġesù qed jippritkaw.—Aqra Rivelazzjoni 14:6, 7.

Għandna nitolbu għall-​għajnuna mingħand l-​anġli? Le. It-​talb hu att taʼ qima li hu t’Alla biss. (Rivelazzjoni 19:10) Ladarba l-​anġli huma qaddejja t’Alla, huma jaġixxu skont l-​istruzzjonijiet tiegħu u mhux tal-​bnedmin. Għaldaqstant, dejjem għandna nindirizzaw it-​talb tagħna lil Alla permezz taʼ Ġesù.—Aqra Salm 103:20, 21; Mattew 26:53.

Jeżistu anġli ħżiena?

Bħan-​nies, l-​anġli nħalqu bil-​libertà tal-​għażla u jistgħu jagħżlu li jagħmlu l-​ħażin jew it-​tajjeb. B’dispjaċir, ħafna anġli rribellaw kontra Alla. (2 Pietru 2:4) L-​ewwel fosthom kien hemm Satana; oħrajn għamlu l-​istess u saru demonji. Fiż-​żminijiet reċenti, Satana u d-​demonji tiegħu tkeċċew mis-​sema u twaddbu għal isfel lejn l-​art.—Aqra Rivelazzjoni 12:7-​9.

Iż-​żieda inkredibbli tal-​ħażen u l-​vjolenza mill-​1914 turi li Alla dalwaqt se jrażżan lil Satana u d-​demonji. Imbagħad Alla se jerġaʼ jġib id-​dinja ġenna fi qbil mal-​iskop tiegħu.—Aqra Rivelazzjoni 12:12; 21:3, 4.

Għal iktar informazzjoni, ara kapitlu 10 taʼ dan il-​ktieb, ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova

Disponibbli wkoll fuq www.jw.org/mt

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja