Reviżjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu kunsidrati fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fid-29 taʼ Diċembru 2014.
Kif inqisu l-kmand f’Dewteronomju 14:1 li jipprojbixxi li wieħed iqattaʼ ġismu stess għal xi persuna mejta? [3 taʼ Nov, w04 9/15 p. 27 para. 5]
Is-slaten t’Iżrael għala kellhom jagħmlu kopja tal-Liġi t’Alla u ‘jaqraw minnha l-jiem kollha taʼ ħajjithom’? (Dt. 17:18-20) [3 taʼ Nov, w02 6/15 p. 12 para. 4]
Għala hemm miktub biex ma “taħratx b’barri u bi ħmar flimkien,” u l-kmand dwar madmad mhux indaqs kif japplika għall-Kristjani? (Dt. 22:10) [10 taʼ Nov, w03 10/15 p. 32]
Li wieħed jaħtaf “bħala rahan mitħna taʼ l-idejn jew il-ġebla taʼ fuq tagħha,” għala kien projbit? (Dt. 24:6) [17 taʼ Nov, w04 9/15 p. 26 para. 3]
L-Iżraelin b’liema attitudni kellhom ikunu ubbidjenti, u x’għandu jqanqal lilna biex naqdu lil Ġeħova? (Dt. 28:47) [24 taʼ Nov, w10 9/15 p. 8 para. 4]
Liema tliet ħtiġijiet bażiċi għall-ħajja jinsabu f’Dewteronomju 30:19, 20? [24 taʼ Nov, w10 2/15 p. 28 para. 17]
Mitlubin aħna li naqraw minn taħt l-ilsien kull kelma li naqraw minn Ġenesi sa Rivelazzjoni? Spjega. (Ġoż. 1:8) [8 taʼ Diċ, w13 4/15 p. 7 para. 4]
Min kien il-“prinċep taʼ l-armata taʼ Ġeħova” li jissemma f’Ġożwè 5:14, 15, u dan ir-rakkont kif jinkuraġġina? [8 taʼ Diċ, w04 12/1 p. 9 para. 1]
X’wassal lil Għakan biex jidneb, u x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju ħażin tiegħu? (Ġoż. 7:20, 21) [15 taʼ Diċ, w10 4/15 pp. 20-21 para. 2, 5]
L-eżempju taʼ Kaleb kif inhu taʼ inkuraġġiment għalina llum? (Ġoż. 14:10-13) [29 taʼ Diċ, w04 12/1 p. 12 para. 2]